Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0070

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi

ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Imħassar b' 32006L0088

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/70/oj

31995L0070



Official Journal L 332 , 30/12/1995 P. 0033 - 0039


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE

tat-22 ta’ Diċembru 1995

li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-molluski huma elenkati f’L-Anness II tat-Trattat; billi l-marketing tal-molluski jikkostitwixxi g]ajn importanti ta’ d]ul g]as-settur ta’ l-akwakultura;

Billi l-mard tal-molluski msemmi f’L-Anness A, lista II, tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti [3] ta’ l-akwakultura, għandu effett serju fuq l-industrija tal-frott tal-baħar bil-qoxra; billi hemm mard ieħor f’pajjiżi terzi li għandu l-istess effett, billi għandha titħejja lista ta’ dan il-mard u l-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda din il-lista fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali;

Billi tfaqqigħ ta’ dan il-mard jista’ malajr jilħaq proporzjonijiet epizotiċi, li jikkawżaw mortalita u disturbi fuq skala li tista’ tnaqqas sostanzjalment il-profittabbilta’ mill-kultivazzjoni tal-frott tal-baħar bil-qoxra;

Billi huwa għalhekk neċessarju li jkunu stabbiliti fuq livell ta’ Komunità il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ tfaqqigħ ta’ mard, biex ikun żgurat l-iżvilupp nazzjonali tal-kultivazzjoni tal-frott tal-baħar bil-qoxra u biex jgħinu fil-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali fil-Komunitá;

Billi l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kull każ ta’ mortalitá mhux normali osservata f’molluski bivalvi;

Billi, f’każ bħal dan, għandhom jittieħdu miżuri bil-għan li l-mard ma jitħalliex jinfirex, partikolarment dwar it-tneħħija ta’ molluski bivalvi ħajjin mill-postijiet ta’ kultivazzjoni jewe miż-żoni konċernati;

Billi investigazzjoni epidemjoloġika bir-reqqa hija essenzjali biex tiġi stabbilita l-oriġini tal-mard u biex ma tħallihx jinfirex aktar;

Billi, biex tkun żgurata sistema ta’ kontroll effettiv, id-dijanjosi tal-mard għandha tkun armonizzata u mwettqa taħt il-patroċinju ta’ laboratorji responsabbli, li l-koordinazzjoni tagħhom għandha tkun żgurata minn laboratorju ta’ referenza nominat mill-Komunità;

Billi, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ spezzjoni tal-Komunitá;

Billi miżuri komuni għall-kontroll tal-mard jiffurmaw bażi minima għaż-żamma ta’ standard uniformi ta’ saħħa ta’ l-annimali;

Billi l-Kummissjoni għandha tkun inkarigata bix-xogħol li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri minimi tal-Komunitá għall-kontroll tal-mard li jaffettwa l-molluski bivalvi msemmija f’din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, d-definizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/67/KEE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/492/KEE [4] għandhom japplikaw kif meħtieġ.

2. Barra minn hekk, ‘mortalitá osservata mhux normali’ għandha tfisser mortalitá f’daqqa li taffettwa bejn wieħed u ieħor 15 % tal-ħażniet u li sseħħ f’perjodu qasir ta’ bejn żewġ spezzjonijiet (ikkonfermati fi 15-il ġurnata). Fil-post miżmum għat-tifqis tal-bajd tal-ħut mortalitá għandha tkun ikkunsidrata mhux normali meta l-operatur ma jkunx jista jikseb larva f’perjodu li fih ikun hemm bied wara l-ieħor minn broodstocks differenti. F’għadira ta’ trobbija mortalitá għandha tiġi meqjusa mhux normali meta mortalitá kbira sseħħ f’daqqa fi żmien qasir f’numru ta’ tubi.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jiżguraw li l-postijiet kollha ta’ kultivazzjoni ta’ molluski bivalvi:

1. huma reġistrati mis-servizz uffiċjali; din ir-reġistrazzjoni għandha dejjem tinżamm aġġornata;

2. iżommu rekord ta’:

(a) molluski bivalvi ħajjin li jidħlu fil-post tal-kultivazzjoni, li jkun fih informazzjoni relatata mall-konsenja tagħhom, in-numru jew piż tag]hom, id-daqs u l-oriġini tagħhom;

(b) molluski bivalvi li jinħarġu mill-post tal-kultivazzjoni għal tagħdis mill-ġdid, li jkun fih kull informazzjoni relatata mad-dispaċċ tagħhom, in-numru u l-piż tagħhom, id-daqs u d-destinazzjoni tagħhom;

(ċ) mortalitá osservata mhix normali.

Dan ir-rekord, li għandu jkun suġġett għall-iskrutinju tas-servizz uffiċjali l-ħin kollu, fuq talba, għandu jkun aġgornat regolarment u jinżamm għal erba’ snin.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li programm ta’ monitoraġġ u ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jkun applikat f’postijiet ta’ kultivazzjoni ta’ molluski bivalvi, f’żoni ta’ kultivazzjoni u f’għadajjar naturali tal-ħsad biex jiġi osservat jekk kienx hemm mortalitá mhux normali u biex tinżamm informazzjoni dwar il-kundizzjoni tas-saħħa tal-ħażniet.

Flimkien ma dan, is-servizz uffiċjali jista’ japplika l-programm imsemmi fuq għal ċentri ta’ purifikazzjoni u tankijiet ta’ ħażna li jarmu ilma fil-baħar.

Jekk, waqt l-applikazzjoni ta’ dan il-programm, tkun osservata xi mortalitá mhix normali, jew jekk is-servizz uffiċjali għandu informazzjoni li toħloqlu suspett tal-preżenza ta’ mard, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

- għandha titfassal lista tas-siti fejn ikun hemm il-mard imsemmi f’L-Anness A, lista II tad-Direttiva 91/67/KEE, basta li dan il-mard ma jkunx suġġett ta’ programm approvat skond id-Direttiva msemmija fuq,

- għandha titfassal lista tas-siti fejn mortalitá mhix normali ġiet osservata b’riżultat tal-preżenza tal-mard imsemmi f’L-Anness D, jew fuq informazzjoni li s-servizz uffiċjali għandu għaliex jissuspetta l-preżenza ta’ mard,

- monitoraġġ ta’ l-evoluzzjoni u l-firxa ġeografika tal-mard imsemmi fl-ewwel u t-tieni inċiżi.

2. Ir-regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u fost oħrajn ir-regoli li għandhom jiġu applikati biex jiġi stabbilit il-programm imsemmi fil-paragrafu 1, partikolarment dwar il-frekwenza u l-orarju ta’ monitoraġġ, il-proċeduri biex jittieħdu kampjuni (volum rappreżentattiv statistikalment) u l-metodi ta’ dijanjosi, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 10.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preżenza suspettata ta’ kull marda msemmija fl-Artikolu 4 u kull rata ta’ mortalitá mhix normali osservata f’molluski bivalvi f’postijiet ta’ kultivazzjoni, f’żoni ta’ kultivazzjoni jew f’għadajjar naturali fejn ikun sar il-ħsad, jew f’ċentri ta’ purifikazzjoni jew tankijiet tal-ħażna li jarmu l-ilma fil-baħar għandhom jiġu notifikati malajr kemm jista’ jkun lis-servizz uffiċjali minn dawk li jrabbu l-frott tal-baħar bil-qoxra jew minn kull persuna oħra li tkun għamlet dawn l-osservazzjonijiet.

2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, is-servizz uffiċjali fl-Istati Membri għandu jiżgura li:

(a) jittie]du kampjuni għall-eżami f’laboratorju approvat;

(b) sakemm jasal ir-riżultat ta’ l-eżami msemmi f’(a), l-ebda molluski m’għandhom jinħarġu mill-post ta’ kultivazzjoni, miż-żona ta’ kultivazzjoni jew mill-għadajjar naturali tal-ħsad jew minn ċentri ta’ purifikazzjoni jew tankijiet ta’ ħażna li jarmu ilma fil-baħar li jkunu affettwati, biex jerġgħu jitqiegħdu jew jitgħaddsu mill-ġdid f’xi post ieħor ta’ kultivazzjoni jew fl-ambjent akwatiku, sakemm dan ma jkunx awtorizzat mis-servizz uffiċjali.

3. Jekk l-eżami msemmija fil-paragrafu 2 (a) ma turix il-preżenza ta’ patoġenu ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 (a) jitneħħew.

4. Jekk l-eżami msemmija fil-paragrafu 2 turi l-preżenza ta’ patoġenu li jikkawża l-mortalitá mhix normali osservata li kapaċi jkun il-kawża ta’ dik il-mortalitá, jew ta’ patoġenu ta’ xi waħda mill-mard imsemmi fl-Artikolu 4, għandha titwettaq investigazzjoni epiżotika mis-servizz uffiċjali biex jiġi stabbilit il-mod ta’ kontaminazzjoni possibbli u biex jiġi investigat jekk molluski ħallewx il-post tal-kultivazzjoni, iż-żona ta’ kultivazzjoni jew l-għadajjar naturali tal-ħasda biex jitqiegħdu jew jitgħaddsu mill-ġdid x’imkien ieħor waqt il-perjodu ta’ qabel ma ġiet osservata l-mortalitá mhix normali.

Jekk l-investigazzjoni epiżotika turi li l-marda daħlet f’wieħed jew aktar postijiet ta’ kultivazzjoni, żoni ta’ kultivazzjoni jew għadajjar naturali tal-ħsad b’riżultat fost raġunijiet oħra ta’ ċaqliq ta’ molluski, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw..

Madankollu, b’deroga mill-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 91/67/KEE, is-servizz uffiċjali jista’, ġot-territorju tiegħu, jawtorizza ċ-ċaqliq ta’ molluski bivalvi ħajjin lejn postijiet jew żoni oħra ta’ kultivazzjoni, jew għadajjar naturali ta’ ħsad oħra li huma infettati bl-istess marda.

Jekk meħtieġ[, aktar miżuri xierqa jistgħu jiġu deċiżi skond il-proċedura fl-Artikolu 10.

5. Is-servizz uffiċjali għandu jiżgura li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu nfurmati mill-ewwel, skond il-proċeduri fis-seħħ tal-Komunitá, b’kull każ ta’ rata ta’ mortalitá mhix normali li jinvolvi patoġenu, bil-miżuri meħuda biex janalizzaw u jikkontrollaw is-sitwazzjoni u bil-kawża tal-mortalitá.

Artikolu 6

1. It-teħid ta’ kampjuni u t-testjar fil-laboratorju biex tkun determinata l-kawża ta’ mortalitá mhix normali ta’ molluski bivalvi għandhom isiru bil-metodi stabbiliti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’kull Stat Membru għandu jiġi nominat laboratorju ta’ referenza, b’faċilitajiet u persunal espert biex jgħinuh jagħmel it-testijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li m’għandhomx laboratorju nazzjonali kompetenti f’din il-materja jistgħu jużaw is-servizzi ta’ laboratorju nazzjonali kompetenti fil-materja fi Stat Membru ieħor.

4. Il-lista ta’ laboratorji nazzjonali ta’ referenza għall-mard tal-molluski bivalvi tidher fl-Anness C.

5. Laboratorji ta’ referenza nazzjonali għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunitá msemmi fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

1. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunitá għall-mard tal-molluski bivalvi huwa indikat fl-Anness A.

2. Bla ħsara għad-Deċiżjoni 90/424/KEE tas-26 ta’ Gunju 1990 [5] dwar infieq fil-qasam veterinarju u speċjalment l-Artikolu 28 tiegħu, il-ħidmiet u d-dmirijiet tal-laboratorju imsemmi fil-paragrafu 1 huma dawk preskritti f’L-Anness B.

Artikolu 8

1. Esperti tal-Kummissjoni jistgħu, safejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, jagħmlu kontrolli fuq il-post. Meta jagħmlu dan, jistgħu jagħmlu kontrolli saltwarjament u mhux diskriminatorji biex jiżguraw li l-awtoritá kompetenti qiegħda tagħmel monitoraġġ dwar il-konformitá mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

Il-Komunitá għandha tinforma lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli.

2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritá kompetenti.

3. L-Istat Membru li fih jitwettqu l-ispezzjonijiet għandu jagħti lill-esperti kull għajnuna li jkollhom bżonn biex iwettqu xogħolhom.

4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10.

Artikolu 9

L-Anness A għandu jiġi emendat kif jinħtieġ mill-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.

L-Annessi B, C u D jistgħu jiġu emendati kif meħtieġ skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

1. Meta l-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu riferiti bla dawmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti, (hawn taħt imsemmi ‘il-Kumitat’), stabbilit bid- Deċiżjoni 68/361/KEE [6], mill-President tagħha, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-perjodu ta’ żmien li l-President jistá jippreskrivi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każi ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill għandu jadotta fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu valutati skond kif preskritt f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba m’humiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, l-Kummissjoni għandha, bla dawmien, tagħti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Jekk, wara li jiskadu tlett xur, mid-data meta saret referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

Artikolu 11

Sal-31 ta’ Diċembru 1999 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Kunsill li jkun sar, jekk hekk kien meħtieġ, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Veterinarju, wara li tkun ġiet meqjusa l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u ta’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi, flimkien meta xieraq ma’ kull proposta għal xi emendi.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawn il-proposti.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex titħares din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Gunju 1997. Huma għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkunu hemm referenza għalihom fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

2. Madankollu, mid-data preskritta fil-paragrafu 1, Stati Membri jistgħu, bla ħsara għar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw għall-produzzjoni tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti minn dawk preskritti f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fill-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lil l-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussell, fit-22 ta’ Diċembru 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Atienza Serna

[1] ĠU C 285, tat-13.10.1994, p. 9.

[2] ĠU C 109, ta’ l-1.5.1995, p. 2.

[3] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/22/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 1).

[4] Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-5 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi ħajjin (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 1). Direttiva kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 94/370/KE (ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 31).

[6] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITA GHALL- MARD TAL-MOLLUSKI BIVALVI

IFREMER

Boîte Postale 133

17390

La Tremblade

Franza

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

HIDMIET U DMIRIJIET TAL-LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITA GHALL- MARD TAL-MOLLUSKI BIVALVI

Il-ħidma u d-dmirijiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunitá huma dawn:

1. li jikoordina, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi wżati fi Stati Membri biex issir dijanjosi tal-mard tal-molluski bivalvi, speċifikament billi:

(a) jibni u jżomm kollezzjoni ta’ slides, tipi jew iżolati istoloġiċi tal-patoġeni relevanti li tkun disponibbli għall-laboratorji approvati fl-Istati Membri;

(b) perjodikament jorganizza testijiet komparattivi ta’ proċeduri dijanjostiċi f’livell ta’ Komunitá;

(ċ) jiġbor u jqabbel data u tagħrif dwar il-metodi ta’ dijanjosi użati u r-riżultati ta’ testijiet magħmulha fill-Komunitá;

(d) jikkaraterizza l-iżolati ta’ patoġeni bl-aktar metodi moderni u xierqa biex jikber it-tag]rif dwar l-epiżotoloġija tal-marda;

(e) iżomm ruħu aġġornat fis-sorveljanza, l-epiżotoloġija u l-prevenzjoni tal-mard relevanti madwar id-dinja;

(f) iżomm tagħrif espert dwar patoġeni ta’ mard relevanti biex jiffaċilita dijanjosi differenzjali mgħaġġla;

2. li jgħin attivament fid-dijanjosi ta’ tfaqqiegħ ta’ mard fi Stati Membri billi jirċievi iżolati ta’ patoġeni għal dijanjosi konfermattivi, karatterizzazzjoni u studji epiżotiċi;

3. li jiffaċilita taħriġ jew taħriġ mill-ġdid ta’ esperti fid-dijanjosi ta’ laboratorji bil-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ tekniki dijanjostiċi fil-Komunitá;

4. li jikkollabora f’dak li jirrigwarda metodi ta’ dijanjosi ta’ mard eżotiku, mal-laboratorji kompetenti f’pajjiżi terzi fejn dak il-mard huwa prevalenti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS C

LABORATORJI TA’ REFERENZA NAZZJONALI GHALL-MARD TAL-MOLLUSKI BIVALVI

Germanja: | Bundesforschungsanstalt fur Viruskrankheiten der Tiere Anstaltsteil Insel Riems D-O-2201 Insel Riems Germany |

Spanja: | Instituto de investigactiones marinas del C.S.I.C. C/Eduardo Cabello, No 6 36208 Vigo (Pontevedra) Spain |

Franza: | IFREMER Boîte postale 133 17390 La Tremblade France |

Greċja: | Κέντρο Κτηνιατριχών Ιδρυμάτων Θεσσαλονίχης Ινστιτούτο Λοιμωδών χαι Περαστιχών Νοσημάτων Τμήμα Παθολογίας Υδροβίων Οργανισμών 26ης Οχτωβρίου 80 54627 Οεσσλονίχη Greece |

Irlanda: | Fisheries Research Centre Abborstown Castleknock Dublin 15 Ireland |

Italja: | Istituto zooprofilattico sperimentale delle Venezie Sezione diagnostica di Basaldella di Campofornido Laboratorio di Ittiopatologia Via della Roggia, 92 33030 Basaldella di Campoformido (UD) Italy |

Olanda: | Rijksinstituut voor visserijonderzoek (RIVO_DLO) Haringkade 1 Postbus 68 1970 AB Ijmuiden Netherlands |

Renju Unit: | Fish Diseases laboratory The Nothe Weymouth Dorset DT4 8UB United Kingdom The Marine Laboratory PO box 101 Victoria Road Aberdeen AB9 8DB United Kingdom |

--------------------------------------------------

L-ANNESS D

Mard | Patoġeni | Speċi sensittivi |

Haplosporidiosis | Haplosporidium nelsoni | Crassostrea virginica |

Haplosporidium costale | Crassostrea virginica |

Perkinosis | Perkinsus marinus | Crassostrea virginica |

Perkinsus olseni | Haliotis rubra |

H. Laevigata |

Mikrokytosis | Mikrokytos mackini | Crassostrea gigas |

O. edulis |

O. puelchana |

O. denselomellosa |

Tiostrea chilensis |

Mikrokytos roughleyi | Saccostrea commercialis |

Iridovirosis | Virus velari tal-gajdra | Crassostrea gigas |

Marteiliosis | Marteilia sidneyi | Saccostrea commercialis |

--------------------------------------------------

Top