EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0022

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/22/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura

ĠU L 243, 11.10.1995, p. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/22/oj

31995L0022



Official Journal L 243 , 11/10/1995 P. 0001 - 0006


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/22/KE

tat-22 ta’ Ġunju 1995

li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodotti tal-akwakultura [1] ta’ annimali u prodotti, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi piż dovut għandu jingħata għal ċerti żviluppi xjentifiċi u tekniċi dwar l-approvazzjoni taż-żoni rigward in-nekrożi ematopojetika infettuża (IHN) u s-septicaemia emarroġika virali (VHS);

Billi l-kriterji biex jingħata statut approvat għal dawn iż-żoni għandu jkun aġġustat bħala konsegwenza;

Billi fid-dawl ta’ l-esperjenza l-proċeduri amministrattivi biex jingħata statut approvat għaż-żoni jew partijiet miż-żoni u għas-sospensjoni, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni ta’ dawn iż-żoni jew partijiet miż-żoni għandhom ukoll jiġu aġġustati;

Billi rziezet, għalkemm jinsabu f’żona mhux approvata rigward l-IHN u l-VHS, jistgħu skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness ĊIA tad-Direttiva 91/67/KEE jiksbu statut approvat rigward il-mard imsemmi;

Billi jidher meħtieġ, sabiex tkun żgurata protezzjoni aħjar kontra l-introduzzjoni tal-IHN u l-VHS, li jkunu spjegati aktar bir-reqqa l-kriterji li għandhom ikunu applikati biex jingħata l-istatut approvat lill-irziezet tal-ħut;

Billi dawn il-kriterji għandhom jinkludu d-dettalji fuq il-provvista ta’ l-ilma ta’ l-irziezet, fuq il-livell ta’ eżami li jsir qabel l-approvazzjoni tar-razzett, u fuq il-miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni possibbli tal-mard,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/67/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

A. Fl-Anness B:

(a) il-punt I.B.2. huwa mibdul b’dan li ġej:

"(2) Kull razzett fiż-żona kontinentali għandu jitqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. Żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena għal erba’ snin irid ikunu saru.

L-ispezzjonijiet tas-saħħa jridu jkunu saru fiż-żminijiet tas-sena meta t-temperatura ta’ l-ilma tgħin l-iżvilupp ta’ dan il-mard. L-ispezzjoni tas-saħħa trid mill-inqas tkun magħmula minn:

- kull spezzjoni tal-ħut li juru anormalijiet,

- it-teħid tal-kampjuni skond kull programm stabbilit taħt il-proċedura li hemm ipprovduta fl-Artikolu 15, li għandhom jintbagħtu malajr kemm jista’ jkun lejn kull laboratorju approvat biex ikunu eżaminati għall-patoġeni in kwistjoni.

Madankollu, iż-żoni li għandhom storja ta’ rekords ta’ assenza tal-mard li għalih sar referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II, jista’ jikseb stat approvat jekk:

(a) is-sitwazzjoni ġeografika tagħhom ma tippermettix dħul faċli ta’ mard;

(b) kull sistema uffiċjali tal-kontroll tal-mard ilha mwaqqfa għal perjodu ta’ żmien estiż ta’ mill-inqas għaxar snin, li matulhom:

- kien hemm sorveljanza regolari ta’ kull razzett,

- kull sistema ta’ notifika tal-mard kienet applikata,

- l-ebda każ ta’ mard ma kien irrapurtat,

- taħt ir-regoli fis-seħħ, bajd u gametes tal-ħut biss minn żoni jew irziezet mhux infettati, suġġetti għall-ispezzjonijiet uffiċjali u li jippreżentaw garanziji ekwivalenti tas-saħħa, kienu kapaċi jkunu introdotti fiż-żona.

Il-perjodu ta’ għaxar snin li għalih saret referenza fl-ewwel subparagrafu jista’ jitnaqqas għal ħames snin minħabba l-eżamijiet imwettqa mis-servizz uffiċjali ta’ l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba, kemm-il darba, barra l-ħtiġiet li għalihom saret referenza fl-ewwel subparagrafu, is-sorveljanza regolari li għaliha saret referenza hawn fuq ta’ l-irziezet kollha inklużi f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena li jinvolvu mill-inqas:

- kull spezzjoni tal-ħut li juru anormalijiet,

- teħid ta’ kampjuni ta’ mill-inqas 30 ħuta kull viżita.

L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet rigward ir-rekords ta’ l-istorja jridu jitfgħu t-talba tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1996.";

(b) taħt I.B, il-punt li ġej huwa magħdud:

"(5) Meta kull Stat Membru talab l-approvazzjoni għal medda tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita jew parti minn medda tal-ġbir ta’ l-ilma tax-xita li toriġina fi Stat Membru ta’ maġenbu, jew komuni għaż-żewġ Stati Membri, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

- iż-żewġ Stati Membri kkonċernati jistgħu fl-istess ħin jagħmlu talba għall-approvazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5 jew 10,

- il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, wara li teżamina u tiċċekkja t-talbiet u tistima s-sitwazzjoni tas-saħħa, għandha jekk hemm bżonn, tniżżel kull disposizzjoni oħra li hemm bżonn biex tagħti t-tali approvazzjoni.

L-Istati Membri, skond id-Direttiva 89/608/KEE [2], għandu jagħti l-assistenza lil xulxin għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari ta’ dan il-paragrafu;";

(ċ) il-punt I.D.1., l-aħħar sentenza għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:

"Dan ta’ l-aħħar għandu minnufih jissospendi l-approvazzjoni taż-żona jew ta’ parti miż-żona, kemm-il darba dik il-parti taż-żona li għad għandha l-istat approvat tkompli timxi mad-definizzjoni tal-punt A.";

(d) il-punt I.D.5. għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(5) Meta r-riżultati huma pożittivi, is-servizz uffiċjali għandu jirtira l-approvazzjoni taż-żona, parti miż-żona li għaliha saret referenza fil-punt 1.";

(e) is-sentenza ta’ introduzzjoni tal-punt I.D.6. tkun mibdula b’dan li ġej:

"(6) Ristorazzjoni ta’ l-approvazzjoni ta’ kull żona jew parti miż-żona li għaliha saret referenza fil-punt 1 hija suġġetta għall-ħtiġiet li ġejjin:";

(f) il-punt I.D.7. huwa mibdul b’dan li ġej:

"(7) L-awtorità ċentrali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra rigward is-sospensjoni, ir-ristorazzjoni jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni taż-żoni, jew partijiet taż-żoni li għalihom saret referenza fil-punt 1.";

(g) il-punt II.A huwa mibdul b’dan li ġej:

"A. Kull żona kostali tikkonsisti minn parti tal-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju b’kull delimitazzjoni ġeografika preċiża li tikkonsisti minn kull sistema idroloġika omoġenizzata jew serje ta’ dawn is-sistemi. Jekk ikun hemm bżonn, kull żona kostali tkun meqjusa li tikkonsisti minn kull parti tal-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju li jinsab bejn il-ħluq ta’ żewġ korsi ta’ l-ilma jew ta’ kull parti mill-kosta jew ilma baħar jew kull estwarju fejn hemm razzett wieħed jew iktar, kemm-il darba disposizzjoni hija magħmula għal żona buffer ta’ bejniethom fuq iż-żewġ naħat tar-razzett jew irziezet, li l-firxa tagħhom tiġi stabbilita mill-Kummissjoni fuq bażi ta’ każ b’każ mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26.";

(h) il-punt II.D huwa mibdul b’dan li ġej:

"D. Is-sospensjoni, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni.

Ir-regoli huma identiċi għal dawk imniżżla fil-punt I.D; madankollu, fejn iż-żona hija magħmula minn serje ta’ sistemi idroloġiċi, id-differiment, ir-ristorazzjoni u l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tista’ titratta għall-parti ta’ din is-serje fejn din il-parti għandha delimitazzjoni ġeografika preċiża u tkun tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenizzata, sakemm dik il-parti li għad għandha statut approvat tkompli timxi mad-definizzjoni fil-punt A.";

(i) l-aħħar sentenza tal-punt III.D.1. tkun mibdula b’dan li ġej:

"Dan ta’ l-aħħar minnufih jissospendi l-approvazzjoni taż-żona jew, jekk iż-żona hija magħmula minn serje ta’ sistemi idroloġiċi, tal-parti minn dak is-serje fejn it-tali parti għandha delimitazzjoni ġeografika preċiża u tikkonsisti minn sistema idroloġika omoġenizzata, sakemm dik il-parti li għad għandha l-istatut approvat tkompli timxi mad-definizzjoni tal-punt A.";

(j) il-punt III.D.5. għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(5) Fejn ir-riżultati huma pożittivi, is-servizz uffiċjali għandu jirtira l-approvazzjoni taż-żona jew parti miż-żona kif riferuta fil-punt 1.";

(k) is-sentenza ta’ introduzzjoni tal-punt III.D.6. tkun mibdula b’dan li ġej:

"(6) Ristorazzjoni ta’ l-approvazzjoni taż-żona jew parti miż-żona kif riferuta fil-punt 1 hija suġġetta għall-ħtiġiet li ġejjin:";

(l) il-punt III.D.7. huwa mibdul b’dan li ġej:

"(7) L-awtorità ċentrali kompetenti għandha tinforma l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra rigward id-differiment, ir-ristorazzjoni jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni taż-żoni jew partijiet taż-żoni li għalihom saret referenza fil-punt 1."

B. Fl-Anness Ċ:

(a) il-punt I.A. huwa mibdul b’dan li ġej:

"A. L-għoti ta’ l-approvazzjoni

Biex razzett ikun approvat irid iħares il-ħtiġiet li ġejjin:

(1) l-ilma jrid ikun ipprovdut minn kull bir, spira jew nixxiegħa. Fejn dan l-ilma jinsab ’il bogħod mir-razzett, l-ilma jrid ikun ipprovdut direttament lejn ir-razzett, u jgħaddi minn pajp jew, bil-ftehim tas-servizzi uffiċjali, permezz ta’ kull kanal mikxuf jew katusa naturali, kemm-il darba din ma tikkostitwixxix kull sors ta’ infezzjoni għar-razzett u ma tippermettix l-introduzzjoni ta’ ħut selvaġġ. Il-kanal ta’ l-ilma jrid ikun taħt il-kontroll tar-rażżett jew, fil-każijiet fejn dan mhux possibbli, tas-servizz uffiċjali;

(2) irid ikun hemm kull barriera naturali jew artifiċjali li jinsab mal-kurrent li ma jħallix il-ħut milli jidħol fl-imsemmi razzett;

(3) jekk hemm bżonn, għandu jkun protett milli jfur u mill-infiltrazzjoni ta’ l-ilma;

(4) għandu jħares, mutatis mutandis, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness B.I.B. Aktar minn hekk, fejn l-approvazzjoni hija meħtieġa fuq il-bażi tar-rekord ta’ l-istorja b’kull sistema uffiċjali ta’ kontroll għall-perjodu ta’ 10 snin, għandu jħares ukoll il-ħtiġiet li ġejjin:

- għandu joqgħod għal spezzjoni klinika, għall-inqas darba fis-sena, u t-teħid tal-kampjuni li għandhom ikunu ttestjati għall-patoġeni in kwistjoni f’kull laboratorju approvat;

(5) jista’ jkun suġġett għal miżuri addizzjonali imposti mis-servizz uffiċjali, meta kkunsidrat meħtieġ biex ikun evitat l-introduzzjoni tal-mard. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-twaqqif ta’ kull żona ta’ lqugħ ta’ bejniethom madwar ir-razzett li fiha programm ta’ sorveljanza jista’ jsir, u t-twaqqif tal-ħarsien kontra d-dħul possibbli ta’ kurrier tal-patoġeni jew orġaniżmi vetturi;

(6) Madankollu:

(a) kull razzett ġdid li jilħaq mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1, 2, 3 u 5, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-ħut, il-bajd jew gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni;

(b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1, 2, 3 u 5, li jerġa’ jibda mill-ġdid l-attivitajiet tiegħu wara waqfa bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba:

- l-istorja tas-saħħa fir-razzett tul l-aħħar erba’ snin ta’ ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali; madankollu jekk ir-razzett ikkonċernat beda jopera inqas minn erba’ snin ilu, il-perjodu proprja ta’ ħidma tiegħu jittieħed in konsiderazzjoni,

- ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard elenkat fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedenti ta’ dak il-mard fir-razzett,

- qabel l-introduzzjoni tal-ħut, il-bajd u l-gametes, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal kull perjodu minimu ta’ 15-il ġurnata taħt sorveljanza uffiċjali.";

(b) il-punt II.A.1. huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. għandu jiġi fornut bl-ilma permezz ta’ kull sistema li tinkludi it-tagħmir biex teqred l-aġenti tal-mard li għalih saret referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II; il-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u b’mod partikolari dawk dwar il-funzjoni sewwa tas-sistema jkunu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26;";

(ċ) il-punt li ġej ikun magħdud mal-punt II.A:

"3. Madankollu:

(a) kull razzett ġdid li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni;

(b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, li jerġa’ jibda l-attivitajiet tiegħu mill-ġdid wara waqfa bil-ħut, il-bajd jew il-gametes minn kull żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba:

- l-istorja tas-saħħa fir-razzett tul l-aħħar erba’ snin tal-ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali; madankollu, jekk ir-razzett ikkonċernat beda jopera inqas minn erba’ snin ilu, il-perjodu proprja ta’ l-operat tiegħu jittieħed in konsiderazzjoni,

- ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard elenkat fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedenti ta’ dak il-mard fir-razzett,

- qabel l-introduzzjoni tal-ħut, il-bajd u l-gametes, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal perjodu minimu ta’ 15-il ġurnata taħt sorveljanza uffiċjali.";

(d) il-punt III.A.1. ikun mibdul b’dan li ġej:

"(1) għandu jkun ipprovdut bl-ilma permezz ta’ sistema li tinkludi it-tagħmir biex teqred l-aġent tal-mard li għalih saret referenza fl-Anness A, kolonna 1, lista II; il-kriterji meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dawn id-disposizzjonijiet u b’mod partikolari dawk dwar il-funzjoni sewwa tas-sistema jkunu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26;";

(e) il-punt li ġej ikun magħdud mal-punt III.A:

"(3) Madankollu:

(a) kull razzett ġdid li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, imma li jibda l-attivitajiet tiegħu bil-molluski minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni;

(b) kull razzett li jimxi mal-ħtiġiet li għalihom saret referenza f’1 u 2, li jerġa’ jibda l-attivitajiet tiegħu wara waqfa bil-molluski minn żona approvata jew razzett approvat li jinsab f’żona mhux approvata jista’ jikseb l-approvazzjoni mingħajr ma joqgħod għat-teħid tal-kampjuni meħtieġa biex jingħata l-approvazzjoni kemm-il darba:

- l-istorja tas-saħħa fir-razzett matul l-aħħar sentejn tal-ħidma tiegħu hija magħrufa mis-servizz uffiċjali,

- ir-razzett ma kienx suġġett għall-miżuri tas-saħħa ta’ l-annimali rigward il-mard imniżżel fil-lista II ta’ l-Anness A u ma kienx hemm anteċedent ta’ dak il-mard fir-razzett,

- qabel l-introduzzjoni tal-molluski, ir-razzett huwa mnaddaf u ddiżinfettat, imbagħad depopolat għal kull perjodu minimu ta’ 15-il jum taħt sorveljanza uffiċjali."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1996. Huma minnufih għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom kull referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza tkun stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Vasseur

[1] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/54/KEE (ĠU L 175, 19.7.1993, p. 34).

[2] ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.’;

--------------------------------------------------

Top