Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3330

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94 tal-21 ta' Diċembru 1994 fuq il-klassifikazzjoni fit-Tariffa ta' ċerti qatgħet tat-tjur u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali

ĠU L 350, 31.12.1994, pp. 52–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3330/oj

31994R3330



Official Journal L 350 , 31/12/1994 P. 0052 - 0053
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 15 P. 0004
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 15 P. 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94

tal-21 ta' Diċembru 1994

fuq il-klassifikazzjoni fit-Tariffa ta' ċerti qatgħet tat-tjur u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad− 29 ta' Ottubru 1975 fuq l-organiżazzjoni komuni tas-suq tat-tjur [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 3 u 5 (3) tar-Regolament,

Billi nstab li l-klassifikazzjoni ta' ċerti biċċiet tat-tjur tippreżenta problemi li jirr\ultaw mill-assenza ta' definizzjonijiet preċiżi fin-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika mwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87 [3] kif l-a]]ar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3115/94 [4]; billi dawn id-definizzjonijiet g]andhom ikunu pprovduti biex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tad-dazji fis-settur tal-laħam tat-tjur;

Billi l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 in-nomenklatura tat-tariffa applikabbli bħala riżultat tar-Regolament stipulat fin-Nomenklatura Kombinata; billi allura għandha tkun emendata;

Billi il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni ta'l-Kumitat ta' {estjoni g]al-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tad-dazji fis-settur tal-laħam tat-tjur, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsira mog]tija lilhom hawn taħt:

1. "Nofs", għal skopijiet ta'sotto-titoli 02073913, 02073933, 02073957, 02073961, 02073963, 02074111, 02074211, 02074321, 02074323 u 02074325: nofsijiet ta' karkassi tat-tjur, miksuba b'qata’ fit-tul fil-qafas taż-żaqq ma l-isternum u x-xewka tad-dahar;

2. "Kwart", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073913, 02073933, 02073957, 02073961, 02073963, 02074111, 02074321, 02074323 u 02074325: il-biċċiet tal-koxxa, jew il-biċċiet tas-sider, miksuba b'qata’ trasversali min-nofs;

3. "Ġwejnaħ sħaħ, bi jew ming]ajr il-ponot", g]all-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073915, 02073935, 02073965, 02074121, 02074221, 02074331: biċċiet tat-tjur li jikkonsistu fl-humerus, fir-radius u fl-ulna, flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Il-ponta, inklużi l-għadam karipali, tista’ jew ma tistax tneħħihom. Il-qtugħ għandu jsir mill-ġogi;

4. "Sider", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073921, 02073941, 02073971, 02073973, 02074141, 02074241, 02074351 u 02074353: biċċiet tat-tjur li jikkonsistu fl-i sternum u l-kustilji, mxerrdin fiż-żewġ naħat tagħhom, flimkien mall-muskulatura tal-madwar;

5. "Saqajn", għall-iskopijiet ta' sotto-titli 02073923, 02073975, 02073977, 02074151, 02074361 u 02074363: biċċiet tat-tjur li jikkonsistu fil-femur, fit-tibia u fil-fibula flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom issiru fil-ġogi;

6. "Drumsticks tad-dundjan", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073943, 02074251: bi′′iet tad-dundjan li jikkonsistu fit-tibia u fil- fibula flimkien mall-muskulatura ta' madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru fil-ġogi;

7. "Saqajn oħrajn tad-dundjan", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073945 u 02074259: biċċiet tad-dundjan li jikkonsistu fil-femur flimkien mall-muskulatura tal-madwar jew tal-femur, tat-tibia u tal-fibula flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru fil-ġogi.

Artikolu 2

Il-Kapitolu 2 ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hu hawnhekk emendat kif ġej:

1. Nota addizzjonali għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"4. L-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet assenjati lilhom hawn taħt:

(a) "Biċċiet tat-tjur, bil-għadam", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073913 sa 02073923, 02073933 sa 02073945, 02073957 sa 02073977, 02074111 sa 02074151, 02074211 sa 02074259 u 02074321 sa 02074363: il-qatgħat speċifikati hemmhekk, jinkludu l-għadam kollu.

Biċċiet tat-tjur li għalihom issir riferenza f’ (a) li jkunu parzjalment bl-għadam għandhom ikunu skond is-sotto-titoli 02073925, 02073947, 02073983, 02074171 jew 02074381.

(b) "Nofs", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073913, 02073933, 02073957, 02073961, 02073963, 02074111, 02074211, 02074321, 02074323 u 02074325: nofsijiet ta' karkassi tat-tjur, miksuba b’ qata’ fit-tul fil-qafas taż-żaqq ma’ l-i sternum and u x-xewka tad-dahar;

(ċ) "Kwart", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073913, 02073933, 02073957, 02073961, 02073963, 02074111, 02074211, 02074321, 02074323 u 02074325: biċċiet tas-saqajn, jew biċċiet tas-sider, miksuba b'qata’ trasversali ta' nofs;

(d) "Ġwienaħ sħaħ, bi jew mingħajr ponot", għall- iskopijiet ta' sotto-titoli 02073915, 02073935, 02073965, 02074121, 02074221, 02074331: biċċiet tat-tjur li jikkonsistu mill-humerus, ir-radius u l- ulna, flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Il-ponta, inklużi l-għadam carpal, tista’ jew ma’ tistax tneħħijhom. Il-qatgħat għandhom isiru mill-ġogi;

(e) "Sider", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073921, 02073941, 02073971, 02073973, 02074141, 02074241, 02074351 u 02074353: biċċiet tat-tjur li jikkonsistu fl-i sternum u l-kustilji, li ssibhom fiż-żewġ naħat tagħhom, flimkien mall-muskulatura tal-madwar;

(f) "Saqajn", g]all-iskopijiet ta' sotto-titolu 02073923, 02073975, 02073977, 02074151, 02074361 u 02074363: biiet tat-tjur li jikkonsistu fil-femur, fit-tibia u fil-fibula flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru fil-ġogi;

(g) "Drumsticks tad-dundjan", g]all-iskopijiet tas- sotto-titoli 02073943 u 02074251: biċċiet tad-dundjan jikkonsistu fit-tibia u l-fibula flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru fil-ġogi;

(h) "Saqajn oħrajn tad-dundjan", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073945 u 02074259: biċċiet tad-dundjan li jikkonsistu fil-femur flimkien mall-muskulatura tal-madwar jew, tal-femur, tat-tibia u tal-fibula flimkien mall-muskulatura tal-madwar. Iż-żewġ qatgħat għandhom isiru fil-ġogi.

(i) "Wiżż jew paletots tal-papra", għall-iskopijiet ta' sotto-titoli 02073981 u 02074371: wiżż jew papri mnittfin u kompletament imqaxxrin, mingħajr ras jew saqajn, bil-għadam (tas-sider, tal-kustilji, tad-dahar u t'isfel) imneħħijin imma bil-femurs, bit-tibias u bil-humeri"

2. In-Nota addizzjonali 7 għandha tkun imħassra. In-Nota addizzjonali 8 għandha tiġi nota addizzjonali 7.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] U Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.

[2] U Nru L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1.

[3] U Nru L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[4] U Nru L 345, tal-31.12.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

Top