Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3315

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3315/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3118/93 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom burdnara mhux residenti jistgħu joperaw servizzi tat-trasport bit-triq fi ħdan Stat Membru

ĠU L 350, 31.12.1994, pp. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3315/oj

31994R3315



Official Journal L 350 , 31/12/1994 P. 0009 - 0011
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 5 P. 0206


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3315/94

tat-22 ta' Diċembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3118/93 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom burdnara mhux residenti jistgħu joperaw servizzi tat-trasport bit-triq fi ħdan Stat Membru

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994, u b'mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi permezz ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja, ir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 [1] tal-25 ta' Ottubru 1993 għandu jkun emendat sabiex ikun allokat in-numru xieraq ta' awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ tal-Komunità lejn l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja;

Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 13 tal-Protokoll Nru 9 dwar it-trasport tat-triq, tal-ferrrovija u trasport ikkombinat fl-Awstrija kif anness ma' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994, ir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 għandu japplika biss mill-1 ta' Jannar 1997 lejn il-: (a) burndara b'awtorizzazzjoni tal-Komunità maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fl-Awstrija għall-ħidma tas-servizzi nazzjonali tat-trasport bit-triq fi Stati Membri oħrajn, u (b) burdnara b'awtorizzazzjoni tal-Komunità maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor għall-ħidma tas-servizzi nazzjonali tat-trasport bit-triq fl-Awstrija;

Billi t-tkabbir tal-Komunità se jirriżulta f'żieda fis-suq tat-trasport bit-triq; billi numru addizzjonali ta' l-awtorizzazzjonijiet tal-kabotaġġ tal-Komunità għandhom għalhekk ikunu stabbiliti għat-tnax-il Stat Membru preżenti;

Billi, minħabba fl-adeżjoni, numru ta' aġġustamenti tekniċi għandhom isiru ukoll ghar-Regolament (KEE) Nru 3118/93;

Billi huwa meħtieġ li jitkomplew, temporanjament, arranġamenti mfasslin fl-istruttura tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), sabiex l-awtorizzazzjonijiet tal-kabotaġġ għall-bidu ta' l-1995 jistgħu jkunu ttimbrati fil-waqt xieraq;

Billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-1994, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jadottaw, qabel l-adeżjoni, il-miżuri bis-saħħa ta' l-Artikolu 169 ta' l-Att ta' l-1994, tali miżuri li jidħlu fis-seħħ soġġetti għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi Trattat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3118/83 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

Sena | Numru ta' awtorizzazzjonijiet |

1994 | 30000 |

1995 | 46296 |

1996 | 60191 |

1997 | 83206 |

1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 1998 | 54091." |

2. It-tabella fl-Artikolu 2(3) għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

| "1995 | 1996 | 1997 | 1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 1998 |

il-Belġju | 3647 | 4742 | 6223 | 4045 |

id-Danimarka | 3538 | 4600 | 6037 | 3925 |

il-Ġermanja | 5980 | 7774 | 10203 | 6632 |

il-Greċja | 1612 | 2096 | 2751 | 1789 |

Spanja | 3781 | 4916 | 6452 | 4194 |

Franza | 4944 | 6428 | 8436 | 5484 |

l-Irlanda | 1645 | 2139 | 2808 | 1826 |

l-Italja | 4950 | 6435 | 8445 | 5490 |

il-Lussemburgu | 1699 | 2209 | 2899 | 1885 |

l-Olanda | 5150 | 6695 | 8786 | 5711 |

l-Awstrija | 0 | 0 | 4208 | 2736 |

il-Portugall | 2145 | 2789 | 3661 | 2380 |

il-Finlandja | 1774 | 2307 | 3029 | 1969 |

l-Iżvezja | 2328 | 3027 | 3973 | 2583 |

ir-Renju Unit | 3103 | 4034 | 5295 | 3442" |

3. It-testi 'l fuq nett tal-paġni (a) u (b) ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu mibdula bis-segwenti:

"(Test li għandu jkun miktub fil-lingwa(lingwi) uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni)"

Il-paġni (ċ), (d), (e) u (f) għandhom sussegwentement ikunu mħassrin.

4. Iċ-ċentru tal-paġna (a) ta' l-Annessi I u II għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

+++++ TIFF +++++

5. In-nota tal-qiegħ 1 f'tarf il-paġna (a) ta' l-Annessi I, II u III għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"(1) Sinjali li jiddistingwu tal-pajjiż:

Il-Belġju (B), id-Danimarka (DK), il-Ġermanja (D), il-Greċja (GR), Spanja (E), Franza (F), l-Irlanda (IRL), l-Italja (I), il-Lussemburgu (L), l-Olanda (NL), l-Awstrija (A), il-Portugall (P), il-Finlandja (FIN), l-Iżvezja (S), ir-Renju Unit (GB) (sa mill-1 ta' Jannar 1996: UK)."

6. It-test 'il fuq nett tal-paġni (a) u (b) ta' l-Anness III għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(Test li għandu jkun miktub fil-lingwa(lingwi) uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġ il-ktieb)".

7. L-intestatura

"Il-Kolonna 6"

fuq il-paġna (ċ) ta' l-Anness III għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

- il-Belġju: | B |

- id-Danimarka: | DK |

- il-Ġermanja: | D |

- il-Greċja: | GR |

- Spanja: | E |

- Franza: | F |

- l-Irlanda: | IRL |

- l-Italja: | I |

- il-Lussemburgu: | L |

- l-Olanda: | NL |

- il-Portugall: | P |

- il-Finlandja: | FIN |

- l-Iżvezja: | S |

- ir-Renju Unit: | GB (mill-1 ta' Jannar 1996: UK) |

u mill-1 ta' Jannar 1997:

- l-Awstrija: | A." |

8. L-Anness IV għandu jkun mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

1. Sat-30 ta' Ġunju 1995, l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ li għandhom jintużaw mill-burdnara stabbiliti fl-Istati Membri preżenti għandhom jikkorrispondu għall-mudelli fl-Annesi I u II tar-Regolament (KEE) Nru 3118/93. Sa l-istess data, l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ li għandhom jintużaw mill-burdnara fil-Finlandja u fl-Isvezja għandhom jikkorrispondu mal-mudelli fl-Anness I u II fl-Appendiċi 2 ta' l-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni 7/94 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [2].

2. L-Istati Membri preżenti jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' kotba għall-formoli ta' reġistrazzjoni specifikati fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3118/93 sal-31 ta' Diċembru 1995 l-aktar tard; l-Istati Membri l-oħrajn għandhom jaċċettaw dawn il-formoli ta' reġistrazzjoni fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 1995. Sa din id-data, l-Finlandja u l-Isvezja jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' formoli ta' reġistrazzjoni speċifikati fl-Anness III ta' l-Appendiċi 2 ta' l-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 7/94 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Seehofer

[1] ĠU L 279, tat-12.11.1993, p. 1.

[2] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top