Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3059

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3059/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li jemenda Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali. Test b’ rilevanza ŻEE

    ĠU L 323, 16.12.1994, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3059/oj

    31994R3059



    Official Journal L 323 , 16/12/1994 P. 0015 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0023
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0023


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3059/94

    tal-15 ta' Diċembru 1994

    li jemenda Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali.

    (Test b’ relevanza għaz- ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment tal-limiti massimu ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti tal-ikel [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2703/94 [2] u b' mod partikolari Artikoli 7 u 8 dwar dan,

    Billi, b'mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti massimu ta' residwu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid minn annimali li jipproduċu l-ikel;

    Billi limiti massimu ta' residwu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami ġewwa l-Kummissjoni għal Prodotti Mediċinali Veterinarji fuq l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta' residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta' oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta' residwi fuq l-ipproċessar industrijali tal-oġġetti tal-ikel.

    Billi, fl-istabbiliment tal-limiti massimi ta' residwi għal residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat l-ispeċi tal-annimali fejn ir-residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f'kull wieħed mit-tessuti rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersall) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta' residwi (residwu markatur);

    Billi, għall-kontroll ta' residwi, kif ipprovdut b'leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti massimu ta' residwu għandu normalment jiġi stabbilit għat-tessuti bersalji ta' fwied jew kliewi; Billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta' spiss imneħħija minn karkassi li jispustaw fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti massimu ta' residwu għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għal tessuti ta' muskolu jew grass;

    Billi, fil-każ ta' prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f'għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimu ta' residwu jridu jiġu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

    Billi levamisole għandu jiġi mdaħħal f'Anness I lir-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

    Billi 17δ-oestradiol għandu jiġi mdaħħal f'Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

    Billi serum tal-gandotrofina ta' debba tqila għandha tiġi mdaħħla f'Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90; Billi b'estrapolazzjoni ta' data xjentifika din il-klassifikazzajoni f'Anness II għandha tapplika għal kull annimal li jipproduċi l-ikel;

    Billi, sabiex tippermetti għat tmiem tal-istudji xjentifiċi, spektinomiċina għandha tiġi mdaħħla f'Annessi III tar-Regolament (KEE) nru. 2377/90;

    Billi kull perijodu ta' 60 jum għandu jiġi permess qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista' tkun meħtieġa għall-awtoriżżazzjonijiet biex jippjazzaw l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li ġew mogħtija b'mod konformi mad- Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Billi l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-Tneħħija ta' Barrieri Tekniċi għall- Kummerċ fil-Qasam ta' Prodotti Mediċinali Veterinarji,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Annessi I, II u III tar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huma b'dan emendati kif imfassal fl-Anness għal dawn.

    Artikolu 2

    Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara sittin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-15 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Martin Bangemann

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

    [2] ĠU L 287, tat-8.11.1994, p. 19.

    [3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

    [4] ĠU L 214, tal-24.8.1993, p. 31.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    A. Anness I hu emendat kif isegwi:

    2. Aġenti antiparassitiċi

    2.1. Aġenti li jaġixxu kontra l-endoparassiti

    2.1.3. Tetra-hydro-imidazoles (imidazolthiazoles)

    Sustanza(/i)farmakoloġikament attiv(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

    2.1.3.1.Levamisole | Levamisole | Bovini, ovini, porċini, tjur | 10 μg/kg 100 μg/kg | Muskolu, kliewi, grass fwied | |

    B. F'Anness II, punt 2. Komposti organiċi s-segwenti titolu miżjud:

    2. Komposti Organiċi

    "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiv(/i) | Speċi tal-annimal | Dispożizzjonijiet oħra |

    2.10.Gonadotrofina serum ta' debba tqila | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | |

    2.11.17δ-Oestadiol | L-ispeċi kollha li jipproduċu l-ikel | Għall-użi terapewtiċi u zooloġiċi" |

    Ċ. Anness III hu modifikat kif ġej:

    1. Aġenti anti-infettivi

    1.2. Antibijotiċi

    1.2.5. Aminoglikosidi

    "Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

    1.2.5.1.Spektinomiċina | Spektinomiċina | Bovini, porcini, tjur | 5000 μg/kg | Kliewi | Il-LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Lulju 1998 |

    2000 μg/kg | Fwied |

    300 μg/kg | Muskolu |

    500 μg/kg | Grass |

    Bovini | 200 μg/kg | Ħalib" |

    --------------------------------------------------

    Top