EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R2515

Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) nru 2515/94 tad-9 ta' Settembru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 li jistabilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel

ĠU L 275, 26.10.1994, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/10/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1216

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2515/oj

31994R2515



Official Journal L 275 , 26/10/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 61 P. 0213


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2515/94

tad-9 ta' Settembru 1994

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 li jistabilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi, għall-iskop li jippromwovu u jqawwu l-karattru speċifiku tal-prodotti tagħhom u sabiex jinfurmaw lill-konsumatur, iċ-ċirkoli tan-negozju kkonċernati għandhom ikollhom għad-disposizzjoni tagħhom is-simbolu tal-Komunità u l-indikazzjoni li hemm referenza dwarha fir-Regolament (KEE) Nru 2082/92; billi huwa għalhekk meħtieġ, għall-iskop li jsir użu korrett tas-simbolu u ta' l-indikazzjoni, li r-regoli tekniċi għar-riproduzzjoni tagħhom ikunu mħejjija;

Billi, sabiex tkun evitata konfużjoni minn-naħa tal-konsumatur b'konsegwenza ta' l-abbundanza ta' l-informazjoni fis-settur ta' l-agri-prodotti ta' l-ikel, l-informazjoni għandha tkun kemm jista' jkun omoġenja meta produttur u/jew proċessur jixtieq jinqeda bil-vantaġġ offrut mis-sistema ta' ċertifikati ta' karattru speċifiku stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2082/92; billi, konsegwentement, il-produttur u/jew proċessur għandu juża l-mudelli li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament;

Billi, b'kunsiderazjoni għall-ħtieġiet ta' kull suq, l-għażla tal-lingwa xierqa għat-tpoġġija fuq is-suq tal-prodott agrikolu jew prodott ta' l-ikel għandha titħalla f'idejn il-produttur u/jew il-proċessur;

Billi, sabiex tiżdied il-kredibiltà tal-marka attribwita lill-prodotti agrikoli jew lill-prodotti ta' l-ikel speċifiċi, l-isem ta' l-awtorità jew ta' l-organu ta' spezzjonar għandu jkun indikat fuq it-tikketta intenzjonata li titpoġġa fil-kummerċ tal-prodott;

Billi, għall-iskop ta' l-arranġamenti ta' spezzjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkollhom listi ta' produtturi awtorizzati biex jużaw l-isem rreġistrat flimkien mas-simbolu tal-Kommunità u l-indikazzjoni;

Billi dawn il-ħtiġiet ifissru li r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1848/93 [2] għandu jkun emendat;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar Ċertifikati ta' Karattru Speċifiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

IrIr-Regolament (KEE) Nru 1848/93 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b'dan li ġej:

"1. Is-simbolu tal-Komunità li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92 u l-indikazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament huma kif stability fil-Partijiet A u B ta' l-Anness I ta' dan ir-Regolament. L-indikazzjoni tista' tintuża mingħajr is-simbolu tal-Komunità.

Sabiex ikun żgurat l-użu korrett tas-simbolu tal-Komunità u ta' l-indikazzjoni, ir-regoli tekniċi dwar ir-riproduzzjoni kif jinsabu fil-manwal grafiku fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu osservati."

2. L- Artikolu 4a li ġej qiegħed ikun miżjud:

"Artikolu 4a

1. A producer and/or processor entitled to use the indication and the Community symbol pursuant to Regulation (EEC) No 2082/92 may choose from among the models shown in Annex I hereto the one(s) suitable for placing the agricultural product or foodstuff on the market. Il-produttur u/jew il-proċessur li huwa intitolat biex juża l-indikazzjoni u s-simbolu tal-Komunità permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92 jista' jagħżel minn fost il-mudelli mhurija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament il-wieħed/l-uħud xieraq sabiex il-prodott agrikolu jew prodott ta' l-ikel ikun jista' jitqiegħed fuq is-suq.

2. Produttur u/jew proċessur li jixtieq jirreferi, permezz ta' l-ittikkettjar jew tal-preżentazzjoni u/jew fir-riklami għall-prodott agrikolu jew prodott ta' l-ikel, għas-sistema ta' ċertifikati ta' karattru speċifiku stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2082/92 irid jinkorpora l-mudell(i) ppreżentat/i fl-Anness I ta' dan ir-Regolament f'dik l-informazjoni."

3. L- Artikolu 6a li ġej qiegħed jiġi miżjud:

"Artikolu 6a

1. Stat Membru jista' jesiġi li l-isem ta' l-awtorità jew ta' l-organu ta' l-ispezzjoni msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92 li jopera fi ħdan l-istruttura ta' l-ispezzjoni ta' dak l-Istat Membru irid jidher fuq l-ittikkettjar tal-prodott agrikolu jew tal-prodott ta' l-ikel.

2. L-awtorita' jew organu ta' l-ispezzjoni għandu jikkomunika lejn l-Istati Membri l-ismijiet u indirizzi tal-produtturi awtorizzati biex jużaw l-isem irreġistrat flimkien mal-indikazzjoni u s-simbolu tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom iżommu l-lista ta' produtturi awtorizzati għad-disposizzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni."

4. It-testi annessi ma' dan ir-Regolament huma miżjuda bħala l-Annessi I u II.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9.

[2] ĠU L 168, 10.7.1993, p. 35.

--------------------------------------------------

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top