Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0774

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 tad-29 ta' Marzu 1994 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

ĠU L 91, 8.4.1994, pp. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/06/2015; Revokat u sostitwit bi 32015R0754

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/774/oj

31994R0774



Official Journal L 091 , 08/04/1994 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0108


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94

tad-29 ta' Marzu 1994

li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Komunità nnegozjat konċessjonijiet ġodda tat-tariffa skond Artikolu XXVIII tal-GATT; billi dawn in-negozjati wasslu għal ftehimijiet mal-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Polonja, l-Isvezja u l-Urugwaj; billi dawn il-ftehimijiet ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1993 [1];

Billi l-ftehim in kwistjoni jipprovdu għall-ftuħ fl-1 ta' Jannar 1994, taħt ċerti kondizzjonijiet, tal-kwoti annwali tat-tariffa għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02013000, 02023090, 02061095 u 02062991, għal-laħam tal-majjal li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02031913 u 02032915, għal-laħam tat-tjur li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02074110, 02074141, 02074171, 02074210, 02074211 u 02074271, għall-qamħ u l-maħlut li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 10011000 u 10019099, u għal tipi ta' nuħħala, frak iebes u fdalijiet oħra li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 23023010, 23023090, 23034010 u 23034020; billi dawn il-kwoti għandhom għalhekk jiġu miftuħa b'effett mill-1 ta' Jannar 1994;

Billi l-ftehimijiet fil-kwistjoni jkopru perjodu taż-żmien mhux stabbilit; billi fl-interesi tar-razzjonalizzazzjoni u ta' l-effiċjenza, il-kwoti għandhom għalhekk jinfetħu fuq bażi multi-annwali;

Billi tista' tiġi ppruvata approprjata sistema li tiggarantixxi n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodotti; billi għal dan il-għan l-importazzjonijiet ġewwa l-qafas ta' dawn il-konċessjonijiet il-ġodda tat-tariffa għandhom ikunu bla ħsara, meta approprjat, għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità;

Billi jista' jkun approprjat illi dawn l-importazzjonijiet jiġu mifruxa għal matul is-sena kollha fuq il-bażi tal-ħtiġiet tas-suq Komunitarju; billi għal dan il-għan tista' tiġi ppruvata approprjata sistema sabiex jintużaw għal kollox il-kwoti msejsa fuq il-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni;

Billi l-approvazzjoni tal-Kunsill għall-ftehimijiet imsemmija hawn fuq tirrendi bla ħtieġa iktar is-sistema provduta fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1058/88 tat-28 ta' Marzu 1988 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra mnissla mit-tnaqqija, mit-tħin jew minn xogħol ieħor fuq iċ-ċereali għajr il-qamħ ir-rum u r-ross u li jemenda r-Regolament KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [2]; billi dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi mħassar;

Billi jridu jiġu adottati miżuri ddettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni soda tal-kwoti skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1969 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanġa u tal-vitella [3] jew fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq affettwati bil-ftuħ tal-kwoti;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 dwar il-proċedura sabiex tiġi aġġustata n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni wżata għall-prodotti agrikoli [4] u r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [5] diġà jipprovdu illi l-Kummissjoni tista' tagħmel emendi u aġġustamenti tekniċi għal dan ir-Regolament skond kif meħtieġa wara l-emendi għan-nomenklatura magħquda u l-kodiċijiet tat-TKI; billi kull aġġustament għall-volumi tal-kwoti u għal ħtiġiet oħra tal-kwoti adottati mill-Kunsill iridu wkoll jeħtieġu illi jsiru emendi għal dan ir-Regolament; billi bil-għan li jiġu ssimplifikati l-materji, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummisjoni tagħmel dawn l-emendi u aġġustamenti għal dan ir-regolament skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 27 tar-regolament (KE) Nru 805/68 jew fir-regolamenti l-oħra msemmija hawn fuq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Hija hawnhekk miftuħa kwota annwali Komunitarja tat-tariffa għall-volum totali ta' 18000 tunnellata metika, espressa fil-piż tal-prodott, għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202 u għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 02061095 u 02062991.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, id-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għandha tkun ta' 20 % u l-imposta varjabbi ta' 0 %.

Artikolu 2

1. Hija hawnhekk miftuħa kwota annwali Komunitarja tat-tariffa għall-volum totali ta' 7000 tunnellata metrika għal-laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02031913 u 02032915.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, l-imposta varjabbli hija ta' 0 %,

Artikolu 3

1. Hija hawnhekk miftuħa kwota Komunitarja tat-tariffa għall-volum totali annwali ta' 15500 tunnlleta metrika għal-laħam tat-tjur li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02074110, 02074141 u 02074171.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, l-imposta varjabbli hija ta' 0 %,

Artikolu 4

1. Hija hawnhekk miftuħa kwota annwali Komunitarja tat-tariffa għall-volum totali ta' 2500 tunnellata metrika għal-laħam tad-dundjani li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 02074210, 02074211 u 02074271.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, l-imposta varjabbli hija ta' 0 %,

Artikolu 5

1. Hija hawnhekk miftuħa kwota annwali Komunitarja tat-tariffa għall-volum totali ta' 300000 tunnellata metrika għal-qamħ ta' kwalità li jidħol fil-kodiċijiet tan-NM 10011000 u 10019099.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, l-imposta varjabbli hija ta' 0 %,

Artikolu 6

1. Hija hanhekk miftuħa kwota annwali tat-tariffa għall-volum totali ta' 475000 tunnellata metrika ta' tipi tan-nuħħala, frak iebes u fdalijiet tal-qamħ u ċ-ċereali għajr il-qamħ ir-rum u r-ross li jidħlu fil-kodiċijit tan-NM 23023010, 23023090, 23024010 u 23024090.

2. Ġewwa dan il-volum tal-kwota, l-imposta varjabbli hija ta' 0 %. Id-dazju t-Tariffa Doganali Komuni għandu jkun ta' ECU 40,80 għal kull tunnellata metrika għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 23023010 u 23024010, ta' ECU 83,40 għal kull tunnellata metrika għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 23033090 u ta' ECU 8,00 għall-prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NM 23024090.

Artikolu 7

Ir-regoli dettaljati għal dan ir-Regolament u, kif approprjat:

(a) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mr-rikonoxximent tad-dokument li jippermetti li jiġu verifikati l-garanziji riferiti fil-(a), u

(ċ) il-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni u li skond il-validità tagħhom għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 jew fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq interessati.

Artikolu 8

Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jaġġusta l-volumi u l-kondizzjonijiet l-oħra ta' dawn l-arranġamenti tal-kwoti ma' pajjiż terz jew iktar, l-aġġustamenti li jirriżultaw f'dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati sossegwentement skond il-proċeura stabbilita f'Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 jew fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzoni komuni tas-swieq interessati.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1058/88 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 1994.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Marzu 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] ĠU L 47, tat-18.2.1994, p. 1.

[2] ĠU L 104, tat-23.4.1988, p.1.

[3] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3611/93 (ĠU L 328, tad-29.12.1993, p. 7).

[4] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 (ĠU L 312, tas-27.10.1989, p. 5).

[5] ĠU L 256, tal-5.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 534/94 (ĠU L 68, tal-11.3.1994, p. 5).

--------------------------------------------------

Top