This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994R0399
Council Regulation (EC) No 399/94 of 21 February 1994 concerning specific measures for dried grapes
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef
ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0361
Official Journal L 054 , 25/02/1994 P. 0003 - 0004
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0068
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi għeneb imnixxef jiffaċċja diffikultajiet tal-marketing avolja għandu applikabbli għalih għajnuna għall-produzzjoni u miżuri ta' protezzjoni tal-konfini; billi dawn id-diffikultajiet huma attribbwiti fil-biċċa l-kbira għad-deterjorazzjoni gradwali fil-kompetittività tal-prodott; fil-waqt, sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, miżuri għandhom jiġu implimentati għat-titjib fil-kwalità u fil-marketing; Billi, in vista tal-kondizzjonijiet għall-produzzjoni, ħażna u pproċessar fir-reġjun ewlieni li jipproduċi għeneb imnixxef, l-ewwel minn dawn l-għanijiet jista' jinkiseb biss permezz ta' stħarriġ professjonali għal dawk impjegati fis-settur u billi jiġu żviluppati proċeduri aktar effettivi sabiex jitkomplew l-operazzjonijiet li jseħħu wara li l-prodott jiġi maħsud; barra min hekk, fehma aħjar tal-marketing channels tgħin biex jiffokaw il-kontrolli fuq iż-żieda fil-bejgħ ta' għeneb imnixxef prodott fil-Komunità; Billi l-iskop tal-miżuri hekk maħsuba huwa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat; billi għandhom jiġu hekk ikkunsidrati bħala miżuri ta' intervenzjoni disinjati biex jirregolaw is-suq; billi l-stħarriġ professjonali u l-miżuri għall-promozzjoni għandhom jiġu ffinanzjati mit-tfaddil magħmul bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-withholding rates imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1206/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jwaqqaf regoli ġenerali għas-sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni ta' frott u ħxejjex ipproċessati [4], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità u l-promozzjoni ta' għeneb imnixxef prodott fil-Komunità u kopert mill-Kodiċi NM 0806 2011, 08062012, 08062091 u 08062092 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4. Il-miżuri għandhom jinkludu: - għar-rigward ta' kwalità: (a) miżuri għal stħarriġ professjonali; (b) miżuri biex jitjiebu l-kondizzjonijiet ta' ġarr u ħażna; (ċ) miżuri għaż-żvilupp tekniku ta' parametri ġodda għall-kwalità u klassifikazzjoni u għall-iżvilupp ta' proċeduri effettivi għat-twettieq ta' operazzjonijiet ta' tnixxif, tindif, għażla u ħażna fl-azjenda jew fl-impjant; - għar-rigward ta' promozzjoni: (d) studju tas-suq Ewropew; (e) programm ta' informazzjoni li jiffoka fuq in-natura speċifika tal-prodott tal-Komunità u bbażat fuq ir-riżultati tal-miżuri msemmija aktar 'il fuq. Artikolu 2 1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu minn gruppi rappreżentattivi b'membri fi friegħi differenti ta' l-industrija u joffru assigurazzjoni li l-miżuri proposti jiġu implimentati kif suppost. Ir-rappreżentanza tal-gruppi tkun iġġudikata skond l-għan li jrid jintlaħaq. Madankollu, il-miżuri msemmija f'punti (d) u (e) jistgħu jitwettqu mill-Kummissjoni. 2. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sa 70 % lejn l-iffinanzjar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1. Madankollu, fil-każ tal-miżuri msemmija f'punti (a), (d) u (e) ta' l-Artikolu 1, din il-kontribuzzjoni tista' tiżdied sa 90 %, 100 % u 100 % rispettivament. Artikolu 3 L-ispiża li tirriżulta mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 titqies bħala spiża ta' l-intervent maħsuba biex tirregolarizza s-swieq ta' l-agrikoltura fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 fuq l-iffinanzjar tal-politika komuni dwar l-agrikoltura [5]. Għandha tiġiffinanzjata mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-FAEGG. Artikolu 4 Għandhom jitwaqqfu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skond il-proċedura li għaliha sar provvediment fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta' l-24 ta' Frar 1986 fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati mill-frott u ħxejjex [6]. Artikolu 5 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Frar 1994. Għall-Kunsill Il-President G. Moraitis [1] ĠU C 211, tal-5.8.1993, pġ. 20. [2] Opinjoni mogħtija fit-8 ta' Frar 1994 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 352, tat-30.12.1993, pġ. 29. [4] ĠU L 119, tal-11.5.1990, pġ. 74. [5] ĠU L 94, tat-28.4.1970, pġ. 13. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 (ĠU L 185, tal-15.7.1988, pġ. 1). [6] ĠU L 49, tas-27.2.1986, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1569/92 (ĠU L 166, ta' l-20.6.1992, pġ. 5). --------------------------------------------------