EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R0163

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 163/94 tal-24 ta' Jannar 1994 li jemenda r-Regolamnet (KEE) Nru 386/90 dwar is-sorveljanza magħmula fil-ħin ta' l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra

ĠU L 24, 29.1.1994, p. 2–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/163/oj

31994R0163



Official Journal L 024 , 29/01/1994 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0378
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0378


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 163/94

tal-24 ta' Jannar 1994

li jemenda r-Regolamnet (KEE) Nru 386/90 dwar is-sorveljanza magħmula fil-ħin ta' l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni ta' l-Parlament Ewropew [2],

Billi, taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 386/90 tat-12 ta' Frar 1990 dwar is-sorveljanza magħmula fil-ħin ta' l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra [3], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill fuq il-progress fl-applikazzjoni tar-Regolament;

Billi huwa ċar minn dan ir-rapport u mir-rapport addizzjonali illi n-nuqqas ta' flessibilità ta' wħud mir-regoli jista' jostakola titjib fl-effikaċja tal-kontrolli; billi jkun jista' jsir użu aħjar mill-analiżi ta' riskju jekk is-servizzi tal-kontroll ikollhom marġini akbar ta' manuvra biex jorjentaw il-kontrolli;

Billi l-obbligu li tiġi mħarsa r-rata ta' 5 % għal kull prodott għal kull uffiċċju tad-dwana jagħmilha iktar diffiċli li tikkonċentra r-riżorsi umani fuq l-esportazzjoni ta' riskju għoli;

Billi, fil-waqt illi tinżamm ir-rata komplessiva ta' 5 %, huwa possibbli li tintroduċi flessibilità biex tħalli lis-servizzi tal-kontroll biex jorjentaw il-kontrolli tagħhom fuq prodotti iktar sensitivi;

Billi, biex tnaqqas ir-riskju ta' sostituzzjoni, partikolarment fil-każ ta' dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni ppreżentati u aċċettati fl-Istat Membru jew fil-post ta' l-esportatur, għandha tiġi provduta l-imposizzjoni ta' rata minima ta' kontrolli fisiċi permezz ta' kampjun rappreżentattiv mill-uffiċċju ta' ħruġ;

Billi, in vista tal-bżonn li tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi, fil-Komunità kollha, tad-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroll tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni u in vista tar-riskji finanzjarji għall-fondi Komunitarji, għandhom jiġu adottati regoli fuq livell Komunitarju,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 386/90 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 għandu jidħol dan li ġej: "(b) kontrolli fiżiċi fuq sostituzzjoni skond l-Artikolu 3a, u (b) għandha ssir (ċ)"

2. l-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2. Skond ir-regoli dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, ir-rata msemmija fil-paragrafu 1 (b) għandha tapplika:

- għal kull uffiċċju doganali,

- għal kull kalendarja, u

- għal kull settur ta' prodotti.

Madankollu, ir-rata ta' 5 % għal kull settur ta' prodotti tista' tiġi sostitwita b'rata ta' 5 % li tkopri s-setturi kollha safejn l-Istat Membru japplika sistema ta' selezzjoni bbażata fuq analiżi ta' riskju magħmula skond kriterji li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 6. F'dan il-każ, rata minima ta' 2 % għandha tkun obbligatorja għas-settur tal-prodotti."

3. Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 3a

Fil-każ ta' dikjarazzjonijiet ta' esportazzjoni aċċettati minn uffiċċju doganali intern, rata minima jew rati minimi ta' kontrolli fisiċi fuq sostituzzjoni jistgħu jiġu magħmula permezz ta' kampjun rappreżentativ minn kull uffiċċju doganali ta' ħruġ mill-Komunità. Id-diversi rati minimi ta' kontrolli għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tat-tip ta' riskju, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda jseħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mis-sena kalendarja ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Moraitis

[1] ĠU C 218, tat-12.8.1993, p. 13.

[2] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Jannar (għadha mhix ippubblikata filĠurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

--------------------------------------------------

Top