EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0775

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 1994 li temenda d-Deċiżjonijiet Nri 94/143/KEE, 94/187/KEE, 94/309/KEE, 94/344/KEE, 94/446/KEE u 94/435/KEE li jistabbilixxu il-htigiet tas-saħħa ta' l-Annimali u ċ-ċertifikazzjoni ghall-importazzjoni ta' ċerti Prodotti koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE Test b'relevanza ta' ŻEE

ĠU L 310, 3.12.1994, p. 77–78 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R0433

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/775/oj

31994D0775



Official Journal L 310 , 03/12/1994 P. 0077 - 0078
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0090


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Novembru 1994

li temenda d-Deċiżjonijiet Nri 94/143/KEE, 94/187/KEE, 94/309/KEE, 94/344/KEE, 94/446/KEE u 94/435/KEE li jistabbilixxu il-ħtigiet tas-saħħa ta' l-Annimali u ċ-ċertifikazzjoni ghall-importazzjoni ta' ċerti prodotti koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

(Test b'relevanza għaz- ŻEE)

(94/775/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tistabbilixxi l-htigiet tas-sahha ta' l-Annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' Prodotti li ma humiex suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, f'dak li jirrigwardja l-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 10(2)(ċ) tagħha,

Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/143/KEE [2], 94/187/KEE [3], 94/309/KEE [4], 94/344/KEE [5], 94/446/KEE [6] u 94/435/KEE [7] rispettivament jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja ghall-importazzjoni ta' serum minn ekwidi, l-oqfsa ta' l-annimali, ċertu ikel tal-annimali tad-djar u ċerti prodotti edibli li jkunux bit-tannina, li jkun fihom materjali b'riskju baxx, proteini proċessati ta' l-annimali li jinkludu prodotti li jkun fihom din il-proteina intiża ghal konsum mill-annimali, ghadam u prodotti ta' l-ghadam, qrun u prodotti tal-qrun u dwiefer u prodotti tad-dwiefer ghal aktar ipproċessar mhux intiżi ghal konsum tal-bnedmin jew ta' l-annimali, u lanżit tal-majjali minn terzi pajjiżi;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/461/KEE [8] temenda d-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u li tipprovdi ghall-applikazzjoni taghhom mill-1 ta' Diċembru 1994; billi jidher li pajjiżi terzi ma jkunux jistghu jaderixxu mal-kondizzjonijiet godda ta' l-importazzjoni sa dik id-data; billi sabiex jigi evitat waqfien fil-kummerċ, ikun meħtieġ li tkun posposta d-data ta' l-applikazzjoni ta' dawk id-Deċiżjonijiet sat-28 ta' Frar 1995;

Billi d-Deċiżjonijiet Nri 94/143/KEE, 94/187/KEE, 94/309/KEE, 94/344/KEE, 94/446/KEE u 94/435/KEE għandhom ghalhekk ikunu emendati kif meħtieġ;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 94/143/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 2

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 94/187/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 3

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 94/309/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 4

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 94/344/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 5

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 94/446/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 6

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 94/435/KEE, id-data l-"1 ta' Diċembru 1994" hija mibdula bi "it-28 ta' Frar 1995".

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Novembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[2] ĠU L 62, tal-5.3.1994, p. 62.

[3] ĠU L 89, tas-6.4.1994, p. 18.

[4] ĠU L 137, ta' l-1.6.1994, p. 62.

[5] ĠU L 154, tal-21.6.1994, p. 45.

[6] ĠU L 183, tad-19.7.1994, p. 46.

[7] ĠU L 180, ta' l-14.7.1994, p. 40.

[8] ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 88.

--------------------------------------------------

Top