Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0307

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 1994 li temenda d-Deċiżjoni 91/637/KEE li tistabbilixxi l-mudell tal-messaġġ li għandu jkun trasmess permezz tan-network kompjuterizzat Animo

    ĠU L 133, 28.5.1994, p. 54–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/307/oj

    31994D0307



    Official Journal L 133 , 28/05/1994 P. 0054 - 0055
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0167
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0167


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-16 ta' Mejju 1994

    li temenda d-Deċiżjoni 91/637/KEE li tistabbilixxi l-mudell tal-messaġġ li għandu jkun trasmess permezz tan-network kompjuterizzat "Animo"

    (94/307/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarji ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija s-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 20 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 92/438/KEE [4], u b'mod partikolari Artikolu 6(3) tagħha,

    Billi l-informazzjoni meħtieġa biex jitħarsu l-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-annimali preskritti fid-Direttiva 91/628/KEE teħtieġ li tkun inkluża fin-network kompjuterizzat Animo;

    Billi l-messaġġ li għandu jkun trasmess permezz tan-network Animo għandu jkun supplimentat għal dan il-għan u s-software użat għandu jiġi hekk adattat;

    Billi l-adattament tas-software tal-applikazzjoni għandu jagħti kont tal-kondizzjonijiet fl-Istati Membri sabiex jiżguraw li jitħarsu il-ħtiġijiet tagħhom ta' operazzjoni;

    Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/637/KEE [5] hija emendata kif ġej:

    1. Artikolu 2 huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

    "Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha taġġorna s-software ta' l-applikazzjoni bil-għan li tinkludi l-informazzjoni fir-rigward tal-protezzjoni ta' l-annimali u x-xejriet fil-fajls varji tal-kompjuter meħtieġa għall-applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-software aġġornat disponibbli lill-Istati Membri mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 1995."

    2. L-Anness huwa mibdul mill-Anness hawn mehmuż.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 1994.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

    [3] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17.

    [4] ĠU L 243, tal-25.8.1992, p. 27.

    [5] ĠU L 343, tat-13.12.1991, p. 46.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Numru tal-messaġġ:

    1. ORIĠINI

    - Data tat-trasmissjoni:

    - Data mistennija tat-tluq:

    - Ħin mistenni tat-tluq:

    - Isem tal-kunsinnatur:

    - Post tat-tluq (Kodiċi tal-pajjiż, kodiċi ta' l-unità isem tal-lokalità kodiċi postali):

    - Ċertifikat tas-saħħa:

    - numru

    - data

    - Isem tal-veterinarju li qed jiffirma ċ-ċertifikat:

    2. DESTINAZZJONI

    - Kodiċ tal-pajjiż — kodiċi ta' unità:

    - L-isem u l-indirizz tal-kunsinnatarju:

    - Post tad-destinazzjoni (kodiċi tal-pajjiż — kodiċi ta' unità, isem tal-lokalità, kodiċi postali)

    3. MERKANZIJA

    - Tip — kodiċi

    - Numru/kwantità

    4. MEZZI TA' TRASPORT

    - Tip ta'trasport

    - Identifikazzjoni tal-meżżi tat-trasport (reġistrazzjoni tat-trakk, numru tal-vagun, numru tat-titjira, isem tal-bastiment, numru tal-kontenitur, eċċ.)

    5. OSSERVAZZJONIJIET

    - Għall-postijiet ta' l-ispezzjoni mal-fruntiera: oriġini ta' l-annimali u prodotti

    - Għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz: l-isem tal-pajjiż terz tad-destinazzjoni

    - Meta l-annimali ikunu għadhom ma telqux mill-post ta' l-oriġini tagħhom:

    - "tissostitwixxi l-messaġġ numru…"/"tħassar il-messaġġ numru…"

    --------------------------------------------------

    Top