Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3690

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3690/93 tal-20 ta' Diċembru 1993 li tistabilixxi sistema tal-Komunità li tistabbilixxi regoli għat-tagħrif minimu li għandu jkun inkluż fil-licenzji tas-sajd

ĠU L 341, 31.12.1993, p. 93–95 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/05/2006; Imħassar b' 32006R0700

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3690/oj

31993R3690



Official Journal L 341 , 31/12/1993 P. 0093 - 0095
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0195


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3690/93

tal-20 ta' Diċembru 1993

li tistabilixxi sistema tal-Komunità li tistabbilixxi regoli għat-tagħrif minimu li għandu jkun inkluż fil-licenzji tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropeja, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali,

Billi, sabiex jgħin ħalli tittejjeb ir-regolamentazzjoni dwar l-esplojtazzjoni u t-trasparenza tagħha, l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jwaqqaf sistema tal-Komunita għas-sajd u l-akwakultura [3] jipprovdi għall-introduzzjoni ta' sistema ġenerali tal-Komunità għall-liċenzji tas-sajd;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jwaqqaf sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd [4] jipprovdi inter alia għal regoli rigward il-monitoraġġ ta' miżuri dwar treġija ta' konservazzjoni u riżorsi; billi dan il-qafas għandu jiġi supplimentat;

Billi is-sistema tal-Komunità għandha tfassal regoli rigward l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fil-liċenzji għas-sajd għal kull bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm provdut għal-liċenzji tas-sajd li tintwera informazzjoni fuq il-karatteristiċi ta' identifikazzjoni u karatteristiċi tekniċi għall-bastimenti tas-sajd;

Billi l-informazzjoni li tkun tinstab fil-liċenzji tas-sajd għandha tissodisfa l-karatteristiċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 ta' t-22 ta' Settembru 1986 li jiddefenixxi karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd [5] u jikkoformaw mar-regoli ddettaljati rigward l-immarkar u d-dokumentazzjoni tal-bastimenti tas-sajd [6]; billi din l-informazzjoni għandha tikkorispondi għall-informazzjoni fornuta b'mod konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 163/89 tal-24 ta' Jannar 1989 rigward ir-reġistru tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità [7];

Billi għandha ssir dispożizzjoni għal kull Istat Membru li jaddotta miżuri li jagħmluha possibli għall-awtoritajiet kompetenti li jiċċekkjaw, f'kull żmien, informazzjoni li tkun tinsab fil-liċenzji tas-sajd;

Billi dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti sabiex ikun hemm ko-operazzjoni fi ħdan il-Komunita;

Billi huwa mixtieq li dawn ikunu jew għal perjodu temporanju għall-ħruġ ta' liċenzji għas-sajd fil-format ta' dokumenti, jew eżenzjoni mill-obbligu li jinġarru liċenzji abbord għal ċertu kategoriji ta' bastimenti

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għanda tiġi mwaqqfa sistema tal-Komunità għal-liċenzji tas-sajd li regoli dwar l-informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fil-liċenzji tas-sajd li għaliha hemm riferenza fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92.

2. Kull bastiment tas-sajd tal-Komunità ikun meħtieġ li jkollu liċenzja tas-sajd għall-bastiment.

3. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-bastiment.

4. Bastimenti tas-sajd ma jitħallewx jaqbdu, iżommu abbord, jittrasferixxu jew iniżżlu ħut, fejn liċenzja tas-sajd ma ġietx mogħija jew fejn il-liċenzja tas-sajd ġiet irtirata jew sospiża.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament "liċenzja tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità" għandha tkun tinkludi ta' l-anqas attestatazzjoni mill-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment, ta' l-informazzjoni rigward l-identifikazzjoni, il-karatteristiċi tekniċi, u l-attrezzar tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità, kif imfassal fl-Anness.

Artikolu 3

L-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment għandu joħroġ u jamministra liċenzji tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd li jxejru l-bandiera tiegħu, b'konsiderazzjoni lejn id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92.

Artikolu 4

1. L-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni, karatteristiċi tekniċi u attrezzar fuq kull bastiment li jxejjer il-bandiera tiegħu hija korretta, u li tikkorispondi ma' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistru tal-Komunità fuq bastimenti tas-sajd kif hemm provdut fir-Regolament (KEE) Nru 163/89.

2. L-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment għandu jaddotta il-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ċċekjata f' kull żmien mill-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis- superviżjoni.

Artikolu 5

L-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment għandu jissospendi temporanjament jew definitivament il-liċenzji tas-sajd li huma soġġetti għall-immobiliżżazzjoni temporanja u għandu jirtira l-liċenzji tas-sajd ta' bastimenti li huma soġġetti għall-irtirar definittiv mill-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 6

L-iStat Membru fejn hu rreġistrat il-bastiment għandu jlesti r-rekord(s) li hu waqqaf b'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 163/89 biex jintegra kull informazzjoni fuq il-liċenzji tas-sajd li jkun ħareġ lill-bastimenti li jgorru il-bandiera tiegħu.

Artikolu 7

1. L-iStati Membru fejn huma rreġistrati il-bastimenti għandhom jappuntaw l-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu ħsieb il-ħruġ ta' liċenzji tas-sajd u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li s-sistema tkun waħda effettiva.

2. L-iStati Membri fejn huma rreġistrati il-bastimenti għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri oħra u lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti li għalihom saret riferenza fil-paragrafu 1. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda fuq livell nazzjonali mhux aktar tard minn sitt xhur wara li dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ u, jekk ikun hemm kambjamenti, kemm jista jkun malajr.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tkun tinsab fir-rekords li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 6, b'mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 163/93.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom, fuq talba mill-awtoritajiet ta' l-ispezzjoni ta' Stat membru ieħor li qed jispezzjonaw bastimenti fl-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tiegħu, jikkonfermaw l-informazzjoni li għaliha saret riferenza fl-Artikolu 4. It-talba għall-informazzjoni tista' ukoll tiġii ndirizzata wkoll lill-Kummissjoni.

Artikolu 9

Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1994, dwar id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni rigward liċenzji tas-sajd applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u għall-bastimenti li jġorru l-bandiera ta' Stat mhux membru u li jaħdmu fil-medda tas-sajd tal-Komunità u li l-attivitajiet tagħhom huma bla ħsara għall-miżuri li jirregolaw l-esplojtazzjoni ta' ċertu riżorsi.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1995.

Madankollu, sal-1 ta' Jannar 1996, l-Istati Membri għandhom jagħtu derogi mill-obligazzjonijiet li għalihom saret riferenza fl-Artikolu 1(3) għal bastimenti li jxejru l-bandiera tagħhom u jagħmlu l-attivitajiet tagħhom esklussivament fl-ilmijiet marittimi fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-istess obligu lil bastimenti li għandhom tul totali ta' inqas minn 10 metri li jxejru l-bandiera tagħhom u jagħmlu l-attivitajiet tagħhom esklussivament fl-ilmijiet marittimi fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Dan ir-Regolament jorbot b'mod sħiħ u huwa applikabbli f'kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Bourgeois

[1] ĠU L 310, tas-16.11.1993, p. 13.

[2] Opinjoni mgħoddija fis-17 ta' Diċembru 1993 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.

[4] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[5] ĠU L 274, tal-25.9.1986, p. 1.

[6] ĠU L 132, tal-21.5.1987, p. 9.

[7] ĠU L 20, tal-25.1.1989, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top