EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0558

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93 tal-10 Marzu 1993 dwar il-metodu refrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 543/86 u li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87

ĠU L 58, 11.3.1993, p. 50–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/558/oj

31993R0558



Official Journal L 058 , 11/03/1993 P. 0050 - 0052


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 558/93

tal-10 Marzu 1993

dwar il-metodu refrattometru biex jitkejjel residwu xott solubbli fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 543/86 u li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati minn frott u ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1569/92 [2], u partikolarment l-Artikoli 10(1) u 17 (1) tiegħu,

Billi l-Artikolu 10(7) tar- Regolament (KEE) Nru 426/86 jipprovdi illi ‘l-kontenut ta’ zokkor miżjud ’ għall-prodotti elenkati fl-Anness III tfisser il-kejl miksub bl-użu ta’ refrattometru, multiplikat b’fattur speċifiku u ridott b’figura fissa;

Billi l-metodu refrattometru li għandu jintuża huwa definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 543/86 [3], li jistipula l-metodi kif jitkejjel iz-zokkor proċessat minn frott u ħaxix; billi huwa meħtieg li jsiru l-emendi xierqa għal dan il-metodu, partikolarment sabiex tiġi speċifikata l-proċedura għal prodotti alkoħoliċi; billi l-introduzzjoni tal-metodu l-ġdid stipulat f’dan ir-Regolament toħloq il-ħtieġa li jiġi revokat ir-Regolament (KEE) Nru 543/86;

Billi r-revoka tar- Regolament (KEE) Nru 543/86 toħloq il-ħtieġa li jiġi adattat l-Anness 1 tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3800/92 [5];

Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-metodu refrattometru li għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kontenut taz-zokkor fil-prodotti elenkati fl-Anness III ta’ Regolament (KEE) Nru 426/86 għandu jkun kif muri fl-Anness ta’ hawn.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 543/86 huwa imħassar.

Artikolu 3

L-Anness I tar- Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed jiġi emendat kif ġej: ir-riferenzi għar-Regolament (KEE) Nru 543/86 fin-Nota Addizzjonali Nru 1 fil-Kapitolu 8 u fin-Noti Addizzjonali Nri 2 u 6 fil-Kapitolu 20 huma mibdula bir-riferenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-10 Marzu 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[2] ĠU L 166, ta’ l-20.6.1992, p. 5.

[3] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1986, p. 41.

[4] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[5] ĠU L 384, tat-30.12.1992, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

METODU TAL-KEJL TA’ RESIDWU XOTT SOLUBBLI FI PRODOTTI PRO¬ESSATI MINN FROTT U ĦAXIX PERMEZZ TAR-REFRATTOMETRIJA

I. Qasam ta’ applikazzjoni

L-applikazzjoni ta’ dan il-metodu hija relatata mall-kwantità ta’ zokkor preżenti fil-prodott analizzat. Il-preżenza ta’ aċidi amino, imluħa ta’ aċidi organiċi, imluħa inorganici, xaħam, flavonoids u alkoħol jibdel l-indiċi refrattiv.

II. Definizzjoni

Kontenut ta’ residwu xott solubbli (stabbilit bir-refrattometrija) ifisser il-perċentwali ta’ piż ta’ sucrose f’soluzzjoni milwiema ta’ sucrose li, skond ċerti kundizzjonijiet, għandu l-istess indiċi refrattiv bħall-prodott analizzat. Il-kontenut ta’ residwu xott solubbli tal-prodott huwa espress fi grammi kull 100 gramma (g/100 g).

III. Prinċipju

Deduzzjoni tal-kontenut ta’ residwu xott solubbli ta’ prodott mill-indiċi refrattiv tiegħu.

IV. Apparat

Refrattometru tat-tip Abbe

Dan l-apparat għandu jippermetti li l-perċentwali ta’ piż ta’ sucrose jiġi stabbilit sal-eqreb ± 0,1 %.

Ir-refrattometru għandu jkollu termometru bi skala li testendi mill-inqas minn + 15 °C sa + 25 °C. Għandu jkollu wkoll ċirkolatur tal-ilma sabiex it-temperatura tkun tista tigi aġġustata b’akkuratezza ta’ ± 0,5 °C.

Struzzjonijiet għat-tħaddim ta’ dan l-apparat, u partikolarment dawk li għandhom x’jaqsmu mall-kalibrazzjoni u provenjenza ta’ dawl, għandhom jiġu strettament osservati.

V. Metodu

1. Preparazzjoni ta’ kampjun

1.1. Prodotti likwidi

Ħawwad b’attenzjoni u ipproċedi għad-determinazzjoni.

1.2. Prodotti semi-densi, purées, meraq tal-frott b’sustanza ssospenduta

Ħawwad b’attenzjoni kampjun medju tal-laboratorju u mbagħad omoġenizza. Saffi parti mill-kampjun minn garża xotta mitwija f’erbgħa, neħħi l-ewwel qtar u ipproċedi għad-determinazzjoni fuq il-filtrat.

1.3. Prodotti densi (ġamm u ġeli)

Jekk il-prodott li ġa ġie omoġenizzat ma jistax jintuża direttament, iżen 40 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g fi flixkun li jesa’ 250 ml u żid 100 ml ilma distillat.

Għalli bil-mod għal żewġ jew tlett minuti, filwaqt li tħawwad b’virga tal-ħġieġ.

Berred, ferra l-kontenut tal-flixkun għal ġo reċipjent miżun adattat u uza l-ilma distillat bħala likwidu biex tifflaxxja, żid l-ilma distillat sabiex tikseb madwar 200 g ta’ prodott, iżnu sal-eqreb 0,01 g, and ħawwad it-taħlita sewwa.

Ħalliha toqgħod għal 20 minuta, imbagħad saffiha minn filter mitwi jew lembut Buechner.

Għamel determinazzjoni fuq il-filtrat.

1.4. Prodotti ffriżati

Ħalli l-friża tinżel u neħħi l-għadam jew żerriegħa u l-qlub. Ħallat il-prodott mal-likwidu li jkun ħareg minnu waqt li nħallet il-friża u kompli bħal f’1.2 jew 1.3.

1.5. Prodotti xotti jew prodotti li jkollhom fihom frott sħiħ jew biċċiet ta’ frott

Qatta’ l-kampjun tal-laboratorju - jew parti minnu - f’biċċiet żgħar, neħħi l-għadam jew żerriegħa u l-qlub u ħallat b’attenzjoni.

Iżen 10 sa 20 g tal-prodott sal-eqreb 0,01 g ġo flixkun.

Żid l-ilma distillat daqs ħames darbiet il-piż tal-prodott. Saħħan banjumarija għal 30 minuta waqt li kultant tħawwad b’virga tal-ħġieġ. Meta jibred, kompli kif deskritt f’1.3.

1.6. Prodotti li jkollhom fihom l-alkoħol

żgħir fuq il-priżma t’isfel tar-refrattometru, filwaqt li b’attenzjoni żgura li l-kampjun jgħatti l-wiċċ tal-ħġieġa b’uniformità meta l-priżmi jintrassu ma’ xulxin. Kejjel skond l-istruzzjonijiet tat-tħaddim tal-apparat użat.

Iżen madwar 100 g ta’ kampjun sal-eqreb 0,01 g fi flixkun miżun. Poġġi l-flixkun ġo banju ta’ ilma mgħolli għal for 30 minuta, kultant tħawwad b’virga tal-ħġieġ, u żid ilma distillat jekk ikun meħtieg.

Fejn il-kontenut tal-alkoħol jeċċedi madwar 5 % tal-massa żid aktar ilma distillat u erġa’ saħħan fil-banju tal-ilma għal 45 minuta.

Wara li jibred iżen il-kontenut finali tar-reċipjent, saffi jekk meħtieg, u kompli bid-determinazzjoni.

2. Determinazzjoni

Wassal il-kampjun sat-temperatura tal-qies billi tgħaddas il-kontenitur ġo banju tal-ilma fit-temperatura rikjesta.

Poġġi kampjun Aqra l-perċentwali tal-piż tas-sucrose sal-eqreb 0,1 %.

Agħmel mill-anqas żewg determinazzjonijiet fuq l-istess kampjun preparat.

VI. Espressjoni tar-riżultati

Kalkolazzjoni u formulazzjoni

Il-kontenut ta’ residwu xott solubbli, konvenzjonalment espress fi grammi ta’ sucrose kull 100 gramma ta’ prodott, huwa kalkolat kif ġej. Il-perċentwali ta’ kontenut ta’ sucrose indikat bir-refrattometrija huwa użat direttament. Jekk il-qari tal-kejl isir f’temperatura li ma tkunx + 20 °C, ikkoreġi kif indikat fit-tabella annessa.

Jekk il-kejl ikun sar fuq soluzzjoni miżjuda, il-kontenut ta’ residwu xott solubbli (M) jigi kalkolat billi tintuża l-formula segwenti:

M = M' x

100E

M' ikun il-piż (fi grammi) ta’ residwu xott solubbli kull 100 g ta’ prodott indikat mir-refrattometru u E il-piż (fi grammi) ta’ prodott kull 100 g ta’ soluzzjoni.

Korrezzjonijiet meta d-determinazzjoni ssir f'temperatura li ma tkunx 20 °C

It-temperatura ma tistax tvarja b'aktar minn ± 5 °C minn 20 °C.

Temperature °C | Sucrose in grams per 100 grams of product |

5 | 10 | 15 | 20 | 30 | 40 | 50 | 60 | 70 | 75 |

Naqqas

15 | 0,25 | 0,27 | 0,31 | 0,31 | 0,34 | 0,35 | 0,36 | 0,37 | 0,36 | 0,36 |

16 | 0,21 | 0,23 | 0,27 | 0,27 | 0,29 | 0,31 | 0,31 | 0,32 | 0,31 | 0,23 |

17 | 0,16 | 0,18 | 0,20 | 0,20 | 0,22 | 0,23 | 0,23 | 0,23 | 0,20 | 0,17 |

18 | 0,11 | 0,12 | 0,14 | 0,15 | 0,16 | 0,16 | 0,15 | 0,12 | 0,12 | 0,09 |

19 | 0,06 | 0,07 | 0,08 | 0,08 | 0,08 | 0,09 | 0,09 | 0,08 | 0,07 | 0,05 |

Add

21 | 0,06 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 | 0,07 |

22 | 0,12 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 | 0,14 |

23 | 0,18 | 0,20 | 0,20 | 0,21 | 0,21 | 0,21 | 0,21 | 0,22 | 0,22 | 0,22 |

24 | 0,24 | 0,26 | 0,26 | 0,27 | 0,28 | 0,28 | 0,28 | 0,28 | 0,29 | 0,29 |

25 | 0,30 | 0,32 | 0,32 | 0,34 | 0,36 | 0,36 | 0,36 | 0,36 | 0,36 | 0,37 |

--------------------------------------------------

Top