This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0065
Council Directive 93/65/EEC of 19 July 1993 on the definition and use of compatible technical specifications for the procurement of air-traffic- management equipment and systems
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-prokura ta' tagħmir u sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-prokura ta' tagħmir u sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru
ĠU L 187, 29.7.1993, p. 52–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2005; Imħassar b' 32004R0552
Official Journal L 187 , 29/07/1993 P. 0052 - 0056
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0202
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0202
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-prokura ta' tagħmir u sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 84(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi t-trasport ta' l-ajru fl-Ewropa huwa bħalissa taħt sforz konsiderevoli minħabba konġestjoni ta' traffiku ta' l-ajru; Billi, s'issa, sistemi ta' tmexxija ġew żviluppati u ġew aġġornati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), li jippermettu interpretazzjoni nazzjonali jew lokali; Billi definizzjoni u introduzzjoni ta' standards tal-Komunità hija approċċ effettiv għat-tmexxija ta' traffiku ta' l-ajru ġenerali minħabba li s-sitwazzjoni preżenti, bażata fuq sistemi nazzjonali jew lokali rriżultat f'inkompatibbilitajiet tekniċi u operattivi li issa jtellfu t-trasferiment ta' titjiriet kontrollati bejn korpi tal-kontrol ta' traffiku fi Stati Membri differenti; Billi wieħed għandu jżomm f'moħħu x-xogħol importanti li sar mill-Konferenza Ewropea ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) u l-Eurocontrol fis-settur ta' tmexxija ta' traffiku ta' l-ajru u l-konklużjonijiet relevanti adottati mill-Ministri ta' l-ECAC f'April 1990 u f'Marzu 1992; Billi għandha ssir integrazzjoni funzjonali biex tirranġa l-konġestjoni ta' traffiku u ttejjeb l-fluss tat-traffiku f'terminu qasir; Billi l-proċess ta' armonizzazzjoni u integrazzjoni jkun iffaċilitat jekk l-Istati Membri kollha jaċċettaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kooperazzjoni għas-Sigurtà fin-Navigazzjoni ta' l-Ajru; Billi, skond risoluzzjoni 89/Ċ 189/02 [4], il-proċess ta' sħubija ta' l-Istati Membri kollha bħala partijiet kontraenti għal Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kooperazzjoni għas-Sigurtà ta' Navigazzjoni ta' l-Ajru tiġi iffaċilitata jekk dawk l-istati Membri li huma diġà partijiet kontraenti għal dik il-Konvenzjoni jippruvaw ma' Eurocontrol biex jadottaw, fejn xieraq miżuri immirati biex tiffaċilita dik is-sħubija; Billi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-Eurocontrol jikkonformaw ma' standards u prattiċi rakommandati mill-ICAO; Billi l-Kummissjoni, assistita minn Kumitat ta' rappreżentanti ta' Stati Membri għandhom ikunu awtorizzati, skond il-proċedura mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju 1987 li tistabbilixxi il-proċeduri għal eżerċizju ta' poteri ta' implimentazzjoni mgħotija lil Kummissjoni [5], biex jagħmlu ċerti standards tal-Eurocontrol mandatorji f'livell Komunitarju; Billi standardizzazzjoni Ewropea hija fattur importanti biex tistabbilixxi livell konsistenti ta' sigurtà fit-tmexxija ta' traffiku ta' l-ajru; billi l-Eurocontrol u awtoritajiet ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom jikkoperaw ma' xulxin; Billi għandu jiġi speċifikat li skond id-direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 illi tistabbilixxi proċedura għal għoti ta' informazzjoni fis-settur ta' standards tekniċi u regolamenti [6] il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta ma' Eurocontrol, tagħti lil korpi ta' standardazzjoni Ewropej mandati biex jagħmlu standards Ewropej biex jipprovdu appoġġ għas-sistemi ta' tmexxija ta' traffiku ta' l-ajru; Billi fil-każ ta' tagħmir li huwa marketed legalment fi Stat Membru jista' jiċċaqlaq liberament fit-territorji ta' l-Istati Membri l-oħra; Billi l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Kooperazzjoni għas-sigurtà ta' Navigazzjoni ta' l-Ajru tistabbilixxi l-Eurocontrol bħala l-istrument appropjat biex tieħu l-miżuri neċessarji biex isolvu l-problemi preżenti fl-Ewropa; Billi s-sigurtà hija fattur importanti fi trasport ta' l-ajru fil-Komunità; billi din id-Direttiva għandha tikkonsidra l-eżistenza tal-Konvenzjoni fuq l-Avjazzjoni Internazzjonali Ċivili, firmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944, li tipprovdi għal implimentazzjoni ta' kull miżura li huma meħtieġa biex jassiguraw is-sigurtà u l-iżvilupp ordnat fl-avjazzjoni ċivili internazzjonali; Billi d-Direttivi tal-Kunsill 77/62/KEE ta' l-21 ta' Diċembru 1976 li tikkoordina il-proċeduri għal għotja ta' kuntratti ta' forniment pubbliku [7] u 90/531/KEE tas-17 ta' Settembru 1990 fuq il-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, enerġija, trasport u telekommunikazzjoni [8] japplikaw għat-tmexxija ta' traffiku ta' l-ajru u l-entitajiet li jagħtu għandhom jiġu speċifikati; Billi f'ċerti Stati Membri l-akkwist ta' tagġmir ta' navigazzjoni ta' l-ajru mhuwiex kopert b'din id-Direttiva msemmija; billi iżda, l-istandards ta' l-Eurocontrol inkorporati fis-sistema legali tal-Komunità jridu jiġu osservati fl-Istati Membri kollha, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Din id-Direttiva tapplika għad-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibili għall-akkwist ta' tagħmir u sistemi ta' l-immaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru, b'mod partikolari: - sistemi ta' komunikazzjoni, - sistemi ta' sorveljanza, - sistemi li jipprovdu assitenza awtomatika għal kontrol ta' traffiku ta' l-ajru, u - sistemi ta' navigazzjoni. L-Artikolu 2 Għall-iskop ta' din id-Direttiva: (a) speċifikazzjoni teknika tfisser ir-rekwiżiti tekniċi inklużi, b'mod partikolari, fid-dokumenti ta' offerta li jiddefinixxu l-karatteristiċi ta' biċċa xogħol, materjal, prodott jew forniment, u jagħmilha possibbli li tiddefinixxi biċċa xogħol, materjal, prodott jew forniment oġġettivament b'tali manjiera li tissodisfa l-użu li għaliha hi maħsubha mill-entita kontraenti. Preskrizzjonijiet tekniċi simili jistgħu jinkludu kwalità, wirja, sigurtà u dimensjonijiet, kif ukoll bħala rekwiżiti applikabli għal materjal, prodott jew forniment dwar assigurazzjoni ta' kwalità, terminoloġija, simboli, testing u metodi ta' testing, ippakkjar, markar u ittikkettjar; (b) standard ifisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta' standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, it-tħaris ta' liema mhux inprinċipju obligatorju; (ċ) Standard Eurokontol ifisser l-elementi mandatorji ta' speċifikazzjonijiet ta' l-Eurocontrol għal karatteristiċi fiżiċi, konfigurazzjoni, materjal, eżekuzzjoni, personnel jew proċedura, li l-applikazzjoni uniformi tagħha hija rrikonoxxuta bħala essenzjali għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' servizzi ta' traffiku ta' l-ajru integrati (ATS) (l-elementi mandatorji jiffurmaw parti mid-dokument standard ta' l-Eurokontrol). L-Artikolu 3 1. Il-Kummisjoni għandha, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 6, tidentifika u tadotta l-istandards ta' l-Eurocontrol u emendi ta' l-Eurocontrol sussegwenti għal dawk l-istandards ta' l-Eurocontrol, b'mod partikolari dwar dawk iż-żoni mniżżla f'Anness 1, li jkunu mandatorji taħt il-liġi tal-Komunità. Il-Kummissjoni tippubblika r-referenzi ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha li saru mandatorji fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Sabiex tassigura li l-Anness 1, li jniżżel l-istandards ta' l-Eurocontrol li għandhom jiġu prodotti, jkun kemm jista' jkun komplet, il-Kummissjoni, filwaqt li ssegwi l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 6 u b'konsultazzjoni ma' l-Eurocontrol, tista', fejn approprjat, temenda l-Anness I skond emendi magħmula mill-Eurocontrol, 3. Ir-Repubblika Taljana u r-Renju ta' Spanja jistgħu jipposponu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal sena. Jekk fl-aħħar ta' dak il-perjodu dawk l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw l-istandards Eurocontol il-Kunsill għandu, skond it-trattat, jiddeċiedi fuq l-azzjoni approprjata li trid tittieħed. L-Artikolu 4 Biex tikkumplimenta fejn neċessarju, il-proċess ta' implimentazzjoni ta' standards ta' l-Eurocontrol il-Kummissjoni tista' tagħti mandati ta' standardizzazzjoni lil korpijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej skond id-Direttiva 83/189/KEE u b'konsultazzjoni mal-Eurocontrol. L-Artikolu 5 1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 77/62/KEE u 90/531/KEE l-Istati Membri jieħdu kull pass meħtieġ biex jassiguraw li fid-dokumenti ġenerali jew speċifikazzjonijiet dwar kull kuntratt l-entitajiet ċivili definiti fl-Anness II jirreferu għal speċifikazzjonijiet adottati skond din id-Direttiva meta jinxtara tagħmir ta' navigazzjoni ta' l-ajru. 2. Biex tassigura li l-Anness II huwa kemm jista' jkun komplut, l-Istati Membri jinnotifikaw il-Kummissjoni b'tibdiliet li jsiru lil-listi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 6. L-Artikolu 6 1. Il-Kummissjoni tkun assistita minn Kumitat li jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri u preseduti min rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li ser jittieħdu. Il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'terminu ta' żmien li jistabbilixxi l-President skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni tittieħed mill-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat f'każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat jiġu peżati skond kif imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsubha jekk huma skond l-opinjoni tal-Kumitat. 4. Jekk il-miżuri maħsuba mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk il-Kumitat ma jagħtix opinjoni il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. 5. Jekk il-Kunsill ma jaġixxix fi żmien tliet xhur tar-referenza lilu l-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti sakemm il-Kunsill ma jiddeċidiex kontra dawk il-miżuri b'maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 7 Fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha l-Kummissjoni għandha regolarment tikkonsulta r-rappreżentanti Ewropej relevanti ta' korpijiet ta' navigazzjoni ta' l-ajru, ta' dawk li jużaw l-ispazju ta' l-ajru u ta' entitajiet professjonali. Għandha tinforma lill-kumitat bir-riżultat tal-konsultazzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 6. L-Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha regolarment tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-operazzjoni ta' l-arranġamenti provduti f'din id-Direttiva, akkumpanjat, jekk neċessarju minn proposti għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4. 2. Kull sena l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull miżura li introduċew biex jiksbu l-għanijiet imniżżla f'din id-Direttiva. L-Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex huma josservaw din id-Direttiva fi żmien sena mill-adozzjoni tagħha. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan kollu. Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet huma għandhom jinkludu referenzi għal din id-Direttiva jew jakkumpanjawhom b'din ir-referenzi fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom ifasslu l-manjiera li jsiru dawn ir-referenzi. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dan kollu. L-Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1993. Għall-Kunsill Il-President W. Claes [1] ĠU C 244, tat-23.9.1992, p. 16. [2] L-opinjoni mogħtija fil-25 ta' Ġunju 1993 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 19, tal-25.1.1993, p. 39. [4] ĠU C 189, tas-26.7.1989, p. 3. [5] ĠU C 197, tat-18.7.1987, p. 33. [6] ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/400/KEE (ĠU L 221, tas-6.8.1992, p. 55). [7] ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid- Direttiva 92/50/KEE (ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1). [8] ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Standards ta' l-Eurocontrol imsemmija fl-Artikolu 3 Lista indikattiva Sistemi ta' komunikazzjoni Tpartit ta' informazzjoni dwar pjanijiet ta' titjiriet. (format ta'messaġġ) [1] Tpartit ta' informazzzjoni dwar radar (Asterix message format:) [2] Sistemi ta' Telefon għal ATS [3] On-line data interchange (OLDI) [4] Automated SSR-code-assignment systems [5] Sistemi ta' Navigazzjoni RNAV [6] Separazzjoni tar-radar [7] Short-term-conflict alert (STCA) [8] Sistemi ta' sorveljanza Speċifikazzjonijiet ta' sorveljanza [9] Użu maqsum ta' faċilitajiet ta' radar [10] [1] Abbozzat. [2] Abbozzat. [3] Abbozzat. [4] Eżistenti. [5] Abbozzat. [6] Abbozzat. [7] Abbozzar ma bediex. [8] Abbozzar ma bediex. [9] Abbozzat. [10] Abbozzar ma bediex. -------------------------------------------------- L-ANNESS II ENTITAJIET RESPONSABBLI GĦAX-XIRI TA' TAGĦMIR TA' NAVIGAZZJONI TA' L-AJRU EUROCONTROL Eurocontrol rue de la Loi, 72 B-1040 Il-Belġju Régie des Voies AériennesCCN - Rue du Progrès 80 B-1210 Id-Danimarka Statens Luftfartsvaesen(Amministrazzjoni ta' Avjazzjoni Ċivili) Kaxxa Postali 744 DK-Copenhagen SV Il-Ġermanja DFS Deutsche Flugsicherung GMBH Kaiserleistr. 29-35 D-6050 Il-Greċja Ministeru ta' Trasport u Kommunikazzjoni Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili Amministrazzjoni Finanzjara u Direttorat ta' l-Akkwist Taqsima tax-xiri Indirizz postali Vasileos Georgiou 1 PO Box 73751 16 604-Elliniko GR-Ateni Telephone (0030-1-) 89 47 71 21 Spanja AENA (Aeropuertos Españoles y Navegación Aérea) Calle Santa Engracia, 120 E-Madrid Franza Le Directeur général de l'aviation civile 93 boulevard du Montparnasse F-75270 Paris Cedex 06 li jiddelega b'mod partikolari lil: - Monsieur le chef du service technique de la navigation aérienne 246 rue Lecourbe F-75732 Paris Cedex 15 - Monsieur le directeur général des aéroports de Paris 291 boulevard Raspail F-75675 Paris Cedex 14 L-Irlanda Id-Dipartiment tat-Turiżmu, Trasport u Komunikazzjoni Uffiċċju ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru Diviżjoni ta' Servizzi Korporati Scotch House Hawkins Street IRL-Dublin 2 L-Italja AAAVTAG Azienda Autonoma Assistenza al Volo per il Traffico Aereo Generale Via Salaria, 715 I-00138 Ruma Il-Lussemburgu Ministère des TransportsDirection de l'Aviation civile L-2938 Lussemburgu L-Olanda Luchtverkeersbeveiliging Postbus 7601 NL-1118 ZJ Luchthaven Schiphol Il-Portugall Empresa Pública de Aeroportos e Navegaçao Aérea (ANAep) Avenida Sidónio Pais, n.o 8-5.o P-1000 Lisbona Akwiżizzjonijiet għal ajruporti u mitjar żgħar magħmula mill-awtoritajiet lokali jew minn gvernijiet reġjonali. R-Renju Unit Awtorità ta' Avjazzjoni Ċivili CAA House 45-59 Kingsway UK-Londra WC2B 6TE Highlands & Iceland Airports Ltd (HIAL) Ajruport ta' Inverness UK-Inverness --------------------------------------------------