Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0023

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ statistika li trid tkun imwettqa dwar il-produzzjoni tal-majjal

    ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2008; Imħassar b' 32008R1165

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/23/oj

    31993L0023



    Official Journal L 149 , 21/06/1993 P. 0001 - 0004
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0042
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0042


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE

    ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993

    dwar stħarriġ ta’ statistika li trid tkun imwettqa dwar il-produzzjoni tal-majjal

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi id-Direttiva tal-Kunsill 76/630/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1976 li tikkonċerna stħarriġ tal-produzzjoni tal-majjal magħmul mill-Istati Membri [3] kienet ġiet emendata diversi drabi; u billi, aktar emendi huma meħtieġa, id-dispożizzjonijiet ta’ din, għandhom, għal raġunijiet ta’ ċarezza, jkunu mibdula;

    Billi għandhom isiru dispożizzjonijiet għal dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta’ majjali tiġbor fiha biss persentaġġ żgħir tal-popolazzjoni sħiħa tal-Komunità biex fejn meħtieġ jiġi mnaqqas in-numru ta’ stħarriġ li jsiru kull sena;

    Billi, sabiex ikun żgurat illi l-politika agrikola komuni hija amministrata b’mod tajjeb, b’mod partikolari fejn is-suq tal-laħam tal-majjal hu kkonċernat, il-Kummissjoni jeħtieġilha data regolari dwar xejriet fil-bhejjem u fil-produzzjoni tal-laħam tal-majjal;

    Billi l-ġbir u l-ipproċessar tad-data kif ukoll l-organizzazzjoni tal-istħarriġ fuq livell nazzjonali għandu jkompli jsir fi ħdan il-kompetenza tas-servizzi dwar l-istatistika ta’ l-Istati Membri, u l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ l-ġbir ta’ l-istatistika fuq livell Ewropew u taħseb għall-metodoloġiji armonizzati meħtieġa biex timplimenta l-politika tal-Komunità;

    Billi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, kooperazzjoni mill-qrib hija meħtieġa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din għandha tkun effettwata b’mod partikolari permezz tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola mwaqqaf fid-Deċiżjoni 72/279/KEE [4],

    ĠIET ADOTTATA DIN ID-DIRETTIVA:

    SEZZJONI 1 STĦARRIĠ TAL-POPOLAZZJONI

    A. Fuq livell nazzjonali

    Frekwenza - Qasam ta’ l-istħarriġ

    Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ ta’ statistika tal-popolazzjoni tal-majjali fuq it-territorju tagħhom kull sena b’referenza għal waħda mill-ewwel ġranet t’April, ta’ Awissu u ta’ Diċembru.

    2. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtoriżżati biex iwettqu l-istħarriġ ta’ April u ta’ Awissu f’reġjuni magħżula, bil-kundizzjoni illi dawn l-istħarriġ jkopru mill-anqas 70 % tal-popolazzjoni tal-majjali.

    Dawk l-Istati Membri illi l-popolazzjoni tagħhom ta’ majjali hija anqas minn 3 miljuni għal kull ras jistgħu jiġu eżentati milli jsiru l-istħarriġ ta’ April u ta’ Awissu.

    L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtoriżżati biex jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ ta’ statistika taħt paragrafu 1.

    3. Meta jkunu meqjusa t-talbiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Artikolu 2

    1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu ‘majjal’ ifisser annimali domestiċi ta’ l-ispeċi Sus.

    2. L-istħarriġ li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 għandhom ikopru l-majjali kollha miżmuma f’artijiet agrikoli kif hu definit skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. L-istħarriġ għandhom ikopru artijiet biżżejjed fejn hemm għal ta’ l-anqas 95 % tal-popolazzjoni ta’ majjali kif hu determinat fl-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta’ artijiet agrikoli.

    3. Sa kemm hu possibbli, l-Istati Membri għandhom jissupplixxu ir-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti għalihom fil-paragrafu 2 bi stima tal-popolazzjoni ta’ majjali mhux koperti bl-imsemmija stħarriġ.

    Analiżi skond il-kategorija

    Artikolu 3

    1. L-istħarriġ kif għalihom hu pprovdut fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mmexxija b’tali mod sabiex jipprovdu analiżi tal-popolazzjoni tal-majjali ta’ lanqas f’dawn il-kategoriji li ġejjin:

    A. majjali żgħar ħajjin b’piż ta’ anqas minn 20 kg;

    B. majjali ħajjin b’piż ta’ 20 kg jew aktar iżda anqas minn 50 kg;

    Ċ. majjali tas-simna, li jinkludu ħnieżer selvaġġi maqtula u qżieqeż ħajjin maqtula b’piż:

    (a) ta’ 50 kg jew aktar iżda anqas minn 80 kg;

    (b) ta’ 80 kg jew aktar iżda anqas minn 110 kg;

    (ċ) ta’ 110 kg jew aktar;

    D. majjali tat-trobbija ħajjin b’piż ta’ 50 kg jew aktar;

    (a) ħnieżer selvaġġi;

    (b) qżieqeż ħajjin inxurjati; li minnhom

    (b1) qżieqeż inxurjati għall-ewwel darba;

    (ċ) qżieqeż oħrajn, li minnhom:

    (ċ1) ħnieżer żgħar li għadhom mhux inxurjati.

    2. Il-kategoriji li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mmodifikati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    3. Il-kategoriji għandhom ikunu definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Akkurezza

    Artikolu 4

    1. L-istħarriġ li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 għandhom jiġu mmexxija f’forma ta’ stħarriġ eżewrjenti jew kampjuni rappreżentattivi.

    2. Għal kull Stat Membru, żbalji ta’ kampjuni għar-riżultati tal-istħarriġ għalihom ipprovdut fl-Artikolu 2(2) m’għandhomx jeċċedu 2 % (intervall ta’ konfidenza ta’ 68 %) tan-numru totali ta’ majjali.

    3. Flimkien ma’ l-istruttura tal-kampjun u l-estimi supplimentari li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha li huma jħossu meħtieġa biex iżommu l-kwalità tar-riżultati tal-istħarriġ.

    Żmien li fih għandha tintemm it-trasmissjoni

    Artikolu 5

    1. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati proviżorji tal-istħarriġ u l-estimi supplimentari qabel:

    - il-15 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ April,

    - il-15 ta’Ottubru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Awissu,

    - il-15 ta’ Frar tas-sena li tiġi wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru.

    2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-istħarriġ u l-estimi supplimentari, kif stipulat fl-Artikolu 4(2), qabel:

    - l-1 ta’ Awissu ta’ l-istess sena għll-istħarriġ ta’ April,

    - l-1 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Awissu,

    - l-1 ta’ April tas-sena li tiġi wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru.

    B. Fuq livell reġjonali

    Sotto-diviżjonijiet territorjali

    Artikolu 6

    1. Ir-riżultati finali tal-istħarriġ ta’ Diċembru għandhom ikunu ikkompilati għal kull sotto-diviżjoni territorjali kif definit skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tistà tapprova applikazzjoni minn Stat Membru biex juża l-analiżi reġjonali li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1 għar-riżultati finali tal-istħarriġ ta’ April jew ta’ Awissu.

    3. Is-sotto-diviżjonijiet territorjali li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Żmien li fih għandha tintemm it-trasmissjoni

    Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-data li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 6 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara x-xahar ta’ referenza.

    Ċ. Analiżi skond id-daqs tal-merħla

    Klassijiet ta’ daqs

    Artikolu 8

    1. Fi snin b’numri bil-fard, l-Istati Membri għandhom, fuq livell nazzjonali, iqassmu r-riżultati finali tal-istħarriġ ta’ Diċembru fi klassijiet ta’ daqs kif definit skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tistà tapprova applikazzjoni minn Stat Membru biex juża l-analiżi fi klassijiet ta’ daqs li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1 għar-riżultati finali ta’ snin b’numri biż-żewġ u/jew għal dawk ta’ xahar speċifiku tas-sena.

    3. Il-klassijiet ta’ daqs li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Żmien li fih għandha tintemm it-trasmissjoni

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni id-data li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 8 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara x-xahar ta’ referenza.

    SEZZJONI II STATISTIĊI TA’ QTIL T’ANNIMALI

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom ifasslu statistiċi ta’ kull xahar li jirrelataw għan-numru u piż ta’ karkassi ta’ majjali maqtula fil-biċċeriji fuq it-territorju tagħhom, li l-laħam tagħhom hu tajjeb għall-konsum uman.

    Jekk meħtieġ, huma għandhom jissupplixxu estimi t’annimali maqtula li mhux inklużi fid-dikjarazzjonjiet, biex b’hekk li l-istatistiċi jinkludu l-majjali kollha maqtula fuq it-territorju tagħhom.

    2. L-istatistiċi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kompilati għall-kategoriji li ġejjin:

    A. majjali, total:

    3. Il-piż tal-karkass li għalih hemm referenza fil-paragrafu 1 u l-kategorija li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 2 għandu jkun definit, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Żmien li fih għandha tintemm it-trasmissjoni

    Artikolu 11

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ statistiċi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 10(1) matul ix-xahrejn li jiġu wara x-xahar ta’ referenza.

    SEZZJONI III TBASSIR TA’ PRODUZZJONI

    Artikolu 12

    1. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultati tal-istħarriġ u tagħrif ieħor disponibbli biex jipproduċu tbassir, għal kull kwart ta’ sena kalendarja, tal-proviżta tagħhom ta’ majjali.

    Din il-proviżta għandha tkun espressa bħala l-produzzjoni lokali gross li għandha tinkludi l-majjali kollha maqtula biż-żieda tal-bilanċ ta’ negozju intra-Komunitarju u estern f’majjali ħajjin.

    2. It-tbassir li għalih hemm referenza fil-paragrafu 1 għandu jkun maghmul għall-kategorija li ġejja:

    A. majjali, total.

    3. Id-definizzjoni ta’ ‘proviżta’ li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 1 tista’ tiġi emendata skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

    Żmien li fih għandha tintemm it-trasmissjoni

    Artikolu 13

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu it-tbassir li għalih hemm referenza fl-Artikolu 12(1) lill-Kummissjoni f’dawn iż-żminijiet li ġejjin u għall-perjodi li ġejjin ta’ tliet xhur:

    (a) qabel il-15 ta’ Frar għal tbassir sa t-tielet kwart tas-sena kurrenti (inklussiv);

    (b) qabel il-15 ta’ Ġunju għal tbassir sa l-ewwel kwart tas-sena ta’ wara (inklussiv);

    (ċ) qabel il-15 t’Ottubru għal tbassir sa t-tieni kwart tas-sena ta’ wara.

    SEZZJONI IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 14

    L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni id-data li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 5, 7, 9, 11, u 13 b’konformità ma’ Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni tad-data suġġetta għall-konfidenza tal-istatistika ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [5].

    Artikolu 15

    Il-Kummissjoni għandha teżamina, b’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri:

    (a) ir-riżultati pprovduti;

    (b) il-problemi tekniċi li jqumu, b’mod partikolari waqt it-tħejjija u t-twettiq tal-istħarriġ u tbassir;

    (ċ) il-kredibilità tar-riżultati tal-istħarriġ u tal-estimi.

    Artikolu 16

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil metodoloġiku jew tibdil ieħor li jkun ser jaffettwa b’mod konsiderabbli l-istatistiċi. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li t-tibdil in kwestjoni jidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra b’kull komunikazzjoni bħal din lill-partijiet konċernati.

    Artikolu 17

    1. Fejn il-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-president tal-Kumitat Permanenti dwar Statistiċi Agrikoli (aktar ‘l quddiem referit bħala l-‘kumitat’) għandu jirreferi l-materja tal-kumitat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien limitat li l-president jistà jiddetermina skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tkun mgħoddija b’maġġoranza ta’ 54 vot, bl-influwenza tal-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri tkun kunsidrata bil-mod kif stipolat fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president ma jistax jivvota.

    3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri pprezentati jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

    (b) Jekk il-miżuri pprezentati ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tiġi mgħoddija, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li għandha x’taqsam mal-miżuri li jkunu jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, sat-tmiem tat-tliet xhur mid-data ta’ referenza għall-Kunsill, il-Kunsill ma jaġixxix, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 18

    1. Id-Direttiva 76/630/KEE għandha tkun irtirata sa mill-1 ta’ Jannar 1994.

    2. Kull referenza magħmula għad-Direttiva rtirata għandha tkun interpretata bħala li qed tirreferi għal din id-Direttiva.

    Artikolu 19

    L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu jaqblu ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu referenza bħal din għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

    Artikolu 20

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fl-1 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kunsill

    J. Andersen

    Il-President

    [1] ĠU C 18, tat-23.1.1993, p. 12.

    [2] ĠU C 115, tas-26.4.1993.

    [3] ĠU L 223, tas-16.8.1976, p. 4. Direttiva l-aħħar emendata b’Regolament (KEE) Nru 1057/91 (ĠU L 107, tas-27.4.1991, p. 11).

    [4] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.

    [5] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top