EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0015

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE ta' l-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili

ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2016; Imħassar b' 32014L0028

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/15/oj

31993L0015



Official Journal L 121 , 15/05/1993 P. 0020 - 0036
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0185
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0185


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE

ta' l-5 ta' April 1993

dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jistipula li s-suq intern għandu jiġi stabbilit mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern għandu jkun magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi, u kapital jiġi żgurat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

Billi l-Artikolu 100a (3) tat-Trattat jistipula li l-Kummissjoni, fil-proposti tagħha dwar is-sigurtà, għandha tieħu bħala l-bażi tagħha livell ogħli ta' protezzjoni;

Billi l-moviment liberu ta' l-merkanzija jippresupponi li ċerti kondizzjonijiet bażiċi għandhom jiġu mħarsa; billi, b'mod partikolari, il-moviment liberu ta' l-isplussivi jippresopponi l-armonizazzjoni tal-liġijiet dwar id-dħul fis-suq ta' l-isplussivi;

Billi l-isplussivi għall-użu ċivili huma koperti b'regolamenti dettaljati nazzjonali, l-aktar fir-rigward tal-ħtiġiet tas-sigurezza u tas-sigurtà; billi dawn ir-regolamenti nazzjonali jistipulaw li, b'mod partikolari, l-awtorizzazzjonijiet għall-marketing jingħataw biss fejn l-isplussivi jkun għaddew minn serje ta' testijiet;

Billi l-armonizazzjoni ta' dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fis-suq ta' dawn l-isplussivi tippresopponi l-armonizazzjoni ta' regoli nazzjonali li ma jaqblux sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' dawn il-prodotti mingħajr ma' jitbaxxew l-aħjar livelli ta' sigurezza u ta' sigurtà;

Billi din id-Direttiva tiddeskrivi biss il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jitħarsu mit-testijiet ta' konformità ta' l-isplussivi; billi, sabiex jiġi faċilitat il-proċess ta' turija ta' konformità mal-ħtiġiet essenzjali, jkun utli ħafna li jiġu proċessati l-istandards armonizzati fuq livell Ewropew dwar, inter alia, l-metodi għall-ittestjar ta' l-isplussivi; billi dawn l-istandards ma jeżistux bħalissa;

Billi l-istandards armonizzati fuq livell Ewropew jinkitbu minn korpi privati u għandhom jżommu l-istatus tagħhom ta' test li mhux obbligatorju; billi, fil-dan ir-rigward, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ġie rikonnoxut bħala wieħed miż-żewġ korpi kompetenti li jaddotta standards armonizzati skond il-linji ta' gwida ġenerali għal kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-CEN u s-Cenelec, ratifikati fit-13 ta' Novembru 1984; billi, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ‘standard armonizzat' tfisser test li jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati mill-KES taħt mandat mogħti mill-Kummissjoni, b'mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tistipula l-proċedura għall-provvista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u regolamenti tekniċi [4] u b'mod konformi mal-linji ta' gwida imsemmija hawn fuq;

Billi l-Kunsill, fid-Deċiżjoni tiegħu 90/683/KEE tat-13 ta' Diċembru 1990 dwar il-moduli għal varji fażijiet varji tal-proċedura għall-istima tal-konformità maħsuba biex jintużaw fid-direttivi ta' l-armonizazzjoni teknika [5], daħħal metodi armonizzati għall-applikazzjoni tal-proċeduri għall-istima tal-konformità; billi l-applikazzjoni ta' dawn il-moduli għall-isplussivi tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-manifatturi u tal-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tal-proċeduri ta' l-istima tal-konformità billi jingħata kont tan-natura ta' l-isplussivi konċernati;

Billi, fir-rigward tas-sigurezza, ir-regoli dwar it-trasport ta' splussivi huma koperti minn konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali; billi, fil-livell internazzjonali, hemm ir-rakommandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikolużi (inklużi l-isplussivi), li l-għan tagħhom jestendi ‘l barra mill-istruttura Komunitarja; billi, b'konsegwenza, din id-Direttiva ma tikkonċernax ir-regoli tat-trasport;

Billi, l-merkanzija pirotekniċi jeħtieġu miżuri xierqa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurezza tal-pubbliku; billi direttiva oħra hi pjanata f'dan il-qasam;

Billi d-deskrizzjoni tal-prodotti koperti b'din id-Direttiva għandhatkun bbażata fuq id-deskrizzjoni ta' dawn il-prodotti kif stipulat fir-rakommandazzjonijiet imsemmija hawn fuq;

Billi l-iskop ta' din id-Direttiva jkopri l-munizzjon, iżda biss fir-rigward tar-regoli li jirregolaw il-kontrolli fuq it-trasferimenti u l-arranġamenti assoċjati; billi, minħabba li l-munizzjon huwa trasferit taħt kondizzjonijiet simili għal dawk li taħthom jiġu trasferiti l-armi, it-trasferimenti tal-munizzjon għandhom jkunu regolati b'dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-armi, kif stipulat fid-Direttiva 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll ta' l-akkwist u l-pussess ta' l-armi [6];

Billi s-saħħa u s-sigurezza tal-ħaddiema li jipproduċu jew li jużaw splussivi għandhom jitħarsu wkoll; billi direttiva oħra li tkopri, inter alia, is-saħħa u s-sigurezza tal-ħaddiema involuti fl-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, ħażna u użu ta' splussivi qed tiġi mħejjija;

Billi huwa xieraq fil-każ ta' theddida għal, jew ta' attakk serju fuq, is-sigurtà pubblika minħabba l-pussess jew l-użu illegali ta' splussivi jew munizzjon li jaqa taħt din id-Direttiva, li l-Istati Membri jitħallew jidderogaw, taħt ċerti kondizzjonijiet, mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fir-rigward tat-trasferiment;

Billi, fl-aħħar, hu essenzjali li jitwaqqfu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni amministrattiva; billi hu xieraq f'dan ir-rigward li l-awtoritajiet kompetenti jibbażaw il-metodi tagħhom fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 146/81/tad-19 ta' Mejju 1981 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi doganali jew ta' kwistjonijiet agrikoli [7];

Billi din id-Direttiva ma taffettwax is-setgħat ta' l-Istati Membri li jieħdu miżuri bl-iskop li jipprevjenu s-suq illegali ta' l-isplussivi u tal-munizzjon,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tapplika għall-isplussivi kif deskritti fil-paragrafu 2.

2. ‘Splussivi' tfisser il-materjali u l-merkanzija hekk meqjusa fir-rakommandazzjonijet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikolużi u li jaqgħu fil-Klassi 1 ta' dawk ir-rakommandazzjonijiet.

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

- splussivi, inkluż il-munizzjon, maħsuba għall-użu, skond il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati jew mill-Pulizija,

- oġġetti pirotekniċi,

- munizzjon, ħlief kif stipulat fl-Artikoli 10, 11, 12, 13, 17, 18 u 19.

4. Għall-finijiet ta'din id-Direttiva:

- ‘Ir-rakommandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti' għandda tfisser ir-rakommandazzjonijiet stipulati mill-Kumitat ta' Esperti dwar it-Trasport ta' Merkanzija Perikoluża tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ippubblikati fin-Nazzjonijiet Uniti (Ktieb Oranġjo) u kif emendati sad-data li din id-Direttiva tiġi adottata,

- ‘sigurtà ' għandha tfisser il-prevenzjoni ta' aċċidenti u, fejn il-prevenzjoni ma taħdimx, il-limitazzjoni ta' l-effetti tagħhom,

- ‘sigurezza' għandha tfisser il-prevenzjoni ta' użu kontra l-liġi u l-ordni,

- ‘negozjant' għandha tfisser kull persuna naturali jew legali li x-xogħol tagħha, kollu kemm hu jew biċċa minnu jikkonsisti fil-manifattura, kummerċ, bdil, kiri, tiswija jew il-konverżjoni ta' armi tan-nar u munizzjon,

- ‘approvazzjoni' għandha tfisser id-deċiżjoni meħuda sabiex jitħallew it-trasferimenti maħsuba ta' l-isplussivi fil-Komunità,

- ‘impriża fis-settur ta' l-isplussivi' għandhatfisser kull persuna naturali jew legali li għandha liċenza jew awtorizzazzjoni li tagħtiha d-dritt li twettaq il-manifattura, il-ħażna, l-użu, it-trasferiment jew il-kummerċ fl-isplussivi,

- ‘tqegħid fis-suq' għandha tfisser kull disponiment għall-ewwel darba għal ħlas jew b'xejn ta' splussivi koperti b'din id-Direttiva bil-għan tad-distibuzzjoni tagħhom u/jew li jintużaw fis-suq tal-Komunità,

- ‘trasferiment' għandha tfisser kull ċaqliaq fiżiku ta' splussivi fit-territorju tal-Komunità barra minn ċaqliq fl-istess post.

5. Din id-Direttiva m'għandhix tipprevjeni lill-Istati Membri milli jiddikjaraw ċerti sustanzi mhux koperti bdin id-Direttiva bħala splussivi taħt il-liġi jew ir-regolamenti nazzjonali.

KAPITOLU II

Armonizzazzjoni ta' liġijiet dwar splussivi

Artikolu 2

1. L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta' splussizi li jaqgħu fl-iskop ta' din id-Direttiva u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-isplussivi li jaqgħu fl-iskop ta' din id-Direttiva jkunu jistgħu jitqegħdu fis-suq biss jekk ikunu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jkollhom il-marka CE deskritta fl-Artikolu 7 u li l-konformità tagħhom tkun ġiet stmata b'mod konformi mal-proċeduri msemmija fl-Anness II.

3. Meta splussivi li jaqgħu fl-iskop ta' din id-Direttiva jkunu suġġetti għal Direttivi oħrajn li jkopru aspetti oħra u li jistipulaw għat-twaħħil tal-marka CE, din il-marka għandha tindika li l-prodotti msemmija hawn fuq huma meqjusa wkoll li jħarsu d-dispożizzjonijiet ta' dawn id-Direttivi l-oħra li japplikaw għalihom.

Artikolu 3

L-isplussivi li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali tas-sigurtà stipulati fl-Annessi li japplikaw għalihom.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iqisu l-isplussivi li jaqgħu fl-iskop ta' din id-Direttiva li jikkonformaw ma' l-istandards nazzjonali rilevanti li jikkupjaw l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali ta' sigurtà msemmija flArtikolu 3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenza ta' l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawk l-istandards armonizzati.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħti dettalji speċifiċi dwar ix-xogħol imwettaq fil-qasam ta' l-istandards armonizzati fil-qafas tar-rapport mibgħut lill-Parlament Ewropew u lil Kunsill fl-applikazzjoni tad-Direttiva 83/189/KEE kif stipulat fl-Artikolu 11(2) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 5

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 4 ma jissodisfawx kollha kemm huma l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru involut għandha tressaq l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bid-Direttiva 83/183/KEE, waqt li tagħti r-raġunijiet tagħha. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta' l-istandards u l-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

1. Il-proċeduri għall-attestazzjoni tal-konformità ta' l-isplussiv għandhom jkunu jew:

(a) eżami tat-tip tal-KE (Modulu B) imsemmi fl-Anness II (1), u, skond l-għażla tal-manifattur, jew:

- il-konformità tat-tip (modulu Ċ) imsemmi fl-Anness II (2),

- jew il-proċedura għall-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (Modulu D) imsemmi fl-Anness II (3),

- jew il-proċedura għall-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott (Modulu E) imsemmi fl-Anness II (4),

- jew il-verifikazzjoni tal-prodott (Modulu F) imsemmi fl-Anness II (5); jew

(b) il-verifikazzjoni ta' l-unità (Modulu G) imsemmi fl-Anness II (6).

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi li nnominaw għat-twettiq tal-proċedura għall-istima tal-konformità msemmija hawn fuq flimkien max-xogħol speċifiku li dawn il-korpi ġew maħtura biex iwettqu u in-numri ta' l-identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati u n-numri ta' identifikazzjoni tagħhom u x-xogħol li għalih ikunu ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji minimi stipulati fl-Anness III għall-istima tal-korpi li dwarhom il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata. Korpi li jilħqu l-kriterji ta' stima stipulati fl-istandards armonizzati rilevanti għandhom jitqiesu li jissodisfaw l-kriterji minimi rilevanti.

Xi Stat Membru li kien avża lill-Kummissjoni dwar korp speċifiku għandu jirtira n-notifika jekk jiskopri li l-korp m'għadux aktar jilħaq il-kriterji msemmija fit-tieni subparagrafu. Għandu mill-ewwel javża lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 7

1. Il-marka CE ta' konformità għandha titwaħħal b'tali mod li tkun tidher, li tinqara faċilment u li ma titħassarx fuq l-isplussivi nnifishom jew, jekk dan mhux possibbli, fuq pjanċa ta' identifikazzjoni mwaħħa magħhom jew, fl-aħħar każ, jekk l-ewwel żewġ metodi ma jistgħux jintużaw, fuq l-imballaġġ. Il-pjanċa ta' identifikazzjoni għandha tkun hekk disinjata li jkun impossibbli li terġa tintuża.

Il-mudell li għandu jintuża għall-marka CE għandu jkun dak fl-Anness IV.

2. It-twaħħil fuq l-isplussivi ta' xi marka jew iskrizzjoni li tista tħawwad terzi persuni fir-rigward tat-tifsira u l-istil tal-kitba tal-marka CE mhux permess. Kull marka oħra tista titwaħħal fuq l-isplussivi sakemm il-viżibbiltà u l-leġibbiltà tal-marka CE ma tiġix imfixkla.

3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8:

(a) meta Stat Membru jistabbilixxi li l-marka CE twaħħlet meta mhux suppost, il-manifattur, l-aġent tiegħu jew, fin-nuqqas ta' dawn, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodott in kwistjoni fis-suq Komunità għandu jkollu d-dmir li jerġa jġib il-prodott fil-konformità fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar u jtemm il-ksur taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istati Membri;

(b) fejn il-ksur ikompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott in kwistjoni jew jiżgura li jiġi rtirat mis-suq, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 8.

Artikolu 8

1. Meta Stat Membru jistabbilixxi li splussiv li jġorr l-marka ta' konformità CE u li jkun qed jintuża għall-iskop maħsub tiegħu jista' jkun ta' periklu lis-sigurezza, għandu jieħu l-miżuri temporanji meħtieġa għall-irtirar ta' l-isplussiv mis-suq jew iwaqqfu it-tqegħid tiegħu fis-suq jew il-moviment liberu tiegħu.

L-Istat Membru għandhu minnufih jinforma lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tieħgu u, b'mod partikolari, jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex minħabba:

- nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet essenzjali,

- l-applikazzjoni żbaljata ta' l-istandards,

jew

- nuqqas fl-istandards.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati malajr kemm jista jkun. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi, wara konsultazzjoni, li l-miżuri huma ġustifikati, għandha minnufih tinforma lill-Istat Membru li ħa l-inizzjattiva, kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi, wara konsultazzjoni, li l-miżuri m'humiex ġustifikati, għandha minnufih tinforma lill-Istat Membru li ħa d-deċiżjoni.

Fil-każ partikolari meta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 huma bbażati fuq nuqqas fl-istandards, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikkonsulta mal-partijiet konċernati u mbagħad fi żmien xahrejn tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanent imwaqqaf bid-Direttiva 83/189/KEE jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri jkun bi ħsiebu li jżommhom u jibda l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5.

3. Meta l-marka ta' konformità CE tkun fuq splussiv li ma jikkonformax mal-ħtiġiet, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu l-miżuri xierqa fir-rigard tal-persuna li waħħlet il-marka u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet li jirregolaw is-superviżjoni tat-trasferimenti fil-Komunità

Artikolu 9

1. l-Isplussivi koperti minn din id-Direttiva jistgħu jiġu trasferiti biss skond il-paragrafi li ġejjin.

2. Il-kontrolli mwettqa skond il-liġi tal-Komunità jew nazzjonali fil-każ ta' trasferimenti ta' l-isplussivi regolati minn dan l-Artikolu ma għandhomx aktar jitwettqu bħala kontrolli nterni mal-fruntiera iżda unikament bħala parti mill-proċeduri normali ta' kontroll applikati b'mod li ma jiddiskriminax mat-territorju kollu tal-Komunità.

3. L-approvazzjoni għat-trasferimenti ta' splussivi għandha tinkiseb mill-persuna li tirċievi l-kunsinna mingħand l-awtorità kompetenti li tirċievi. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-persuna li tirċievi l-kunsinna hija legalment awtorizzata li takkwista splussivi u li għandha l-liċenzi jew l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa. Il-persuna responsabbli għat-trasferiment għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru jew ta' l-Istati Membri li jgħaddu minnu jew minnhom il-moviment ta' l-isplussivi f'dan jew f'dawn l-Istati, li l-approvazzjoni tiegħu/tagħhom hija meħtieġa.

4. Meta Stat Membri jaħseb li hemm problema fir-rigward tal-verifikazzjoni tad-dritt ta' l-akkwist ta' l-isplussivi msemmija fil-paragrafu 3, dak l-Istat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni li għandha tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat li għalih jipprovdi l-Artikolu 13 mingħajr dewmien.

5. Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi tapprova trasferiment, għandha toħroġ lill-persuna li qed tirċievi l-kunsinna dokument li jinkludi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 7. Dak id-dokument għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom. Għandu jiġi preżentat fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti relevanti. Kopja ta' dan id-dokument għandhatinżamm mill-persuna li qed tirċievi l-kunsinna li għandha tippreżentah għall-eżami mill-awtorità kompetenti li qed tirċievi, fuq it-talba ta' din ta' l-aħħar.

6. Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru taħseb li ħtiġiet speċjali ta' sigurtà bħal dawk imsemmija fil-paragafu 5 m'humiex meħtieġa, l-isplussivi jistgħu jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom jew f'parti minnu mingħajr il-provvista minn qabel ta' nformazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 7. L-awtorità kompetenti li qed tirċievi għandha mbagħad tagħti l-approvazzjoni għal żmien fiss u li jista' jiġi mħassar jew irtirat fuq il-bażi ta' ġustifikazzjoni raġjunata. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 5, li għandu jakkumpanja l-isplussivi sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, għandu jirreferi unikament għall-approvazzjoni msemmija hawn fuq.

7. Meta t-trasferimenti ta' splussivi għandhom jiġu speċifikament sorveljati sabiex jitħarsu l-ħtiġiet speċjali ta' sigurtà fit-territorju jew f'parti mit-territorju ta' Stat Membru, qabel it-trasferiment l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata mill-persuna li qed tirċievi l-kunsinna lill-awtorità kompetenti li qed tirċievi.

- l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-operaturi konċernati; din l-informazzjoni għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jiġu kkuntatti u sabiex tkun tista' tinkiseb il-konferma li l-persuni in kwistjoni għandhom id-dritt legali li jirċievu l-kunsinna.

- in-numru u l-ammont ta' l-isplussivi li qed jiġu trasferiti,

- deskrizzjoni sħiħa ta' l-isplussiv in kwistjoni u l-mezzi ta' identifikazzjoni, inkluż in-numru ta' identifikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti,

- meta l-isplussiv jkunu ser jitqegħdu fis-suq, l-informazzjoni dwar il-konformità mal-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq,

- il-mezz tat-trasferiment u l-itinerarju,

- id-dati mistennija tat-tluq u tal-wasla,

- fejn hu meħtieġ, il-punti preċiżi tad-dħul u tal-ħruġ mill-Istati Membri.

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu għandhom jeżaminaw il-kondizzjonijiet li taħthom iseħħu t-trasferimenti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġiet speċjali tas-sigurtà. Jekk il-ħtiġiet speċjali ta' sigurtaà jitħarsu, l-approvazzjoni għat-trasferimenti għandha tingħata. Fil-każ ta' transitu fit-territorju ta' Stati Membri oħra, dawk l-Istati Membri għandhom bl-istess mod jeżaminaw u japprovaw, bl-istess kondizzjonijiet, il-partikolaritajiet dwar it-trasferiment.

8. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki normali li l-Istat Membri tat-tluq għandu jwettaq fit-territorju tiegħu, fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti konċernati, l-persuni li jirċievi l-kunsinna u l-operaturi konċernati fis-settur ta' l-isplussivi għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membri tat-tluq u lil dawk ta' l-Istat Membri ta' transitu l-informazzjoni kollha relevanti li għandhom dwar it-trasferiment ta' l-isplussivi.

9. L-ebda fornitur ma jista' jittrasferixxi l-isplussivi ħlief jekk il-perunsa li qed tirċievi il-kunsinna tkun kisbet l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-trasferiment skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3, 5, 6 u 7.

Artikolu 10

1. Munizzjon jista' jiġi trasferit minn Stat Membru għal ieħor biss skond il-proċedura stipulata fil-paragrafi li ġejjin. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għal trasferimenti ta' munizzjoni taħt bejgħ bil-posta.

2. Meta munizzjoni għandu jiġi trasferit għal Stat Membru ieħor il-persuna konċernata għandha, qabel kull dispaċċ, tikkommunika lill-Istat Membru li fih ikun jinsab il-munizzjon:

- l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuna li qed tbigħ jew tagħmel it-trasferiment tal-munizzjoni, tal-persuna li qed tixtri jew takkwista l-munizzjon u, fejn xieraq, tas-sid,

- l-indirizz fejn il-munizzjon għandu jiġi kunsinnat jew trasportat,

- l-ammont ta' munizzjoni li għandu jiġi kunsinnat jew trasportat,

- tagħrif li jagħmilha posibbli l-munizzjoni jiġi identifikat kif ukoll indikazzjoni li l-munizzjon ikun għadda minn verifiki skond il-Konvenzjoni ta' l-1 ta' Lulju 1969 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Marki ta' Prova fuq Armi Żgħar,

- il-mezz tat-trasferiment,

- id-data tat-tluq u d-data smata tal-wasla.

L-informazzjoni msemmija fl-aħħar żewġ inċiżi m'għandhiex il-ħtieġa li tiġi supplementata fil-każ ta' trasferiment bejn bejjiegħa. L-Istat Membru għandu jeżamina l-kondizzjonijiet li taħthom it-trasferiment għandu jitwettaq, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà. Meta l-Istat Membru jawtorizza dak it-trasferiment għandu joħroġ liċenza li jkun fiha l-partikolaritajiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dik il-liċenza għandha takkumpanja l-munizzjon sakemm dan jasal fid-destinazzjon tiegħu; għandha tiġi preżentata kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri hekk jeħtieġu.

3. Kull Stat Membru jista' jagħti lill-bejjiegħa d-dritt li jwettqu trasferimenti ta' munizzjon mit-terrotrju tiegħu għal bejjieħ stabbilit fi Stat Membru ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2. Għal dan il-għan għandu joħroġ awtorizzazzjoni valida għal tlett snin li tista' f'kul żmien tiġi sospiża jew imħassra b'deċiżjoni raġunata. Dokument li jirreferi għal dik l-awtorizzazzjoni għandu jakkumpanja l-munizzjoni sakemm dan jasal fid-destinazzjoni tiegħu. Għandu jiġi preżentat kull meta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri hekk jeħtieġu.

Qabel it-twettiq tat-trasferiment, il-bejjiegħ għandu jikkommunika lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li minnu jkun sejjer jitwettaq it-trasferiment bil-partikolaritajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra lista tal-munizzjon li t-trasferiment tiegħu għat-territorju tiegħu jista' jiġi awtorizzat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel.

Dawn il-listi ta' munizzjon għandhom jiġu kkommunikati lill-bejjiegħa li jkunu kisbu l-approvazzjoni għat-trasferiment tal-munizzjon mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

5. Kull Stat Membru għandu jikkommunika l-informazzjoni utli kollha disponibbli dwar it-trasferimenti definittivi ta' munizzjon lill-Istat Membru, li għat-terittorju tiegħu ikun sar it-transfer.

L-informazzjoni kollha li l-Istati Membri jirċievu permezz tal-proċeduri stipulat f'dan l-Artikolu għandha tiġi kkommunikata, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferimenti relevanti, lill-Istati Membri ta' destinazzjoni u, fejn xieraq, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment lill-Istat Membru ta' transitu.

Artikolu 11

B'deroga mill-Artikoli 9(3), (5), (6) u (7), u mill-Artikolu 10, Stat Membru, fil-każ ta' theddida serja għal, jew attakki fuq is-sigurtà pubblika permezz tal-pussess jew l-użu illegali ta' splussivi jew ta' munizzjon koperti b'din id-Direttiva, jista jieħu l-miżuri kollha meħtieġa dwar it-trasferimenti ta' splussivi jew ta' munizzjon sabiex jipprevjeni da il-pussess jew użu illegali.

Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Ma għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija għll-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Kull Stat Membru li jadotta dawk il-miżuri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwarhom minnufih; il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-orħajn dwarhom.

KAPITOLU IV

Disposizzjonijet oħra

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu networks ta' bdil ta' informazzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 9 u 10. Għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-għotji u għar-riċeviment ta' informazzjoni u għall-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-imsemmija l-Artikoli 9 u 10.

2. Għall-għan ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1468/81, b'mod partikolari dawk dwar il-kunfidenzjalità, għandhom japplikaw mutatismutandis.

Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat tar-rappresentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kumitat għandu jeżamina kull kwistjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mressqa mill-president tiegħu jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-terminu li l-president jista' jistipula skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata skond il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappresentanti ta' l-Istati Membri fil-kumitat għandu jkollhom l-istess valur tal-voti skond il-mod stipulata f'dak l-Artikolu. Il-president ma jistax jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri m'humiex skond l-opinjoni tal-kumitat, għandhom jiġu kkommunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tiddiferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun ddeċidiet dwarhom għal tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fiż-żmien imsemmi fit-tieni subparagrafu.

3. Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 għandha tiġi segwita b'mod partikolari biex jingħata kont ta' kull emendi futur tar-rakommandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jżommu għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni informazzjoni informazzjoni aġġornata dwar l-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi li jkollhom liċenzi jew awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 1(4).

l-Istati Membri għandhom jaċċertaw jekk dawn l-impriżi jkollhomx sistema sabiex jagħtu kont ta' l-isplussivi b'dak il-mod li dawk li jkollhom xi splussivi jkunu jistgħu jiġu identifikati f'kull żmien. Il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan is-subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura tal-kumitat stipulat fl-Artikolu 13.

L-impriżi fis-settur ta' l-isplussivi għandu jżommu dawk ir-rekords tat-transazzjonijiet tagħhom hekk kif inhu meħtieġ għat-twettieq ta' l-obbligazzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

Id-dokumenti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinżammu għall-anqas għal tlett snin wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha twettqet it-transazzjoni rekordata, ukoll jekk l-impriża ma tkun għada topera. Għandhom ikunu minnufih disponnibbli għall-ispezzjoni fuq it-talba ta' l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isplussivi jiġu mmarkati kif suppost.

Artikolu 16

Meta Stat Membru joħroġ liċenzja jew awtorizzazzjoni għall-għan li jippermetti li tiġi eżerċitata attività tal-manifattura ta' l-isplussivi, għandu jivverifika b'mod partikolari li l-persuni responsabbli huma kapaċi li jħarsu l-impenn tekniku li jidħlu għalih.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-pieni li għandhom jiġu applikati għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-pieni għandhom biżżejjed li jħeġġu l-ħarsien ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 18

Kull Stat Membru għandu jadotta, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali tiegħu, il-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkonfiskaw kull prodott li jaqa' fl-iskop ta' din id-Direttiva jekk ikun hemm biżżejjed provi li l-prodott ikun sejjer jiġi akkwistat, użat jew negozjat illegalment.

Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma' l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 13, u 14 qabel it-30 ta' Settembru 1993.

2. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel it-30 ta' Ġunju 1994 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrrattivi meħtieġa għall-konformità mad-dispożizzjonijiet barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Għandhom minnufih jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.

Iridu japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 1995.

3. Meta l-Istati Membri jaddottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4. Iżda matul il-perjodu sat-30 ta' Diċembru 2002, l-Istati Membri għandhom jħallu d-dħul fis-swieq ta' l-isplussivi li jikkonformaw mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel il-31 ta' Diċembru 1994.

5. L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-5 ta' April 1993.

Għall-Kunsill

il-President

J. troejborg

[1] ĠU Ċ 121, 13.5.1992, p. 19.

[2] ĠU Ċ 305, 23.11.1992, p. 128uĠU Ċ 115, 26.4.1993.

[3] ĠU Ċ 313, 30.11.1992, p. 13.

[4] ĠU L 109, 26.4.1983, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 90/230/KEE (ĠU L 128, 18.5.1990, p. 15).

[5] ĠU L 380, 31.12.1990, p. 13.

[6] ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.

[7] ĠU L 144, 2.6.1981, p. 1.Direttiva kif emendata bir-Regolament (KEE) Nru 945/87 (ĠU L 90, 2.4.1987, p. 4).

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIET ESSENZJALI GĦAS-SIGUREZZA

I. Ħtiġiet ġenerali

1. Kull splussiv għandu ikun disinjat, manifatturat u provdut b'tali mod li jippresenta riskju minimu lis-sigurezza tal-ħajja u tas-saħħa umana, u li jipprevjeni ħsara lill-proprjetà u lill-ambjent taħt kondizzjonijiet normali, li wieħed jista' jbassar minn qabel, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli tas-sigurezza għal kull periklu u tal-prattiċi standard sa dak iż-żmien li jintuża.

2. Kull splussiv għandu jikseb il-karatteristiċi ta' twettieq speċifikati mill-manifattur sabiex tiġi żgurati s-sigureżża massima u ta' min jorbot fuqha.

3. Kull splussiv għandu ikun disinjat u manifatturat b'dak il-mod li meta jintużaw it-tekniki xierqa jista jintrema b'mod li jnaqqas l-effetti fuq l-ambjent.

II. Ħtiġiet speċjali

1. Bħala mimimu, l-informazzjoni u l-proprjetajiet li ġejjin - fejn hu xieraq – għandhom jiġu kunsidrati u ttestjati. Kull splussiv għandu jiġi ttestjat taħt kondizzjonijiet realistiċi. Jekk dan ma jkux possibbli fl-laboratorju, it-testijiet għandhom jitwettqu fil-kondizzjonijiet li fihom se jintuża l-isplussiv.

(a) Il-proprjetajiet tad-disinn u tal-karatteristiċi, inkluża l-kompożizzjoni kimika, il-grad ta' omoġeneità u, fejn xieraq, id-daqs u distribuzzjoni tad-daqs tal-partikola.

(b) L-istabbilità kimika u fiżika ta' l-isplussiv f'kull kondizzjoni ambjentali li jista jiġi espost għaliha.

(ċ) Is-sensitività għall-impatt u għall-frizzjoni.

(d) Il-kompatibbiltà tal-komponenti kollha fir-rigward ta' l-isabbiltà fiżika u kimika.

(e) Is-safa kimika ta' l-isplussiv.

(f) Ir-reżistenza ta' l-isplussiv kontra l-influwenza ta' l-ilma fejn hu maħsub li jintuża fil-kondizzjonijiet umdi jew imxarrba u fejn is-sigurtà u l-veraċità tiegħu jistgħu jiġu affetwati negativament mill-ilma.

(g) Reżistenza kontra temperaturi baxxi u għoljin, meta l-isplussiv hu maħsub li jinżamm jew jintuża f'dawk it-temperaturi u s-sigurezza jew il-veraċità tiegħu tista' tiġi affetwat anegativament bit-tkessiħ jew it-tisħin ta' komponent jew ta' l-isplussiv kollu kemm hu.

(h) L-addattabilità ta' l-isplussiv biex jintuża f'ambjenti perikolużi (per eżempju ambjent ta' gass li jisplodi meta jitħallat ma' l-arja, massi sħan, eċċ.) jekk huwa maħsub għall-użu f'dawk il-kondizzjonijet.

(i) Il-karatteristiċi ta' sigurezza maħsuba li jipprevjenu il-bidu jew il-ħruq mhux f'waqtu jew mhux apposta.

(j) L-ikkargar korrett u l-iffunzjonar ta' l-isplussiv meta jintuża għall-iskop maħsub tiegħu.

(k) L-istruzzjonijiet xierqa u, fejn neċessarju, marki fir-rigward ta' l-immaniġġjar b'sigurezza, il-ħażna, l-użu u r-rimi fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru li qed jirċievi.

(l) Il-kapaċità ta' l-isplussiv, l-imballaġġ tiegħu jew tal-komponenti l-oħrajn li jifilħu għat-tħassir matul il-ħażna sakemm id-data ‘uża sa' speċifikata mill-produttur.

(m) L-ispeċifikazzjoni tal-mekkaniżmi u ta' l-aċċessorji kollha meħtieġa għall-iffunzjonar tajjeb u f'sigurezza ta' l-isplussiv.

2. Il-gruppi varji ta' splussivi għandhom għall-anqas iħarsu wkoll il-ħtiġiet li ġejjin:

A. Splussivi għat-tiċrit

(a) Il-metodu propost tal-bidu għandu jiżgura detonazzjoni sigura, ta' minjorbot fuqha u kompleta jew ħruq kif xieraq, ta' l-isplussiv għall-blasting. Fil-każ partikolari tal-porvli iswed, hija l-kapaċità fir-rigward tal-ħruq li għandha tiġi verifikata.

(b) Splussivi għat-tiċrit fil-forma ta' skartoċċ għandhom iwasslu d-detonazzjoni b'sigurtà u b'veraċità minn tarf wieħed tal-filliera ta' l-iskrataċ għall-oħra.

(ċ) Il-fwar prodott mill-isplussivi għat-tiċrit maħsuba għall-użu taħt l-art jista' jkun fihom il-monossidu tal-karbonju, gassijiet mgħobbija bin-nitru, gassijiet oħra, fwar jew residwi solidi fl-arja f'ammonti li ma jagħmlux ħsara lis-saħħa taħt kondizzjonijiet normali biss ta' tħaddim.

B. Il-miċeċ għad-detonazzjoni, fjusijiet tas-sigurezza, fjusijiet oħra u tubi għax-xokkijiet

(a) Il-kisi tal-miċeċ tad-detonazzjoni, fjusijiet tas-sigurezza u fjusijiet oħra għall-ħruq għandhom ikunu ta' saħħa mekkanika biżżejjed u li jipproteġu biżżejjed il-mili ta' l-isplussiv meta jiġi espost għal stress normali mekkaniku.

(b) Il-parametri għall-ħinijiet tal-ħruq tal-fjusijiet tas-sigurezza għandhom jkunu indikati u għandhom jintlaħqu b'mod ta' min jorbot fuqu.

(ċ) Il-miċeċ tad-detonazzjoni għandhom jkunu jistgħu jitqabbdu kif imiss, u għandhom ikunu ta' kapaċità biżżejjed għall-bidu u għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet tal-ħażna wkoll f'kondizzjonijiet klimatiċi partikolari.

Ċ. Id-detonaturi (inklużi detonaturi li jdumu) u fi gruppi

(a) Id-detonaturi għandhom jibdew b'mod ta' min jorbot fuqu d-detonazzjoni ta' l-isplussivi għat-tiċrit li huma maħsuba għall-użu magħhom taħt kull kondizzjoni ta' użu prevedibbli.

(b) Il-konnetturi bid-dewmien għall-miċeċ tad-detonazzjoni għandhom ikunu jistgħu jinbdew b'mod ta' min jorbor fuqu.

(ċ) Il-kapaċità tal-bidu m'għandhiex tiġi affettwata ħażin mill-umdità.

(d) Il-ħinijiet ta' dewmien tad-detonaturi li jdumu għandhom jkunu biżżejjed uniformi sabiex jiżguraw li l-probabbiltà li dawn il-ħinijiet ta' dewmien jidħlu fuq xulxin ta' stadji differenti tal-ħin tkun żgħira ħafna.

(e) Il-karatteristiċi elettriċi tad-detonaturi elettriċi għandhom jkunu indikati fuq l-imballaġġ (per eżempju kurrent bla nar, resistenza, eċċ.).

(f) Il-wajers tad-detonaturi elettriċi għandu jkollhom biżżejjed insulazzjoni u saħħa mekkanika inkluża s-solidità tar-rabta mad-detonatur, waqt li jingħata kont ta' l-użu maħsub tagħhom.

D. Propellants u dak propellants tar-rokits

(a) Dawn il-materjali ma għandhomx jiddetonaw meta wżati għall-iskop maħsub tagħhom.

(b) Fejn hu meħtieġ il-propellants (per eżempju dawk ibbażati fuq in-nitroċellulożi) għandhom ikunu stabbilizzati kontra t-tħassir.

(ċ) Propellants solidi għar-rokits, meta f'forma kompressa jew imdewba, għandux ikun fihom xi xquqmhux intenzjonati jew bżieżaq tal-gass li jaffettwaw b'mod perikoluż l-iffunzjonar tagħhom.

--------------------------------------------------

ANNESS II

1. MODULU B:Eżami tat-tip tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li biha korp notifikat jiżgura u jiċċertifika li kampjun, rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva.

2. L-applikazzjoni ta' l-eżami tat-tip tal-KE għandha tintbagħat mill-manifattur jew mir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità lil korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-manifattur u l-isem, jekk l-applikazzjoni tinbagħat mir-rappresentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz b'żieda,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma nbagħtitx lil xi korp notifikat ieħor,

- id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fit-Taqsima 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat kampjun rappresentattiv tal-produzzjoni maħsuba, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imejħa ‘it-tip', Il-korp notifikat jista' jitlob aktar kampjuni jekk ikun meħtieġ għat-twettiq tal-programm tat-testijiet.

3. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li tiġi stmata l-konformità ta' l-apparat mal-ħtiġet tad-Direttiva. Għandhom, sa fejn hu relevanti għal din l-istima, ikopru d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni ta' l-apparat u jkun fihom, sa fejn hu relevanti għall-istima:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura, stampi tal-komponenti, sub-immuntar, ċirkwiti, eċċ.,

- id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa għall-ftehim tat-tpinġijiet u ta' l-istampi ta' l-operazzjoni tal-prodott,

- elenku ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 4, applikati kollha jew f'parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva jekk l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 ma ġewx applikati,

- ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinn magħmula, ta' l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,

- ir-rapporti tat-test.

4. Il-korp notifikat għandu:

4.1. jeżamina d-dokumenti tekniċi, jivverifika li t-tip ikun ġie manifatturat b'konformità ma' dawk id-dokumenti u jidentifika l-elementi li ġew disinjati skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 4 kif ukoll il-komponenti li ġew disinjati mingħajr l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawk l-istandards;

4.2. iwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet xierqa u testijiet meħtieġa biex jiġi verifikat jekk, fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 4 ma ġewx applikati, li s-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva;

4.3. iwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet xierqa u testijiet meħtieġa biex jivverifika jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn ikunu fil-fatt ġew applikati;

4.4. jiftiehem ma' l-applikant dwar il-post fejn għandhom jitwettqu l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa.

5. Meta t-tip ikun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu ikollu l-isem u l-indirizz tal-manifattur, il-konklużjoni ta' l-eżami u t-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumenti tekniċi hija annessa maċ-ċertifikat u l-korp notifikat għandu iżomm kopja.

Jekk il-produttur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunià ma jiġi rifjutat ċertifikat tat-tip, il-korp notifikat għandu jagħti r-raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.

Għandu ikun hemm dispożizzjoni għal proċedura ta' appell.

6. L-applikant javża lill-korp notifikat li għandu d-dokumenti tekniċi dwar iċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE fuq kull modifikazzjoni fl-apparat approvat li għandhatirċievi approvazzjoni addizzjonali meta dak it-tibdil jista jaffettwa l'konformità mal-ħtiġiet essenzjali jew il-kondizzjonijiet stipulati għall-użu tal-prodott. Din l-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat oriġinali ta' l-eżami tat-tip tal-KE.

7. Kull korp notifikat għandu jikkommunika lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti dwar iċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip tal-KE u żidiet maħruġa u rtirati.

8. Il-korpi notifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u/jew iż-żidiet taħgħom. L-Annessi li jinsabu ma' dawn iċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħra.

9. Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabilit fil-Komunità irid iżomm mad-dokumenti tekniċi kopji taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta' manifattura tal-prodott konċernat.

Jekk la l-manifatturjew lanqas ir-rappresentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

2. MODULU Ċ: Konformità mat-tip

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li fiha l-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jiżgura u jiddikjara li l-isplussivi konċernati huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur għandu iwaħħal il-marka CE fuq kull splussiv u jħejji bil-miktub dikjarazzjoni ta' konformità.

2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li l-proċess tal-manifattura jiżgura l-konformità tal-prodott immanifatturat mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva.

3. Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta' manufattura tal-prodott konċernat.

Jekk la l-manifattur jew lanqas ir-rappresentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi hija r-responsabiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

4. Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jwettaq jew għandu jkun wettaq l-eżamijiet tal-prodott f'intervalli kif jiġi jiġi. Kampjun xieraq tal-prodotti lesti, meħud fuq fil-post mill-korp notifikat, jiġi eżaminat u test xieraq, deskritt fl-istandards applikabbli jew fl-istandards imsemmija fl-Artikolu 4 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu għall-verifikazzjoni tal-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet tad-Direttiva li tikkorrispondi. F'kas li kampjun wieħed jew iżjed minn dawk eżaminati ma jikkonformax, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat il-manifattur għandu iwaħħal is-simbolu ta' identifikazzjoni ta' dak il-korp fil-proċess ta' manifattura.

3. MODULU D: Garanzija ta' kwalità tal-produzzjoni

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur li jħares l-obligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jiżgura u jiddikajra li l-isplussivi konċernati jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u li jissodisfa l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. Il-manifattur iwaħħal il-marka CE fuq kull splussiv u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità. Il-marka CE tiġi akkumpanjata bis-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-verifiki msemmija fit-Taqsima 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u l-ittestjar tal-prodott finali kif speċifikat fit-Taqsima 3. Għandu ikun soġġett għat-testijiet imsemmija fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur jibgħat applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu lill-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu, għall-isplussivi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija ta' splussiv maħsuba,

- id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumenti tekniċi li għandhom x' jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-isplussivi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikawhom.

L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b'mod sistematiku u ordinat fil-forma ta' dikjarazzjonijiet ta' politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumenti tas-sistema ta' kwalitÓ għandhom jippermettu interpretazzjoni konsistenti tal-programmi, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-rekords ta' kwalità.

Għandu jinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni xierqa ta':

- l-iskopijiet ta' kwalità u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, ir-responsabbilitajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni dwar il-kwalità ta'l-isplussivi,

- il-metodi tat-teknika tal-manifattura, tal-kontroll ta' kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità, l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi li sejrin jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li sejrin jiġu mwettqa qabel, matul u wara l-manifattura, kif ukoll il-frekwenza li biha għandhom jiġu mwettqa,

- ir-rekords tal-kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta' l-impjegati konċernati, eċċ.,

- il-mezzi tas-sorveljar tal-kisba tal-kwalità meħtieġa ta' l-isplussiv u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jistabbilixxi jekk ikunx jissodisfa l-ħtiġiet msemmija fit-taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawk il-ħtiġiet fir-rigward ta' sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat relevanti. Il-grupp ta' awdituri jrid ikollu ta' mill-inqas membru wieħed li jkollu esperjenza meta tiġi evalwata t-teknoloġija relevanti tal-prodott. Il-proċedura ta' evalwazzjoni tinkludi żjara ta' spezzjoni fil-fond tal-manifattur.

Id-deċisjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. L-avviż għandu ikollu l-konklużjonijiet ta' l-eżamin u d-deċiżjoni ta' l-istima debitament sostanzjata.

3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta' kwalità kif approvata, u li jżommha f'livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu jrid iżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità nfurmat dwar kull bidla proposta fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jagħmel stima tat-tibdil propost u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula tibqax tissodisfa l-ħtiġiet msemmija fil-3.2 jew jekk hemms il-bżonn ta' stima mill-ġdid.

Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċisjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċisjoni ta' evalwazzjoni sostanzjata.

4. Sorvelljar taħt ir-responsabiltà tal-korp notifikat.

4.1 L-iskop tas-sorveljar huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament jaqdi l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2 Il-manifattur għandu jħalli li l-korp notifikat jidħol għall-skopijiet ta' ispezzjoni fl-istabbilimenti tal-manifattura, ta' l-ispezzjoni, ta' l-ittestjar u tal-ħażna u jagħtih l-informazzjoni kollha relevanti meħtieġa, b'mod partikolari:

- id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta' l-impjegati konċernati, eċċ.,

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifika biex jassigura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur.

4.4. B'żieda, l-korp notifikat jista' jagħmel żjarat mhux imħabbra lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista' jwettaq testijiet jew iġiegħel li jitwettqu biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità tkun qiegħda taħdem sew; fejn meħtieġ, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b'rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data ta' manifattura tal-prodott, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokument imsemmi fit-tieni inċiż ta' 3.1,

- l-aġġornar riferit fit-tieni paragrafu ta' 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u fil-4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jagħti lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa u rtirati.

4. MODULU E: Garanzija ta' kwalità tal-prodott

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obligazzjonijiet tat-Taqsima 2 jiżgura u jiddikajra li l-isplussivi jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE. Il-manifattur għandu iwaħħal il-marka CE fuq kull splussiv u jħejji bil-miktub dikjarazzjoni ta' konformità. Il-marka CE għandha tiġi akkumpanjata bis-simbolu ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-verifiki imsemmi ft-Taqsima 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-ispezzjoni finali u l-ittestjar ta' l-isplussiv kif speċifikat fit-Taqsima 3. Għandu ikun soġġett għat-testijiet imsemmija fit-Taqsima 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur jibgħat applikazzjoni lill-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu għall-istima tas-sistema ta' kwalità, għall-isplussivi tieħgu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni kollha relevanti għall-kategorija ta' splussiv maħsuba,

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumenti tekniċi li għandhom x' jaqsmu mat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE.

3.2. Taħt is-sistema ta' kwalità, kull splussiv għandu jiġi eżaminat u testijiet xierqa kif deskritti fl-istandard(s) relevanti msemmija fl-Artikolu 4 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu għall-verifikazzjoni tal-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti ta' din id-Direttiva. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b'mod sistematiku u ordinat fil-forma ta' dikjarazzjonijiet ta' politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti li l-programm, il-pjanijiet, il-manwali u r-rekords ta' kwalità jiġu interpretati b'mod uniformi.

B'mod partikolari, għandu jkun fihom deskrizzjoni adegwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura ta' l-organizazzjoni, ir-responsabbilitajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

- l-eżami u t-testijiet li għandhom jiġu mwettqa wara l-manifattura,

- il-mezz ta' kif għandha tiġi sorveljata l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità,

- ir-rekords ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni li tirriżulta minn tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti ta' kwalifikazzjoni ta' l-impjegati konċernati, eċċ.,

3.3. Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jistabbilixxi jekk ikunx jissodisfa l-ħtiġiet msemmija fit-taqsima 3.2. Għandu jippreżumi l-konformità ma' dawk il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat relevanti.

Il-grupp ta' awdituri jrid ikollu ta' mill-inqas membru wieħed li jkollu esperjenza meta tiġi evalwata t-teknoloġija relevanti tal-prodott. Il-proċedura ta' evalwazzjoni trid tinkludi żjara ta' spezzjoni fil-fond tal-manifattur.

Il-manifattur għandu jiġi notifikat bid-deċisjoni. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċisjoni ta' evalwazzjoni sostanzjata.

3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jissodisfa l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta' kwalità kif approvata, u li jżommha f'livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità nfurmat dwar kull bidla proposta fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-bidliet proposti u għandu jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mibdula tistgħax tissodisfa l-ħtiġiet msemmija f'3.2 jew jekk hijiex meħtieġa ri- evalwazzjoni.

Huwa għandu jinnotifika lill-manifattur bid-deċisjoni tiegħu. In-notifikazzjoni għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċisjoni ta' evalwazzjoni sostanzjata.

4. Sorvelljar taħt ir-responsabiltà tal-korp notifikat.

4.1. L-iskop tas-sorvelljanza hu li jiġi żgurat li l-manifattur debitament iwettaq l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti li l-korp notifikat ikollu aċċess għal skopijiet ta' spezzjoni fil-fond ta' spezzjoni, ta' l-ittestjar u tal-ħażna u li jipprovdih bl-informazzjoni kollha meħtieġa, b'mod partikolari:

- id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumenti tekniċi,

- ir-rekords ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif dwar it-testijiet, tagħrif dwar il-kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni ta' l-impjegati konċernati, eċċ.,

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament iwettaq verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi rapport tal-verifiki lill-manifattur.

4.4. B'żieda, l-korp notifikat jista' jagħmel żjarat mhux imħabbra lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjajjar il-korp notifikat jista jwettaq testijiet jew jitlob li jitwettqu sabiex jivverifika li s-sisema ta' kwalità tkun taħdem sew; fejn meħtieġ, il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk ikun twettaq test, rapporti tat-test.

5. Il-manifattur għandu għal perjodu ta' mill-anqas 10 snin wara l-aħħar data ta' manifattura tal-prodott iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumenti msemmija fit-tieni inċiż ta' 3.1,

- il-bidliet imsemmija fit-tieni paragrafu ta' 3.4,

- u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u fil-4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jibgħat lill-korpi notifikati l-oħrajn l-informazzjoni relevanti li tirrigwarda l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità maħruġa u rtirati.

5. MODULU F: Verifikazzjoni tal-prodott

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jivverifika u jiċċertifika li l-isplussivi soġġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' 3 jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u li jissodisfaw il-ħtiġiet relevanti ta' din id-Direttiva.

2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-manifattura jiżgura l-konformità ta' l-isplussivi mat-tip taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u tal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikawhom. Għandu iwaħħal il-marka CE fuq kull splussiv u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità.

3. Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa sabiex jivverifika l-konformità ta' l-isplussiv mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva billi jeżamina u jittesjta kull splussiv kif speċifikat fil-4.

Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu għandu iżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal żmien li jintemm għall-anqas 10 snin wara l-aħħar manifattura tal-prodott konċernat.

4. Verifikazzjoni permezz ta' l-eżami u l-ittestjar ta' kull splussiv.

4.1. Kull splussiv għandu jiġi eżaminat għalih u testijiet xierqa kif deskritti fl-istandard(s) relevanti msemmija fl-Artikolu 4 jew testijiet ekwivalenti għandhom jitwettqu għall-verifikazzjoni talkonformità tiegħu tat-tip u mal-ħtiġiet relevanti ta' din id-Direttiva.

4.2. Il-korp notifikat għandu iwaħħal, jew iġiegħel it-twaħħil, tas-simbolu tiegħu ta' identifikazzjoni fuq kull splussiv approvat u għandu jħejji bil-miktub ċertifikat ta' konformità dwar it-testijiet imwettqa.

4.3. Il-manifattur jew ir-rappresentant awtorizzat tieħgu għandu jiżgura li jkun jista' jipprovdi ċ-ċertifikat ta' konformità lill-korp notifikat fuq talba.

6. MODULU G: Verifikazzjoni ta' unità

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-isplussiv li għalih inħareġ iċ-ċertifikat imsemmi fit-Taqsima 2 jikkonforma mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva. Il-manifattur għandu iwaħħal il-marka CE fuq l-isplussiv u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità.

2. Il-korp notifikat għandu jeżamina l-isplussiv u jwettaq it-testijiet xierqa kif stipulat fl-istandard(s) imsemmija fl-Artikolu 4, jew testijiet ekwivalenti, sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu iwaħħal, jew iġiegħel it-twaħħil, tas-simbolu tiegħu ta' identifikazzjoni fuq l-isplussiv approvat u għandu jħejji bil-miktub ċertifikat ta' konformità dwar it-testijiet imwettqa.

3. L-għan tad-dokumenti tekniċi hu li jippermettu li l-istima tal-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttivi li tiġi evalwata u li d-disinn, il-produzzjoni u l-operazzjoni ta' l-isplussiv ikunu jiftehmu.

Id-dokumenti għandhom jkollhom, sal-limitu li huwa meħtieġ għall-istima:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura u skemi tal-komponenti, sub-immuntar, ċirkwiti, eċċ.,

- id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa biex jiġu mifhuma l-imsemmija tpinġijiet u skemi msemmija u ta' l-operazzjoni ta' l-isplussiv jew tas-sistema ta' protezzjoni,

- elenku ta' l-istandards imsemmija fl-Artikolu 4, applikati kollha jew f'parti minnhom, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati għall-konformità mal-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva jekk l-istandards imsemmija fl-Artikolu 4 ma ġewx applikati,

- ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinn magħmula, ta' l-eżamijiet imwettqa, eċċ.,

- ir-rapporti tat-test.

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-KRITERJI MINIMI LI GĦANDU JINGĦATA KONT TAGĦHOM MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKA TAL-KORPI

1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettiq tat-testijiet ta' verifikazzjoni ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur jew il-persuna li tistalla l-isplussivi li jispezzjonaw, u lanqas ir-rappresentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawn il-partijiet. Ma għandhomx jieħdu sehem direttament jew bħala rappresentanti awtorizzati fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fil-bejgħ jew fil-manutenzjoni ta' dawn l-isplussivi. Dan ma jipprekludix il-possibiltà li jsir bdil ta' informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp.

2. Il-korp u l-impjegati tiegħu għandhom jwettqu t-testijiet ta' verifikazzjoni bl-ogħla grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom jkunu ħielsa minn kull pressjoni u influwenzi, b'mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew minn gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati tal-verifikazzjonijiet.

3. Il-korp għandu ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-imjegati meħtieġa u l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq sew ix-xogħol amministrattiv u tekniku konness mal-verifikazzjoni; għandu jkollu wkoll aċċess għall-apparat meħtieġ għall-verifikazzjoni speċjali.

4. L-impjegati responsabbliu għall-ispezzjoni għandhom jkollhom:

- taħriġ tekniku u professjonali sod,

- biżżejjed għarfien tal-ħtiġiet tat-testijiet li jwettqu u esperjenza xierqa ta' dawn it-testijiet,

- il-kapaċità li jħejju ċ-ċertifikati, r-rekords u r-rapporti meħtieġa sabiex jawtentikati it-twettieq ta' dawk it-testijiet.

5. L-imparzjalità ta' l-impjegati ta' l-ispezzjoni għandha tiġi garantità. Ir-remunerazzjoni tagħhom m'għandhiex tiddependi min-numuru ta' testijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk it-testijiet.

6. Il-korp għandu ikollu assiguranza għar-responsabbiltà ċivili ħlief jekk l-Istat jieħu ir-responsabbiltà tiegħu b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membri stess ikun direttament responsabbli għat-testijiet.

7. L-impjegati tal-korp notifikat huma marbuta li josservaw is-segretezza professjonali dwar l-informazzjoni kollha miksuba fl-eżerċizzju tax-xogħol tagħhom (ħlief vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istat fejn jitwettqu l-attivitajiet tagħhom) b'mod konformi ma' din id-Direttiva jew ma' xi dispożizzjoni ta' liġi nazzjonali li ddaħħal dan fis-seħħ.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

IL-MARKA CE TAL-KONFORMITÀ

Il-marka CE tal-konformitàhi l-inizzjali ‘CE' bil-forma li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka tiċċekken jew tikkabbar il-proporzjonijiet speċifikati fid-disinn gradwat hawn fuq għandhom jitħarsu.

--------------------------------------------------

Top