Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3280

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3280/92 tad- 9 ta’ Novembru 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1576/89 li jistabilixxi r-regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb alkoħoliku.

ĠU L 327, 13.11.1992, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3280/oj

31992R3280



Official Journal L 327 , 13/11/1992 P. 0003 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0179
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0179


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3280/92

tad- 9 ta’ Novembru 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1576/89 li jistabilixxi r-regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb alkoħoliku.

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-użu ta’ kapsuli li fihom iċ-ċomb jew il-fojl bħala għata għall-mezzi ta’ għeluq fuq reċipjenti li fihom jitpoġġew fuq is-suq l-inbejjed aromatizzati, ix-xorb aromatizzat b’bażi ta’ inbid u l-cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid għandu jiġi projbit sabiex ma jkunx hemm ir-riskju ta’ kontaminazzjoni, b’mod partikolari b’kuntatt aċċidentali ma’ dawk il-prodotti, u r-riskju ta’ tniġġiż ta’ l-ambjent minn skart li jkun fih ċomb li jinsab f’dawn il-kapsuli jew fojl; billi, madanakollu, il-manifatturi u l-utenti ta’ dawn il-kapsuli jew fojl għandhom jingħataw ż-żmien sabiex jaġġustaw u dana billi l-imsemmija projbizzjoni tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 1993 biss; billi huwa meħtieġ li l-prodotti li jkunu jinsabu fi fliexken bil-kapsuli b’bażi ta’ ċomb jew fojl qabel id-data hawn fuq imsemmija jitħallew jinbiegħu sakemm jispiċċa l-istokk kollu;

Billi għaldaqstant ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89 [4] għandu jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-punt li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89:

"(e) Sa mill-1 ta’ Jannar 1993, ix-xorb alkoħoliku li jaqa’ taħt dan ir-Regolament ma jistax jinżamm bil-għan li jinbiegħ jew jitqiegħed fuq is-suq f’kontenituri li jkollhom mezzi ta’ għeluq mgħottija b’kapsuli b’bażi ta’ ċomb jew fojl. Mandanakollu, il-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku fi fliexken li jkun attrezzati qabel dik id-data b’kapsuli jew fojl bħal dawn huwa awtorizzat sakemm jispiċċaw il-ħażniet."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Novembru 1992.

Għall-Kunsill

D. Hurd

Il-President

[1] ĠU Ċ 69, 18.3.1992, p. 12.

[2] ĠU Ċ 241, 21.9.1992, p. 98 au Deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 1992 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU Ċ 169, 6.7.1992, p. 1.

[4] ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

Top