This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992R1429
Commission Regulation (EEC) No 1429/92 of 26 May 1992 amending Regulation (EEC) No 2568/91 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1429/92 tas-26 ta' Mejju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġ u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1429/92 tas-26 ta' Mejju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġ u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi
ĠU L 150, 2.6.1992, p. 17–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1429/92 tas-26 ta' Mejju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġ u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi
Official Journal L 150 , 02/06/1992 P. 0017 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0093
CS.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
ET.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
HU.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
LT.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
LV.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
MT.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
PL.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
SK.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
SL.ES Chapter 03 Volume 12 P. 270 - 273
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1429/92 tas-26 ta’ Mejju 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġ u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġ u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru1966 dwar it-twaqqif tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 356/92 [2], u b’mod partikolari Artikolu 35a tiegħu, Billi, minħabba żviluppi fir-riċerka, il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa kif imfisser fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3], kif emendat bir-Regolamenta (KEE) Nru 3682/91 [4], għandu jkun miżjud sabiex jiżgura aħjar il-purità tal-prodotti li jkunu marketed u biex ikun maħsub għall-metodu rilevanti tal-analiżi; Billi, sabiex ma ssirx ħsara lill-kummerċ, irid isir provvediment biex iż-żejt ippakkjat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun meħlus matul perjodu limitat; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 irid għalhekk jiġi emendat, Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet ma tax il-fehma tiegħu fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huma hawnhekk emendati kif stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament m’għandux jgħodd għaż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa ppakkjati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mqiegħda fis-suq sal-31 ta’ Ottubru 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 1992. F’isem il-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 39, tal-15.2.1992, p. 1. [3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1. [4] ĠU L 349, tat-18.12.1991, p. 36. -------------------------------------------------- ANNESS I. It-tieni tabella f’Anness I hi mibdula b’dan li ġej: "Tip | Kompożizzjoni tal-Aċtu | Somma (tat-) transo- leic isomers (%) | Somma (tat-) translino- leic u translino- lenic isomers (%) | K 212 | K 270 | K270 bl-aluminium oxide + | Delta K | Panel test | Myristic % | Linolenic % | Arachidic % | Eicosanoic % | Behenic % | Lignoceric % | 1.Żejt taż-żebbuġa extra verġni | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,03 | < 0,03 | M 2,40 | M 0,20 | M 0,10 | M 0,01 | ≥ 6,5 | 2.Żejt taż-żebbuġa verġni | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,03 | < 0,03 | M 2,50 | M 0,25 | M 0,10 | M 0,01 | ≥ 5,5 | 3.Żejt taż-żebbuġa verġni ordinarju | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,03 | < 0,03 | M 2,50 | M 0,25 | M 0,10 | M 0,01 | ≥ 3,5 | 4.Żejt taż-żebbuġa verġni lampante | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,10 | < 0,10 | M 3,70 | > 0,25 | M 0,11 | — | < 3,5 | 5.Żejt taż-żebbuġa raffinat | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,20 | < 0,30 | M 3,40 | M 1,20 | — | M 0,16 | — | 6.Żejt taż-żebbuġa | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,20 | < 0,30 | M 3,30 | M 1,00 | — | M 0,13 | — | 7.Żejt mhux raffinat | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,20 | < 0,10 | — | — | — | — | — | 8.Fdal taż-żejt taż-żebbuġa raffinat | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,40 | < 0,35 | M 5,50 | M 2,50 | — | M 0,25 | — | 9.Fdal taż-żejt taż-żebbuġa | M 0,1 | M 0,9 | M 0,7 | M 0,5 | M 0,3 | M 0,5 | < 0,40 | < 0,35 | M 5,30 | M 2,00 | — | M 0,20 | —" | II. Anness X A huwa emendat kif ġej: 1. Dan li ġej huwa miżjud ma’ punt 4.1.2.: "u l-indiċi tar-riżoluzzjoni, lr, bl-użu tal-formula ab fejn: a = l-għoli tal-inqas quċċata, imkejla mill-qiegħ; b = l-għoli tal-aktar ponta baxxa tal-wied bejn iż-żewġ quċċati ta’ ħdejn xulxin, imkejla mill-qiegħ." 2. Punt 6 li ġej hu miżjud: "6. KAŻ SPEĊJALI — DETERMINAZZJONI TAT-TRANS-ISOMERS Hu possibbli li jkun determinat il-kontenut tat-trans-isomers fl-aċti bix-xaħam b’numru ta’ atomi tal-karbonju bejn 10 u 24 billi jkunu mifruda l-methyl esters permezz tal-gas chromatography capillary columns li jkollhom polarità speċifika. 6.1. Capillary column magħmula mis-silica li jkollha dijametru intern ta’ bejn 0,25 mm u 0,32 mm u tul ta’ 50 m, miksi bil-cyanopropisilicon, il-ħxuna tal-kisi li tkun bejn 0,1 u 0,3 μm (tip SP 2380, C. P. sil 88, silor 10 u tipi simili). 6.2. Il-methyl esters huma preparati permezz tal-proċedura stabbilita f’Anness X B. Bħala prekawzjoni, is-sustanzi bix-xaħam li jkollhom aċidità ħielsa aktar minn 3 % iridu jkunu newtralizzati skond 6.1 t’Anness VII. 6.3. Il-kundizzjonijiet tal-ħidma għall-gas chromatography huma fuq kollox kif ġej: - temperatura tal-kolonna stabbilita bejn 150 oC and 230 oC (per eżempju 165 oC għal 15-il minuta mbagħad tiżdied b’5 oC kull minuta sa 200 oC); - temperatura tal-injettur: 250 oC jekk is-sistema ta’ qsim tintuża’ jew it-temperatura tal-bidu tal-kolonna jekk is-sistema ta’ fuq il-kolonna hi użata; - temperatura tad-detector: 260 oC; - flow rate tal-carrier gas (helium u hydrogen): 1,2 ml kull minuta. L-ammont injettat irid ikun tali li fil-kundizzjonijiet tas-sensittivita użati l-qofol tal-quċċata li jaqbel mal-methyl ester tal-aċtu arachidic huwa ugwali għal jew akbar minn 20 % tal-qiegħ tal-iskala. 6.4. L-identifikazzjoni tal-methyl esters differenti hi affettwata skond id-drabi ta’ ritensjoni li huma mqabbla ma’ dawk għat-taħlitiet ta’ riferenza (kif indikat f’punt 2.3). L-esters tal-aċti trans fatty huma maħruġa qabel il-cis-isomers korrispondenti. Eżempju ta’ chromatogram jidher fil-figura 2. +++++ TIFF +++++ Figura 2:Gas chromatogram tat-trans-isomers tal-aċtu tax-xaħam bl-użu tal-kolonna kapillari. 6.5. L-effiċjenza tal-kolonna stabbilita skond punt 4.1.2 trid tkun tali li tħalli l-firda ta’ ċerti koppji kritiċi, per eżempju l-kopja ffurmata mill-massif ta’ aċti transisoleic u l-quċċata tal-aċtu oleiku, trans C18:1/cis C18:1, b’indiċi ta’ riżoluzzjoni akbar minn 2. 6.6. Il-perċentwali tad-diversi aċti trans fatty hu kalkulat skond ir-relazzjoni li hemm bejn il-wiċċ tal-quċċata rilevanti u s-somma tal-uċuh tal-quċċati kollha preżenti. Il-peċentwali ta’: - l-aċti trans octadecenoic (T 18: 1) indikati f’Anness I għal dan ir-Regolament bħala s-somma tat-transoleic isomers; - l-aċti cis-trans u trans-cis octadecadienoic ((CT/TC) 18: 2) indikati f’Anness I għal dan ir-Regolament bħala t-total tat-translinoleic isomers; - l-aċti trans-cis-trans, cis-cis-trans, cis-trans-cis, trans-cis-cis, octadecatrienoic ((TCT + CCT + CTC + TCC) 18: 3), indikati f’Anness I ta’ dan ir-Regolament bħala t-total tat-translinolenic isomers huma kunsidrati. Nota 8: Meta jitqiesu l-karatteristiċi partikulari ta’ dan il-metodu, jekk jogħġobkom agħtu r-riżultati b’2 deċimali." --------------------------------------------------