Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R0734

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 734/92 tal-25 ta' Marzu 1992 li jemenda Regolament (KEE) Nru 2290/83 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59b u l-Artikoli 63a u 63b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta' eżenzjoni mid-dazji doganali

ĠU L 81, 26.3.1992, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2011; Imħassar b' 32011R1225

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/734/oj

31992R0734



Official Journal L 081 , 26/03/1992 P. 0015 - 0017
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0115


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 734/92

tal-25 ta' Marzu 1992

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2290/83 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 50 sa 59b u l-Artikoli 63a u 63b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta' eżenzjoni mid-dazji doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabilixxi sistema tal-Komunità dwar eżenzjoni mid-dazji doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3357/91 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi ir-Regolament (KEE) Nru No 3357/91 hawn fuq imsemmi jipprovdi, fost l-oħrajn, għar-reviżjoni ta' l-Artikoli 52 sa 56 u 63a u 63b tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 sabiex titneħħa l-kondizzjoni ta' non-ekwivalenza ta' prodotti tal-Komunità;

Billi hu għalhekk meħtieġ li jiġu emendati akkont id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2290/83 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1843/89 [4], u li jitneħħew ir-riferenzi kollha għall-kondizzjoni ta' non-ekwivalenza ta' prodotti tal-Komunità;

Billi sabiex jiġi segwit il-fil tar-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 jidher li hemm ħtieġa li titneħħa safejn possibbli il-proċedura għalja u komplikata li tinvolvi f'ċerti każi deċiżjoni mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' grupp ta' esperti mill-Istati Membri kollha, laqgħa fil-qafas tal-Kumitat dwar Arranġamenti ta' Ħelsien minn Dazju;

Billi r-riferenzi kollha għal deċiżjoni mill-Kummissjoni għandhom għalhekk jitneħħew u d-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu fuq livell nazzjonali;

Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar Arranġamenti ta' Ħelsien minn Dazju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2290/83 hu b'dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2(1) hu mibdul b'dan li ġej:

"1. Id-dħul mingħajr dazji ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali msemmi fl-Artikolu 51, 52(1) u 53 tar-Regolament bażiku, hawn aktar il quddiem magħrufa bħala "oġġetti", għandu jkollu l-obbligazzjonijiet li ġejjin da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom jiġu kkonsenjati l-oġġetti:

- sabiex jintbgħatu l-oġġetti msemmija direttament lejn il-post dikjarat ta' destinazzjoni,

- sabiex jingħata kont tagħhom fl-inventarju tiegħu,

- sabiex tiġi ffaċilitata kull verifika li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet biex jingħata dħul liberu minn dazji jkunu onorati, jew jibqgħu onorati.

B'żieda ma' dan, fil-każ ta' oġġetti msemmija fl-Artikoli 52(1) u 53 u r-Regolament bażiku, għandu jkun hemm l-obbligu da parti ta' l-impriża jew organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jkunu kkonsenjati li jużaw l-oġġetti hawn fuq imsemmija esklussivament għal finijiet mhux kummerċjali skond it-tifsira tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku."

2. L-ewwel subparagrafu tal-l-Artikolu 3(2) hu mibdul b'dan li ġej:

"2. Meta l-istabbiliment jew l-organizzazzjoni li lilhom l-oġġetti jiġu msellfa, mikrija jew ittrasferiti jkun jinsab fi Stat Membru minbarra dak li fih l-istabbiliment li jsellef, jikri jew jitrasferixxi l-oġġetti jkun qiegħed, mat-tluq ta' dawk l-oġġetti l-uffiċċju tad-dwana ta' dak l-Istat Membru tal-kunsinna għandu joħroġ kopja ta' Kopja ta' Kontroll T 5 b'konformità mar-regoli stabbiliti f'Regolament (KEE) Nru 2823/87 sabiex jassigura li dawk l-oġġetti jintużaw billi jintitolahom li jkomplu li jikkwalifikaw għal dħul b'xejn ta' drittijiet ta' importazzjoni."

3. It-titolu ta' Titolu III hu emendat sabiex jinqara kif ġej:

"IT-TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR L-IMPORTAZZJONI LIBERA MINN DRITTIJIET TA' IMPORTAZZJONI TA' STRUMENTI XJENTIFIĊI U APPARAT TAĦT L-ARTIKOLI 52 U 54 TAR-REGOLAMENT BAŻIKU."

4. L-Artikolu 5 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 5

Għall-finijiet ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 54 tar-Regolament bażiku, il-karatteristiċi tekniċi oġġettivi ta' strument xjentifiku jew apparat għandu jinftiehem li jfisser dawk il-karatteristiċi li jirriżultaw mill-kostruzzjoni ta' dak l-istrument jew apparat jew minn aġġustament lejn strument jew apparat standard li jagħmilha ppossibbli li jintlaħaq livell għoli ta' qadi 'il fuq minn dawk li huma normalment meħtieġa għall-użu industrijali jew kummerċjali.

Billi mhux possibbli li jiġi stabbilit b'mod ċar abbażi tal-karatteristiċi tekniċi oġġettivi tagħha jekk strument jew apparat għandux jitqies bħala strument jew apparat xjentifiku, għandha ssir riferenza għall-użu ta' l-istrument jew apparat li għalih id-dħul mingħajr drittijiet ta' importazzjoni tiegħu ikun intalab. Jekk dan l-eżami juri li l-istrument jew apparat imsemmi jkun użat għal finijiet xjentifiċi, dan għandu jitqies li jkun ta' natura xjentifika."

5. L-Artikolu 6(2) hu sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-istrument jew apparat imsemmi:

(a) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, in-nomenklatura magħquda preżunta tagħha u l-karattersitiċi tekniċi oġġettivi li abbażi tagħhom l-istrument jew apparat ikun kunsidrat li jkun xjentifiku;

(b) l-isem jew l-isem kummerċjali u indirizz tal-fabbrikant u, jekk disponibbli, tal-fornitur;

(ċ) il-pajjiż ta' oriġini ta' l-istrument jew apparat;

(d) il-post fejn l-istrument jew l-apparat ikun sejjer jintuża;

(e) l-użu preċiż li jkun sejjer isir mill-istrument jew apparat ikun intiż;

(f) il-prezz ta' l-istrument jew apparat jew il-valur tiegħu għal finijiet ta' dwana;

(g) il-kwantità ta' l-istrument jew apparat in kwistjoni.

Xhieda dokumentata li tipprovdi kull informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-istrument jew apparat għandha tingħata ma' l-applikazzjoni."

6. L-Artikolu 7 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

L-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet taħt l-Artikolu 6 fil-każijiet kollha."

7. L-Artikolu 14 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 14

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu l-oġġetti jkunu kunsinnati għandu jieħu deċiżjoni diretta għar-rigward ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 13."

8. L-Artikolu 15a(2)(a) hu mibdul b'dan li ġej:

"(a) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument jew apparat użat mill-fabbrikant, u l-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda."

9. L-Artikolu 15ċ hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 15ċ

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment jew organizzazzjoni li lilu jiġu kunsinnati l-oġġetti għandu jieħu deċiżjoni diretta dwar applikazzjonijiet fil-każijiet kollha."

10. L-Artikolu 15d hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 15d

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 15a u 15ċ japplikaw mutatis mutandis għal spare parts, komponenti, aċċessorji speċifiċi u għodda li jintużaw għal manutenzjoni, ċċekkjar, kalibrazzjoni jew tiswija ta' strumenti jew apparat li jkunu daħlu mingħajr il-ħlas ta' dazju bis-saħħa ta' l-Artikolu 63a(2)(a) u (b) tar-Regolament bażiku."

11. L-Artikolu 16 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 16

1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta' l-istrumenti, apparat, spare parts, komponenti, aċċessorji u għodda li l-prezz jew il-valur tagħhom għal finijiet ta' dwana jeċċedu Ecu 5000 u li dwarhom ikun awtorizza jew irrifjuta dħul mingħajr il-ħlas ta' dazju skond l-Artikoli 7, 14 jew 15ċ.

Il-lista għandha tagħti d-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kodiċi ta' nomenklatura magħquda bi tmien ċifri. Din għandha tinkludi wkoll l-isem tal-fabbrikant jew fabbrikanti, il-pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini u l-prezz jew valur ta' dwana ta' l-oġġetti in kwistjoni.

2. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbgħatu matul l-ewwel u t-tielet kwartta' kull sena u għandu jkollhom dettalji ta' l-oġġetti li d-dħul tagħhom mingħajr il-ħlas ta' drittijiet ta' importazzjoni jkun ġie awtorizzat jew rifjutat matul is-sitt xhur ta' qabel.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn il-listi lill-Istati Membri l-oħra."

12. L-Artikolu 18 hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 18

Sabiex jiġi assigurat tħaddim uniformi tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità, il-listi msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat dwar Arranġamenti ta' Ħelsien minn Dazju."

13. L-Artikolu 18a(2)(b) hu mibdul b'dan li ġej:

"(b) id-deskrizzjoni kummerċjali preċiża ta' l-istrument kif ukoll il-kwantità u valur tiegħu u, meta jkun xieraq, il-klassifikazzjoni preżunta tiegħu fin-nomenklatura magħquda."

14. L-Artikolu 18ċ hu mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 18ċ

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis."

15. It-Titolu IV, l-Artikoli 9, 10, 15b u 17 huma mħassra.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Marzu 1992.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 318, ta' l-20.11.1991, p. 3.

[3] ĠU L 220, tal-11.8.1983, p. 20.

[4] ĠU L 180, tas-27.6.1989, p. 22.

--------------------------------------------------

Top