Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0066

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle

ĠU L 260, 5.9.1992, pp. 1–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32016R0429 u 32020R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/66/oj

31992L0066



Official Journal L 260 , 05/09/1992 P. 0001 - 0020
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0216
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 44 P. 0216


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE

ta’ l-14 ta’ Lulju 1992

li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi t-tjur imiżżla fl-Anness II tat-Trattat u billi l-kummerċ ta’ tjur jikkostitwixxi sorsi importanti ta’ introjtu għal popolazzjoni agrikola;

Billi, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti miżuri ta’ kontroll fil-livell tal-Komunità li għandhom jittieħdu fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle sabiex jassiguraw żvilupp fis-settur tat-tjur u jikkontribwixxi għal protezzjoni ta’ saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità;

Billi l-miżuri minimi ta’ kontroll fil-Komunità għandhom aktar minn hekk ikunu pprovduti kontra l-marda Newcastle biex ikunu applikabbli lejn ċerti speċi oħra;

Billi meta tfeġġ il-marda Newcastle tista’ malajr tieħu proporzjonijiet epiżootiċi, li jikkawżaw mortalità u disturbi fuq skala li tkun tista’ tnaqqas bil-kbir l-profitabbiltà tat-trobbija u t-tjur ġenerali;

Billi azzjoni għandha tittieħed malli l-preżenza tal-marda tkun issuspettata hekk li miżuri immedjati w effettivi ta’ kontroll jistgħu jkunu implimentati meta l-preżenza tagħha tkun ikkonfermata; billi miżuri bħal dawn għandhom ikunu mmodulati mill-awtoritajiet kompetenti biex jingħata każ ta’ jekk pajjiż ikunx iwettaq jew le programm ta’ tilqim profilattiku fit-territorju kollu tiegħu jew f’parti minnu;

Billi huwa meħtieġ li jkun impedit xi tixrid tal-marda hekk kif tfaqqa’, b’monitoraġġ għaqli tal-movimenti ta’ annimali u l-użu ta’ prodotti li aktarx li jkunu kkontaminati, u, fejn xieraq, b’tilqim;

Billi dianjożi tal-mard għandha titwettaq taħt l-awspiċi ta’ laboratorji nazzjonali responsabbli, li l-koordinament tiegħu għandu jkun assigurat minn laboratorju ta’ referenza fil-Komunità;

Billi huwa meħtieġ li jsir provvediment għall-Istati Membri li jgħatu l-vaċċina biex iħejju pjanijiet ta’ tilqim u li jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-pjanijiet;

Billi l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [4] ikun japplika fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle;

Billi huwa xieraq li jingħata lill-Kummissjoni d-dover biex jittieħdu l-miżuri applikatorji meħtieġa,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju, din id-Direttiva tfisser il-miżuri ta’ kontroll tal-Komunità li għandhom ikunu applikati fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle fi:

(a) tjur;

(b) ħamiem tat-tlielaq u għasafar oħra miżmuma fil-kattività.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika meta l-marda Newcastle tinstab f’għasafar slavaġġ li jgħixu fil-libertà; b’danakollu, f’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’kull miżura li hu jieħu.

Artikolu 2

Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, id-definizjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju fil-, u importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis [5] għandhom ikunu applikabbli kif xieraq.

Dawn id-definizzjonijiet għandhom ukoll ikunu applikabbli:

(a) "tjur infettati" tfisser kull tajr:

- li fihom il-preżenza tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata wara eżami minn laboratorju approvat, jew

- fil-każ li tfeġġ għat-tieni darba jew sussegwentement li fihom is-sintomi kliniċi jew il-leżjonijiet post-mortem konsistenti mal-marda Newcastle ikunu preżenti;

(b) "tjur issuspettati li jkunu infettati" tfisser xi tjur li juru sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu tali li l-preżenza tal-marda Newcastle tista’ raġonevolment tkun issuspettata;

(ċ) "tjur issuspettati li jkunu kkontaminati" tfisser xi tjur li setgħu kienu direttament jew indirettament esposti għal virus tal-marda Newcastle;

(d) "swill" tfisser l-iskart minn kċejjen, resturanti jew, fejn xieraq, minn industriji li jużaw il-laħam;

(e) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità kompetenti fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2 ta’ Direttiva 90/425/KEE [6];

(f) "veterinarju uffiċjali" tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti;

(g) "ħamiem tat-tlielaq" tfisser kull ħamiema ttrasportata jew intenzjonata għat-trasport mill-barumbara tagħha biex tkun mitluqa hekk li tkun tista’ bil-libertà ttir lura lejn il-barumbara tagħha jew lejn xi destinazzjoni oħra;

(h) "barumbara" tfisser xi installazzjoni użata biex jinżammu u jitrabbew ħamiem tat-tlielaq.

Artikolu 3

Stati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm notifika obbligatorja w immedjata tal-preżenza ssuspettata tal-marda Newcastle lejn l-awtorità kompetenti.

Artikolu 4

1. Meta tjur f’qasam ikunu ssuspettati li huma infettati jew ikkontaminati bil-marda Newcastle, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarju uffiċjali immedjatament jattiva arranġamenti għal investigazzjoni uffiċjali biex jikkonferma jew jiddikjara li ma jkunx hemm il-preżenza tal-marda u, partikolarment, għandu jieħu jew ikun ħa l-kampjuni meħtieġa għal eżami f’laboratorju.

2. Malli l-infezzjoni ssuspettata tkun innotifikata, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed il-qasam taħt sorveljanza uffiċjali u partikolarment għandha tenħtieġ li:

(a) jinżamm reġistru tal-kategoriji kollha ta’ tjur f’dak il-qasam li juri fir-rigward ta’ kull kategorija n-numru ta’ tjur li jkunu mietu, li juru sinjali kliniċi, u li ma jkunu juru l-ebda sinjali. Ir-reġistru għandu jinżamm aġġornat biex jinkludi għasafar imwielda jew li jmutu matul il-perjodu li fih ikun hemm is-suspett. Id-dettalji fir-reġistru għandhom jinżammu aġġornati u jkunu prodotti meta jkun hemm talba għal dan, u jistgħu jkunu vverifikati f’kull żjara;

(b) it-tjur kollha fir-razzett ikunu miżmuma fil-gaġeġ tagħhom jew magħluqa f’xi post ieħor fejn jistgħu jkunu iżolati u mingħajr kuntatt ma’ tjur oħra;

(ċ) l-ebda tjur ma jidħlu jew iħallu r-razzett;

(d) il-moviment kollu

- ta’ persuni, annimali oħra u vetturi lejn u mir-razzett,

- ta’ laħam jew karkassi ta’ tjur, jew ta’ għalf ta’ l-annimali, għodda, skart, ħmieġ, demel jew kull ħaġa oħra li tista’ tittrasmetti l-marda Newcastle għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(e) l-ebda bajd m’għandu jħalli r-razzett bl-eċċezzjoni ta’ bajd mibgħut direttament lejn stabbiliment approvat għal manifattura u/jew proċessar ta’ prodotti tal-bajd skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/437/KEE [7], u ttrasportati permezz ta’ awtorizzazzjoni li tkun ġiet mogħtija mill-awtorità kompetenti. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tilħaq il-ħtiġiet ipprovduti fl-Anness I;

(f) mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni għandhom ikunu installati fid-dħul u l-ħruġ ta’ bini fejn jinżammu t-tjur u tar-razzett innifsu;

(g) inkjesta epiżotjoloġika tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

3. Sa dak iż-żmien meta l-miżuri uffiċjali pprovduti fil-paragrafu 2 ikunu infurzati, is-sid jew dak li jieħu ħsieb ta’ xi tjur li fihom ikun hemm suspett tal-marda għandu jieħu azzjoni raġjonevoli biex jassigura konformità mal-paragrafu 2, ħlief għal (g) tiegħu.

4. L-awtorità kompetenti tista’ tapplika kull miżura li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 2 fuq irziezet oħra jekk fejn jinsabu, il-konfigurazzjoni tagħhom jew kuntatti mar-razzett fejn il-marda tkun issuspettata, joħolqu raġuni biex tkun issuspettata l-possibbilità ta’ kontaminazzjoni.

5. Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu mneħħija sa kemm is-suspett tal-marda Newcastle jkun ġie eliminat mill-veterinarju uffiċjali.

Artikolu 5

1. La darba l-preżenza tal-marda Newcastle fit-tjur tkun uffiċjalment ikkonfermata f’xi razzett, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tkun tenħtieġ, b’żieda mal-miżuri mniżżla fl-Artikolu 4(2), li l-miżuri segwenti jkunu meħuda:

(a) it-tjur kollha f’dak ir-razzett għandhom mingħajr dewmien ikunu kollha maqtula f’dak il-lokal. It-tjur li jkunu mietu jew li kienu ġew maqtula u l-bajd kollu jkun meqrud. Dawn l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu b’tali mod li jkun minimizzat ir-riskju tat-tixrid tal-marda;

(b) xi sustanzi jew skart, bħal ma huwa għalf ta’ l-annimali, ħmieġ jew demel li x’aktarx li jkun ikkontaminat għandu jkun meqrud jew ittrattat kif xieraq. Dan it-trattament, imwettaq bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali, għandu jassigura l-qerda tal-virus tal-marda Newcastle li jkun preżenti;

(ċ) meta tjur mir-razzett ikunu ġew maqtula matul il-preżunt perjodu ta’ inkubazzjoni tal-marda, l-laħam minn dawk it-tjur għandu kull meta jkun possibbli jkun imfittex u meqrud;

(d) bajd tat-tfaqqis li jkun inbid matul il-perjodu preżunt ta’ l-inkubazzjoni li jkun ġie mċaqlaq mir-razzett għandu jkun imfittex u meqrud; imma t-tjur li jkunu diġa tfaqqsu minn dak il-bajd għandhom jitqiegħdu f’post taħt sorvejlanza uffiċjali; bajd tal-medja li jkun inbied matul il-perjodju preżunt ta’ inkubazzjoni li jkun iċċaqlaq mir-razzett għandu kull meta jkun possibbli li jkun imfittex u meqrud, sa kemm dawn ma jkunux diġà ġew iddiżinfettati kif meħtieġ;

(e) wara li jitwettqu l-operazzjonijiet imniżżla taħt (a) u (b), il-bini użat biex jinżammu t-tjur, l-inħawi ta’ ma dwarhom, il-vetturi użati għat-trasport u t-tagħmir kollu li aktar ikun ikkontaminat għandu jkun imnaddaf u iddiżinfettat bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11;

(f) l-ebda tjur m’għandhom ikunu introdotti mill-ġdid fir-razzett sa mill-anqas 21 jum wara t-tkomplija ta’ operazzjonijiet li hemm provvediment dwarhom permezz ta’ (e);

(g) inkjesta epiżotjoloġika għandha tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

2. L-awtorità kompetenti tista’ testendi kull miżura pprovduta fil-paragrafu 1 fuq irziezet oħra tal-qrib jekk fejn jinsabu, il-konfigurazzjoni tagħhom jew kuntatti mar-razzett fejn il-marda tkun ġiet ikkonfermata, joħolqu raġuni bies tkun issuspettata l-possibbilità ta’ kontaminazzjoni.

3. Meta strain tal-virus tal-marda Newcastle bi ICPI (intracerebral pathogenicity index) akbar minn 0,7 u iżgħar minn 1,2 ikun iżolat f’merħla ta’ tjur li ma tippreżenta l-ebda sinjali kliniċi tal-marda Newcastle u li jkun ġie muri minn laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 15 li l-virus iżolat f’dak il-każ ikun ġej minn vaċċina ħajja attenwata tal-marda Newcastle, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti deroga mill-ħtiġiet skond (a) sa (f), ta’ paragrafu 1 basta li r-razzett ikkonċernat ikun imqiegħed taħt sorveljanza uffiċjali għal 30 jum u għandha tkun tenħtieġ partikolarment li:

- id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2)(a), (b), (d) (e) u (f) ikunu applikati,

- l-ebda tjur ma jkunu jistgħu jħallu r-razzett ħlief biex jittieħdu direttament lejn biċċerija msemmija mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti responsabbli għal din il-biċċerija għandha tkun informata bl-intenzjoni li jintbagħtu tjur hemmhekk għal qatla u malli t-tjur jaslu fil-biċċerija dawn għandhom jinżammu u jkunu maqtula separatament minn tjur oħra.

4. Laħam frisk mit-tjur li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikollhom il-marka tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5(1) ta’ Direttiva 91/494/KEE.

5. Id-disposizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni billi jingħata każ ta’ żviluppi fir-riċerka xjentifika bil-għan li jkunu adottati reġoli armonizzati għall-użu ta’ vaċċini tal-marda Newcastle fil-Komunità.

Artikolu 6

Fil-każ ta’ irziezet li jikkonsistu minn tnejn jew aktar merħliet isseparati, l-awtorità kompetenti tista’, bi qbil mal-kriterji pprovduti mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tagħti deroga mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5 (1), għal merħliet b’saħħithom ta’ razzett li jkun infettat, basta li l-veterinarju uffiċjali jkun ikkonferma li l-operazzjonijiet imwettqa hemmhekk ikunu tali li dawk il-merħliet ikunu kompletament isseparati f’dak li jirrigwarda l-abitazzjoni, iż-żamma u l-għalf, hekk li l-virus ma jkunx jista’ jinxtered minn merħla għal oħra.

Artikolu 7

1. L-inkjesta epiżotoloġika għandha titratta dwar:

- it-tul taż-żmien li matulu l-marda Newcastle setgħet kienet teżisti fir-razzett jew fil-barumbara;

- l-oriġini possibbli tal-marda Newcastle fir-razzett jew fil-barumbara u l-identifikazzjoni ta’ rziezet oħra jew barumbari oħra li fihom ikun hemm tjur, ħamiem jew għasafar oħra miżmuma fil-kattività li jistgħu jkunu ġew infettati jew ikkontaminati mill-istess sorsi;

- il-moviment ta’ persuni, tjur, ħamiem jew għasafar oħra miżmuma fil-kattività jew annimali oħra, vetturi, bajd, laħam u karkassi u xi għodda jew sustanzi li pjuttost ikunu ġarrew il-virus tal-marda Newcastle lejn jew mir-razzett jew barumbara f’dak il-każ.

2. Sabiex tkun ipprovduta kooperazzjoni sħiħa tal-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw l-eradikazzjoni tal-marda Newcastle malajr kemm jista’ jkun possibbli u għall-iskop li titwettaq inkjesta epiżotoloġika, għandha tkun stabbilita unità ta’ kriżi.

Ir-regoli ġenerali li jikkonċernaw unitajiet nazzjonali ta’ kriżi u unitajiet ta’ kriżi tal-Komunità għandhom ikunu pprovduti mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

1. Meta l-veterinarju uffiċjali jkollu raġuni biex jissuspetta li t-tjur fuq xi razzett jista’ jkun ġie kkontaminat bħala riżultat tal-moviment ta’ persuni, annimali jew vetturi jew b’xi mod ieħor, dawk l-irziezet għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali bi qbil mal-paragrafu 2.

2. L-iskop tal-kontroll uffiċjali għandu jkun biex wieħed jintebaħ minnufih b’xi suspett tal-marda Newcastle, jgħodd it-tjur u jagħmel monitoraġġ tal-movimenti u, fejn xieraq, biex jieħu l-azzjoni li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3.

3. Meta razzett ikun suġġett għal kontroll uffiċjali permezz tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi t-tneħħija ta’ tjur mir-razzett apparti mit-trasport dirett lejn biċċerija taħt superviżjoni uffiċjali għall-iskop ta’ qtil immedjat. Qabel ma jagħti din l-awtorizzazzjoni, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq eżami kliniku fuq it-tjur kollha biex jeskludi l-preżenza tal-marda Newcastle fuq ir-razzett. Ir-restrizzjonijiet ta’ moviment li hemm referenza dwarhom f’dan l-Artikolu għandhom ikunu imposti għal perjodu ta’ 21 jum mill-aħħar data tal-potenzjal ta’ kontaminazzjoni; b’danakollu, restrizzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu applikabbli għal minn anqas sebat ijiem.

4. Meta tikkunsidra li l-kondizzjonijiet jippermettu, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan l-Artikolu lejn parti tar-razzett u lejn it-tjur li jkunu jinstabu hemmhekk, basta li t-tjur ta’ hemm kienu miżmuma, inżammu u kienu mitmuma kompletament separatament minn impjegati sseparati.

5. Meta l-veterinarju uffiċjali jkollu raġuni biex jissuspetta li ħamiem tat-tellieqa jew xi ħamiem fil-lokal ikun ġie kkontaminat mil-virus tal-marda Newcastle, dan għandu jieħu l-passi xierqa biex jassigura li l-barumbara tkun suġġetta għal restrizzjonijiet, inklużi restrizzjoni fuq il-moviment ta’ ħamiem tat-tiġrija ’il barra mill-barumabara għal 21 jum.

Artikolu 9

1. La darba d-diagnożi tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata fit-tjur, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi madwar ir-razzett infettat, żona ta’ protezzjoni ibbażata fuq raġġ minimu ta’ tliet kilometri, hi nnifisha miżmuma f’żona ta’ sorveljanza bbażata fuq raġġ minimu ta’ 10 kilometri. L-istabbiliment taż-żona għandu jieħu kont tal-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżotjoloġiċi li jirrigwardaw il-marda Newcastle, u tal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ.

2. Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jinkludu:

(a) l-identifikazzjoni ta’ l-irziezet kollha li jkollhom tjur f’dik iż-żona;

(b) żjajjar perjodiċi lejn l-irziezet kollha li jkollhom tjur, eżami kliniku ta’ dawk it-tjur, inklużi, jekk meħtieġ, tal-ġbir ta’ kampjuni għal eżami laboratorju; għandu jinżamm reġistru ta’ żjajjar u s-sejbiet;

(ċ) iż-żamma tat-tjur kollha fil-kwartieri ta’ l-abitazzjoni tagħhom jew f’xi post ieħor fejn dawn jistgħu jiġu iżolati;

(d) l-użu ta’ mezzi xierqa ta’ diżinfettazzjoni fid-dħul u l-ħruġ tar-razzett;

(e) il-kontroll ta’ movimenti jew persuni li jqandlu t-tjur, karkassi tat-tjur u bajd u vetturi li jġorru t-tjur, karkassi u bajd fiż-żona; ġeneralment, trasport ta’ tjur għandu jkun ipprojbit, ħlief għal transitu fuq toroq ewlenija maġġuri jew bil-ferrovija;

(f) projbizzjoni fuq it-tneħħija ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis mir-razzett li fih ikunu miżmuma sa kemm l-awtorità kompetenti ma tkunx awtorizzat dak it-trasport;

(i) ta’ tjur għal qatla immedjata lejn biċċerija preferibbilment li tinsab fiż-żona infettata jew, jekk dak ma jkunx possibbli, lejn biċċerija, imsemmija mill-awtorità kompetenti, ’il barra miż-żona infettata. Il-marka speċjali tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 91/494/KEE [8] għandha tkun applikata fuq dan il-laħam tat-tjur;

(ii) ta’ flieles ta’ jum wieħed jew għal għewietaq lejn razzett fiż-żona ta’ sorveljanza fejn ma jkunx hemm tjur oħra. B’danakollu, l-Istati Membri, li ma humiex f’qagħda li jkunu jistgħu jipprovdu trasport ta’ flieles ta’ jum jew għal għewietaq li sejrin jiftħu jbidu lejn razzett li jkun jinstab fiż-żona ta’ sorveljanza, għandhom ikunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, li jkollhom l-imsemmija flieles jew għewietaq ittrasportati lejn razzett ’il barra miż-żona ta’ sorveljanza. L-irziezet li hemm referenza għalihom hawn fuq għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 8(2);

(iii) ta’ bajd għat-tfaqqis lejn post tat-tfaqqis imsemmi mill-awtorità kompetenti; qabel ma jkunu mibgħuta, il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati.

Movimenti mħollija f’(i), (ii) u (iii) għandhom ikunu direttament esegwiti, taħt kontroll uffiċjali. Dawn għandhom ikunu awtorizzati biss wara li l-veterinarju uffiċjali jkun wettaq spezzjoni dwar is-saħħa tar-razzett. Il-mezzi tat-trasport użati għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati qabel u wara l-użu;

(g) projbizzjoni fuq it-tneħħija jew it-tixrid ta’ ħmieġ jew demel tat-tjur mingħajr awtorizzazzjoni;

(h) il-projbizzjoni ta’ fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra ta’ tjur u għasafar oħra.

3. Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ protezzjoni għandhom jinżammu għal mill-anqas 21 jum wara li titwettaq l-operazzjoni tat-tindif u d-diżinfettazzjoni preliminari fuq ir-razzett infettat bi qbil ma’ l-Artikolu 11. Iż-żona ta’ protezzjoni għandha minn hemm ’il quddiem tkun tagħmel parti miż-żona ta’ sorveljanza.

4. Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jinkludu:

(a) l-identifikazzjoni ta’ l-irziezet kollha li jkollhom tjur f’dik iż-żona;

(b) il-kontroll ta’ moviment ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis fiż-żona;

(ċ) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ tjur ’il barra miż-żona matul l-ewwel 15 il-jum, ħlief għal moviment direttament lejn biċċerija ’l barra miż-żona ta’ sorveljanza msemmija mill-awtorità kompetenti. Il-marka speċjali tas-saħħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 5 ta’ Direttiva 91/494/KEE għandha tkun applikata fuq dan il-laħam tat-tjur;

(d) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ bajd tat-tfaqqis ’il barra miż-żona ta’ sorveljanza sakemm jekk mhux lejn post tat-tfaqqis imsemmi mill-awtorità kompetenti. Qabel ma jkunu mibgħuta, il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati;

(e) projbizzjoni fuq il-moviment ta’ skart użat jew demel tat-tjur ’il barra miż-żona;

(f) il-projbizzjoni ta’ fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra ta’ tjur u għasafar oħra;

(g) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ (a) u (b), il-projbizzjoni ta’ trasport ta’ tjur ħlief għal transitu fuq toroq ewlenija maġġuri jew bil-ferrovija.

5. Il-miżuri applikati fiż-żona ta’ sorveljanza għandhom jinżammu mill-anqas għal 30 jum wara li titwettaq l-operazzjoni preliminari ta’ tindif u diżinfettar fuq ir-razzett infettat bi qbil ma’ l-Artikolu 11.

6. Meta ż-żoni jkunu jinstabu f’terrirorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fit-twaqqif taż-żoni deskritti fil-paragrafu 1. B’danakollu, jekk meħtieġ, iż-żona ta’ protezzjoni u ż-żona ta’ sorveljanza għandhom ikunu stabbiliti bil-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25.

7. Meta l-inkjesta epiżotoloġika li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 7 tikkonferma li l-iskoppjar ikun minħabba infezzjoni meta ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ tixrid laterali, id-daqs u d-dewmien taż-żoni ta’ protezzjoni jistgħu jkunu mnaqqsa skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) l-awtorità kompetenti tiddetermina l-arranġamenti li jħalluhom jintraċċaw il-moviment ta’ bajd, tjur u għasafar miżmuma fil-kattività;

(b) is-sid jew dak li jieħu ħsieb it-tjur u/jew ħamiem tat-tiġrija u/jew għasafar miżmuma fil-kattività jkun meħtieġ li jforni lill-awtorità kompetenti, b’reazzjoni ta’ xi talba minn dik l-awtorità, b’informazzjoni li tikkonċerna t-tjur u l-bajd li jidħlu jew iħallu r-razzett, kif ukoll xi informazzjoni rigward it-tiġrijiet jew wirjiet li fihom il-ħamiem tat-tiġrija jkunu ħadu sehem;

(ċ) il-persuni kollha ngaġġati fit-trasport jew kummerċ tat-tjur, bajd, tiġrijiet, ħamiem u għasafar miżmuma fil-kattività jkunu jistgħu jfornu lill-awtorità kompetenti b’informazzjoni li tikkonċerna l-moviment ta’ tjur, bajd, ħamiem tat-tiġrija u għasafar miżmuma fil-kattività li huma jkunu ttrasportaw jew innegozjaw u li jforni d-dettalji kollha li jikkonċernaw dik l-informazzjoni.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) id-diżinfettanti li għandhom ikunu użati u l-konċentrazzjoni tagħhom ikunu uffiċjalment approvati mill-awtorità kompetenti;

(b) l-operazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettazzjoni jkunu mwettqa taħt is-superviżjoni uffiċjali, bi qbil ma’:

(i) istruzzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali;

(ii) il-proċedura għat-tindif u d-diżinfettar tar-razzett infettat, kif ipprovdut fl-Anness II.

Artikolu 12

Il-ġbir ta’ kampjuni u ttestjar fil-laboratorju għas-sejba tal-preżenza tal-virus tal-marda Newcastle għandhom jitwettqu bi qbil ma’ l-Anness III.

Artikolu 13

Stati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex persuni stabbiliti fil-protezzjoni u sorveljanza taż-żoni jkunu infurmati bir-restrizzjonijiet eżistenti u li jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri f’dak il-każ.

Artikolu 14

1. Stati Membri għandhom jassiguraw li, f’kull Stat Membru jkun hemm imsemmi:

(a) laboratorju nazzjonali li fih faċilitajiet u persuni esperti jkunu miżmuma biex jippermettu li jsiru t-tipi ta’ antiġeniċi u bioloġiċi sħaħ tal-virus tal-marda Newcastle f’kull żmien u biex jikkonfermaw riżultati miksuba minn laboratorji dianjostiċi reġjonali;

(b) laboratorju nazzjonali li fih ir-reaġenti għall-użu fil-laboratorju reġjonali jkunu ttestjati;

(ċ) istitut jew laboratorju nazzjonali li fih il-vaċċini kollha mħollija għal użu profilattiku fil-pajjiż jew għal ħażniet ta’ użu ta’ emerġenza jkunu jistgħu jiġu ttestjati għall-effikaċja, qawwa u purità.

2. Il-laboratorji nazzjonali mniżżla fl-Anness IV għandhom ikunu responsabbli għal koordinament ta’ normi u metodi ta’ dianjożi, użu ta’ reaġenti u ttestjar ta’ vaċċini.

3. Il-laboratorji nazzjonali mniżżla fl-Anness IV għandhom ikunu responsabbli għal koordinament tan-normi u l-metodi ta’ dianjożi pprovduti għal kull laboratorju dianjostiku tal-marda Newcastle fl-Istati Membri. Għal dan il-għan:

(a) huma jistgħu jipprovdu reaġenti dianjostiċi lill-laboratorji nazzjonali;

(b) għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti dianjostiċi kollha użati f’dak l-Istat Membru;

(ċ) għandhom perjodikament jirranġaw għal testijiet kumparattivi;

(d) għandhom iżommu iżolazzjonijiet tal-virus tal-marda Newcastle minn każijiet ikkonfermati f’dak l-Istat Membru;

(e) għandhom jassiguraw il-konfermazzjoni ta’ riżultati pożittivi miksuba fl-laboratorji dianjostiċi reġjonali.

4. Il-laboratorji nazzjonali mniżżla fl-Anness IV għandhom jikkoordinaw mal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità li hemm referenza għalih fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal marda Newcastle huwa msemmi fl-Anness V. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE [9], u partikolarment l-Artikolu 29 tagħha, il-poteri u d-doveri tal-laboratorju għandhom ikunu dawk li jidhru fl-imsemmi Anness.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) tilqim kontra l-marda Newcastle b’vaċċini awtorizzati mill-awtorità kompetenti jistgħu jkunu użati għal skop profilattiku jew biex jissuplimentaw il-miżuri ta’ kontroll imwettqa meta tidher il-marda;

(b) l-uniċi vaċċini permessibli huma dawk li jkunu rċevew awtorizzazzjoni tas-suq mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih il-vaċċina tkun użata.

2. Aktar kriterja għall-użu ta’ vaċċini kontra l-marda Newcastle tista’ tkun stabbilita bi qbil mal-proċedurap pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 17

1. Stat Membru li fih il-tilqim profilattiku volontarju jew obbligatorju kontra l-marda Newcastle ikun imwettaq għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

2. L-informazzjoni mogħtija bi qbil mal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

- il-karatteristiċi u l-kompożizzjoni tal-vaċċina li sejra tiġi użata;

- il-proċeduri għas-superviżjoni tad-distribuzzjoni, ħażna u użu tal-vaċċini;

- l-ispeċi u l-kategoriji ta’ tjur li jistgħu jew li għandhom ikunu suġġetti għal tilqim;

- iż-żoni li fihom it-tilqima tista’ jew għandha tkun imwettqa;

- ir-raġunijiet il-għala it-tilqima tkun imwettqa.

3. Stati Membri jistgħu jipprovdu għat-twaqqif ta’ programm ta’ tilqim għal ħamiem tat-tiġrija. Meta dan ikun il-każ, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għal programm bħal dan, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-organizatturi tat-tlielaq u tal-wirjiet jieħdu l-passi meħtieġa sabiex ħamiem tat-tiġrija biss li jkun ingħata t-tilqim kontra l-marda Newcastle ikun jista’ jiddaħħal f’tiġrijiet jew wirjiet.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-kriterji li għandhom ikunu adotatti, u xi derogi li jistgħu jingħataw wara li ningħata każ ta’ l-istat tas-saħħa ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura provduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 18

1. Stati Membri għandhom jassiguraw li, meta l-marda Newcastle tkun ġiet ikkonfermata, l-awtorità kompetenti, sabiex tissupplimenta l-miżuri l-oħra ta’ kontroll li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament, tkun tista’ tispeċifika żona territorjali u perjodu li fih it-tilqima f’waqtha u sistematika (tilqim ta’ emerġenza) ta’ speċi partikolari ta’ tjur għandha titwettaq permezz ta’ kontroll uffiċjali. Stat Membru li japplika t-tilqima ta’ emerġenza għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-kumitat permanenti veterinarju, stabbilit fid-Deċiżjoni 68/361/KEE [10], dwar is-sitwazzjoni tal-marda Newcastle u l-programm ta’ tilqim ta’ emerġenza.

2. Fil-każ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, it-tilqim jew it-tilqim mill-ġdid ta’ tjur fir-razzett li jkun suġġett għar-restrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 huwa pprojbit.

3. Fil-każ li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1:

(a) l-ispeċi partikolari ta’ tjur għandhom jingħataw it-tilqim malajr kemm jista’ jkun possibbli;

(b) it-tjur kollha ta’ l-ispeċi partikolari mwielda fuq jew ittrasferiti lejn ir-razzett ’il ġewwa fiż-żona tat-tilqim għandhom ikunu jew riedu jkunu mlaqqma;

(ċ) matul l-operazzjoni ta’ tilqim li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, it-tjur ta’ l-ispeċi partikolari kollha miżmuma fl-irziezet ġewwa ż-żona tat-tilqim għandhom jibqgħu hemmhekk ħlief għal:

- flieles ta’ jum meħuda ’il ġewwa lejn razzett fiż-żona tat-tilqim fejn dawn għandhom jingħataw it-tilqim;

- tjur meħuda direttament lejn biċċerija għal qatla immedjata. Jekk il-biċċerija tkun tinstab ’il barra miż-żona tat-tilqim il-moviment ta’ tjur għandu jkun permessibbli biss wara li l-veterinarju uffiċjali jkun wettaq spezzjoni dwar is-saħħa fuq ir-razzett;

(d) meta l-operazzjonijiet ta’ tilqim li hemm provvediment dwarhom f’(a) jkunu ntemmu, movimenti ’il barra miż-żona tat-tilqim jistgħu jkunu awtorizzati għal:

- flieles ta’ jum intenzjonati għal produzzjoni tal-laħam jistgħu jkunu mċaqilqa lejn razzett fejn dawn għandhom jingħataw it-tilqim; ir-razzett f’dak il-każ għandu jinżamm taħt sorveljanza sakemm it-tjur li jkunu ttieħdu jkunu nqatlu;

- tjur li jkunu ngħataw it-tilqim aktar minn 21 jum qabel u intenzjonati għal qatla immedjata;

- bajd tat-tfaqqis li joriġina minn tjur tat-tnissil li kienu ngħataw it-tilqim mill-anqas 21 qabel; il-bajd u l-kaxxi tagħhom għandhom ikunu ddiżinfettati qabel il-moviment.

4. Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’(b) u (d) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu applikati għal perjodu ta’ tliet xhur wara t-tmiem ta’ l-operazzjonijiet tat-tilqim li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1; dawn jistgħu jkunu mtawla għal perjodi addizzjonali wieħed jew aktar ta’ tliet xhur il-wieħed.

5. Bħala deroga minn (a) u (b) tal-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw ċerti merħliet ta’ valur xjentifiku partikolari minn tilqim sistematiku, sakemm il-passi kollha meħtieġa jittieħdu mill-awtorità kompetenti biex jassiguraw protezzjoni tas-saħħa tagħhom u li jkunu suġġetti għal verifiki seroloġiċi perjodiċi.

6. Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-marda u jekk meħtieġ tista’, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tieħu deċiżjoni partikolarment f’dak li jirrigwarda l-moviment u t-tilqim.

Artikolu 19

1. Meta ħamiem tal-messaġġi jew għasafar li jinżammu fil-kattività jkunu ssuspettati li huma infettati mill-marda Newcastle, Stati Membri għandhom jassiguraw li l-veterinarju uffiċjali minnufih jibda investigazzjoni uffiċjali biex jikkonferma jew jinnotifika l-preżenza tal-marda; partikolarment, hu għandu jieħu kampjuni adegwati għal eżami fil-laboratorju jew biex jara li dawn jittieħdu.

2. Malli tkun ġiet innotifikata bis-suspett, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed ir-razzett jew il-barumbara taħt sorveljanza uffiċjali u tordna li l-ebda ħamiema jew għasfur miżmum fil-kattività, u xejn li aktarx jittrasmetti l-marda Newcastle, ma jkun jista’ jħalli l-barumbara jew ir-razzett.

3. Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu mneħħija sakemm is-suspett tal-marda Newcastle jkun ġie eliminat mill-veterinarju uffiċjali.

4. Malli l-preżenza tal-marda Newcastle tkun ġiet uffiċjalment ikkonfermata, l-awtorità kompetenti għandha, inter alia, tordna:

(a) l-applikazzjoni tal-kontroll u l-miżuri ta’ eradikazzjoni li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5(1)(a), (b), (ċ) u (f) fuq il-ħamiem tal-messaġġi jew għasafar miżmuma fil-kattività u l-barumbari infettati bil-marda Newcastle; jew

(b) mill-anqas

(i) projbizzjoni fuq il-movimenti tal-ħamiem jew għasafar miżmuma fil-kattività ’l barra mill-barumbara jew razzett għal mill-anqas 60 jum wara li s-sinjali kliniċi tal-marda Newcastle ikunu sparixxew;

(ii) id-distruzzjoni jew trattament ta’ xi materjal jew skart li aktarx ikun ikkontaminat. Trattament għandu jiggarantixxi l-qerda ta’ xi virus tal-marda Newcastle li jkun preżenti u l-iskart kollu li jkun akkumula matul il-perjodu ta’ 60 jum li hemm referenza dwaru f’(i);

(ċ) inkjesta epiżootoloġika bi qbil ma’ l-Artikolu 7.

5. Sal-limitu li huma meħtieġ għal applikazzjoni xieraq tad-disposizzjonijiet ipprovduti f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, fil-Kumitat Permanenti Veterinarju, informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta’ kontroll applikati bi qbil mal-mudell li jidher fl-Anness VI.

Artikolu 20

1. L-użu ta’ swill li joriġina minn mezzi ta’ trasport internazzjonali, bħalma huma bastimenti, vetturi ta’ l-art jew inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun ipprojbit bħala għalf għat-tjur; swill bħal dan għandu jkun miġbur u meqrud taħt superviżjoni uffiċjali.

2. L-użu ta’ swill apparti minn dak iddefinit fil-paragrafu 1, jew fdalijiet ta’ tjur, jista’ jkun awtorizzat bħala għalf tat-tjur biss wara trattament bis-sħana f’faċilitajiet xierqa biex jassiguraw li l-mard ma jkunx trasmess u li l-virus tal-marda Newcastle ikunu meqrud.

3. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25, tistabblixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2.

Artikolu 21

1. Kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontinġenza, jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom ikunu implimentati fil-każ li tfaqqa’ l-marda Newcastle.

Dan il-pjan għandu jippermetti aċċess għal faċilitajiet, tagħmir, impjegati u l-materjali l-oħra kollha meħtieġa għal eradikazzjoni rapida u effiċjenti tal-mard. Għandu jagħti indikazzjoni preċiża tal-ħtiġiet ta’ tilqima li kull Stat Membru jħoss li tkun meħtieġa għal tilqim ta’ emerġenza.

2. Il-kriterja li għandha tkun applikata għat-tħejjija tal-pjan hija provduta fl-Anness VII.

3. Pjanijiet imħejjija bi qbil mal-kriterja mniżżla fl-Anness VII għandhom ikunu ssottomessi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara li din id-Direttiva tkun bdiet tiġi applikata.

4. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet sabiex tiddetermina jekk dawn jippermettux l-oġġettiv mixtieqli jkun milħuq u għandha tissuġġerixxi lill-Istat Membru kkonċernat xi emendi meħtieġa partikolarment biex jassiguraw li dawn ikunu kompatibbli ma’ dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjanijiet, jekk meħtieġ emendati, bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Il-pjanijiet jistgħu sussegwentament ikunu emendati jew issupplimentati, bi qbil ma’ l-istess proċedura, biex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-sitwazzjoni.

Artikolu 22

Esperti tal-Kummissjoni jistgħu, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti, u sakemm ikun meħtieġ biex jassiguraw applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, li jagħmlu verifiki fuq il-post. Sabiex iseħħ dan, huma jistgħu jagħmlu verifika fuq perċentwal rappreżentattiv ta’ stabbilimenti biex jaraw jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux jivverifikaw li dawn l-istabbilimenti jkunux iwettqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membru bir-riżultati tal-verifiki mwettqa.

Stat Membru li fit-territorju tiegħu verifika tkun qiegħda tiġi mwettqa għandu jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa lill-esperti fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

Id-disposizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25.

Artikolu 23

Il-kondizzjonijiet dettaljati li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-miżuri konnessi ma’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva huma pprovduti fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Artikolu 24

L-Annessi għandhom ikunu emendati, kif u meta meħtieġ, mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, partikolarment sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi fir-riċerka u fi proċeduri dianjostiċi.

Artikolu 25

1. Meta l-proċedura pprovduta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-Kumitat Permanenti Veterinarju, stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", għandu jkun infurmat mingħajr dewmien mill-President tiegħu, jew bl-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lil Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fi żmien limitat li l-president jista’ jesiġi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif imniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjoinijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta dwar il-proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jingħataw importanza partikolari skond kif imniżżel f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, bla ebda dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, meta jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie rriferut lejn il-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu ma aġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, ħlief meta l-Kunsill tkun iddeċieda b’maġġoranza sempliċi kontra dawn il-miżuri.

Artikolu 26

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Ottubru 1993. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu pprovduti mill-Istati Membri.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fir-razzett irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gummer

[1] ĠU C 146, tal-5.6.1991, p. 12.

[2] ĠU C 280, tat-28.10.1991, p. 174.

[3] ĠU C 339, tal-31.12.1991, p. 14.

[4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19; kif emendat b’Deċiżjoni 91/133/KEE (ĠU L 66, tat-13.3.1991, p. 18).

[5] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6 kif l-aħħar emendat b’Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

[6] Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettiq tas-suq intern (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29); kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

[7] Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1989 dwar problemi ta’ iġjene u saħħa li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti mill-bajd (ĠU L 272, tat-22.7.1989, p. 87); kif emendata bid-Direttiva 89/662/KEE (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13).

[8] Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitarju fil-, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk tat-tjur (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35).

[9] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[10] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

AWTORIZZAZZJONI BIEX JITNEĦĦEW BAJD MINN IRZIEZET SUĠĠETTI GĦALL-KONDIZZJONIJIET TA’ L-ARTIKOLU 4(2)(e) TA’ DIN ID-DIRETTIVA

L-awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti biex ikunu ttrasportati bajd minn razzett issuspettat li jkun suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2)(e) lejn stabbiliment approvat għal manifattura u l-proċessar ta’ prodotti tal-bajd bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 89/437/KEE, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-istabbiliment innominat, għandha tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. sabiex ikunu mħollija li jitneħħew minn intrapriża ssuspettata, il-bajd għandu:

(a) ikun konformi mal-ħtiġiet ipprovduti fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness tad-Direttiva 89/437/KEE;

(b) ikunu mibgħuta direttament mill-intrapriża ssuspettata lejn l-intrapriża msemmija; kull konsenja għandha tkun issiġillata qabel it-tluq mill-veterinarju uffiċjali tar-razzett issuspettat u għandhom jibqgħu ssiġillati matul it-trasport lejn l-intrapriża msemmija;

2. il-veterinarju uffiċjali ta’ l-intrapriża ssuspettata għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-istabbiliment innominat bl-intenzjoni tiegħu li jibgħat il-bajd lilha;

3. l-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment innominat għandha tassigura li:

(a) il-bajd li hemm referenza għalih f’1 (b) ikun jinżamm iżolat minn bajd ieħor mill-waqt tal-wasla tiegħu sakemm ikun ipproċessat;

(b) il-qxur ta’ dak il-bajd għandu jkun meqjus bħala materjal ta’ riskju kbir, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/667/KEE [1] u għandu jkun ittrattat skond il-ħtiġiet ta’ Kapitolu II ta’ dik id-Direttiva;

(ċ) il-materjal ta’ l-ippakjar, il-vetturi użati biex ikun ittrasportat il-bajd li hemm referenza għalih f’1 (b) u l-bini kollu li fih il-bajd ikun ġie f’kuntatt, ikunu mnaddfa u ddiżinfettati b’tali mod li jinqered il-virus kollu tal-marda Newcastle;

(d) il-veterinarju uffiċjali tar-razzett issuspettat għandu jkun infurmat bil-konsenji kollha ta’ bajd ipproċessat.

[1] Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 li tipprovdi r-regoli veterinarji għat-tneħħija u l-ipproċessar ta’ skart ta’ l-annimali, biex jitqiegħed fuq is-suq u għal prevenzjoni ta’ patoġeni f’materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini mill-annimali jew mil-ħut u temenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51).

--------------------------------------------------

ANNESS II

PROĊEDURA GĦAT-TINDIF U D-DIŻINFETTAR TA’ RAZZETT INFETTAT

I. Tindif u diżinfettar preliminari

(a) Malli l-karkassi tat-tjur ikunu ġew imneħħija għar-rimi, dawk il-partijiet tal-bini li fihom it-tjur kienu jinżammu u xi partijiet ta’ bini ieħor, btieħi, eċċ., ikkontaminati matul il-qatla jew eżami ta’ wara l-qatla għandhom ikunu sprejjati b’diżinfettanti approvati għall-użu bi qbil ma’ l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.

(b) Xi bċejjeċ ta’ tjur jew bajd li setgħu ikkontaminaw il-bini, btieħi, għodod, eċċ., għandhom ikunu miġbura bil-għaqal u mormija mal-karkassi.

(ċ) Id-diżinfettant użat għandu jibqa’ fuq il-wiċċ għal mill-anqas 24 siegħa.

II. Tindif u diżinfettar finali

(a) Xaħmijiet u ħmieġ għandhom ikunu mneħħija mill-uċuħ kollha bl-applikazzjoni ta’ aġent li jaqla’ l-grass u maħsula bl-ilma.

(b) Wara l-ħasil bl-ilma kif deskritt f’(a), aktar sprejjar b’diżinfettant għandu jkun applikat.

(ċ) Wara sebat ijiem il-bini għandu jkun ittrattat b’aġent li jaqla’ l-grass, imlaħlaħ b’ilma kiesaħ, sprejjat b’diżinfettent u mlaħlaħ għal darb’oħra b’ilma.

(d) Ħliem użat u demel għandhom ikunu ttrattati b’metodu li jkun jista’ joqtol il-virus. Dan il-metodu għandu jinkludi mill-anqas waħda minn dawn il-prattiċi segwenti:

(i) inċinerazzjoni jew trattament bi fwar f’temperatura ta’ 70 °C;

(ii) irdim ’l isfel biż-żejjed hekk li ma jħallix aċċess minn ġrieden u għasafar slavaġġ;

(iii) stivar u tixrib (jekk meħtieġ biex tkun iffaċilitata l-fermentazzjoni), mgħotti sabiex is-sħana tinżamm f’temperatura ta’ 20 °C tkun milħuqha u mħolli mgħotti għal 42 jum hekk li ma jkunx jista’ jkun hemm aċċess minn ġrieden jew għasafar slavaġġ.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURI DIAGNOSTIĊI GĦALL-KONFERMAZZJONI U DIANJOŻI DIFFERENZJALI TAL-MARDA NEWCASTLE

Il-proċeduri segwenti għall-iżolament u karatterizzazzjoni tal-virus tal-marda Newcastle għandhom ikunu meqjusa bħala linji ta’ gwida u l-mimima li għandha tkun applikata għad-dianjożi tal-marda.

Il-virus responsabbli għal marda Newcastle huwa l-virus prototipa tal-Paramyxoviridae. Preżentament, hemm disa’ gruppi seroloġikament distingwibbli tal-Paramyxoviruses Avjani, li ġew enumerati bħala PMV-1 sa PMV-9. Il-virus kollu tal-marda Newcastle huwa mqiegħed fil-grupp PMV-1. Għall-iskopijiet tal-proċeduri dianjostiċi għall-komferma u dianjożi differenzjali tal-marda Newcastle, id-definizzjonijiet segwenti għandhom ikunu applikabbli:

"Marda Newcastle" tfisser infezzjoni ta’ tjur maħluqa minn xi strain avjana ta’ paramyxovirus 1 b’intracerebral pathogenicity index (ICPI)) fi flieles ta’ jum ta’ aktar minn 0,7.

KAPITOLU 1 Teħid ta’ kampjuni u trattament ta’ kampjuni

1. Kampjuni

Swabs kloakali (jew feċi) u swabs trakeali minn għasafar morda; feċi jew kontenut intestinali, tessut mill-moħħ, trakea, pulmuni, fwied, mudullun u organi oħra ovvjament infettati minn għasafar riċentament mejta.

2. Trattament ta’ kampjuni

L-organi u t-tessut imniżżla fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu raggruppati, imma trattament isseparat tal-materjal fekali huwa essenzjali. Swabs għandhom jitqiegħdu f’medja antibiotika suffiċjenti biex tassigura immersjoni kompluta. Kampjuni ta’ feċi u organi għandhom ikunu omoġenizzati (fi blender magħluq jew bl-użu tal-lida u l-mehrież u ramel sterili) f’medja antibiotika u magħmul minn sospensjonijiet ta’ 10-20 % u fil-medja. Is-sospensjonijiet għandhom jitħallew għal xi sagħtejn f’temperatura ambjentali (jew perjodi itwal ta 4 °C) u mbagħad ikkjarifikati b’ċentrifugazzjoni (e. ż. 800 sa 1000 g għal 10 minuti).

3. Medja antibiotika

Laboratorju differenti kienu użaw formulazzjonijiet varji ta’ medja antibiotika b’suċċess u laboratorji li hemm referenza għalihom fl-Anness II għandhom ikunu jistgħu joffru pariri għal pajjiż partikolari. Konċentrazzjonijiet għolja ta’ antibiotiċi huma meħtieġa għal kampjuni minn feċi u taħlita tipika hija: 10000 unitajiet/ml penicillin, 10 mg/ml streptomycin, 0,25 mg/ml gentamycin u 5000units/ml mycostatin f’phosphate buffered saline (PBS). Dawn il-livelli jistgħu jitnaqqsu għal wieħed minn ħamsa għal biċċiet u swabs trakeali. Għall-kontrol ta’ organiżmi Chlamydia, 50 mg/ml oxytetracycline tista’ tkun miżjuda. Huwa imperattiv meta ssir il-medja li l-pH ikun ivverifikat wara ż-żieda ta’ l-antibiotiċi u ri-aġġustat għal pH 7,0-7,4.

KAPITOLU 2 Iżolament tal-virus

Iżolament tal-virus f’bajd ta’ tjur li jkun fih l-embrijuni tal-fellus

Likwidu supernatenti kkjarifikat għandju jkun injettat f’ammonti ta’ 0,1-0,2 ml fil-kavità allantjoka ta’ kull wieħed minn minimu ta’ bajd tat-tjur li jkun bl-embrijuni tal-fellus li jkun ġie inkubat għal 8 sa 10 ġranet. Idealment, dawn il-bajd għandhom ikunu miksuba minn merħla speċifika ħielsa minn patoġeni, imma meta dan ma jkunx prattikabbli huwa aċċettabli li jkun użat bajd minn merħliet murija li huma ħielsa mill-antikorpi tal-virus tal-marda Newcastle. Il-bajd injettat huwa miżmum fi 37 °C u mdawrin kuljum. Bajd b’embrijoni mejta jew li qegħdin imutu skond kif ikun il-każ, u l-bajd kollu li jkun baqa’ sitt ijiem wara t-tilqima għandhom ikunu mkessħa għal 4 °C u l-fluwidi allantjoku-amniotiku ttestjati għal attività ta’ emagglutinazzjoni. Jekk l-ebda emagglutinazzjoni ma tkun innutata, il-proċedura ta’ hawn fuq tkun irrepetuta bl-użu ta’ fluwidu mhux imħallat allantjoku-amniotiku bħala l-materjal tat-tilqima.

Meta emagglutinazzjoni tkun innutata l-preżenza ta’ bakterja għandha tkun eskluża mill-kultura. Jekk bakterja tkun preżenti l-fluwidi jistgħu jkunu mgħoddija minn filtru ta’ membrana 450 nm, aktar antibiotiċi miżduda u injettati fil-bajd bl-embrijuni bħalma hu spejagat hawn fuq.

KAPITOLU 3 Dianjożi differenzjali

1. Differenzjazzjoni preliminari

Huwa intenzjonat li l-virus kollha emagglutinazzjonati għandhom ikunu ssottomessi lill-laboratorju nazzjonali li hemm referenza għalih fl-Anness II għal identifikazzjoni sħiħa, karatterizzazzjoni u testijiet ta’ patoġeniċità. B’dana kollu, huwa importanti li miżuri temporanji ta’ kontroll għal marda Newcastle li jkollhom il-għan li jillimitaw it-tixrid tal-virus għandhom ikunu implimentati malajr kemm jista’ jkun u laboratorji reġjonali għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw il-preżenza tal-virus tal-marda Newcastle. Il-fluwidi ta’ l-emagglutinazzjoni għandhom, għalhekk, ikunu użati f’test ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni kif deskritt fil-Kapitoli 5 u 6. Inibizzjoni pożittiva i.e. 24, jew aktar, bil-virus speċifiku tal-marda Newcastle ta’ polyclonal antiserum ta’ titre magħruf li jkun mill-anqas 29 għandu jservi bħala identifikazzjoni preliminari biex jiffaċilita l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll temporanju.

2. Identifikazzjoni konformatorja

Il-laboratorju nazzjonali għandu jagħmel dianjożi differenzjali ta’ kull aġent ta’ emagglutinazzjoni. Konferma tal-virus tal-marda Newcastle ikun għal darb’oħra b’inibizzjoni f’testijiet ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni b’antisera monospeċifika tal-flieles. Testijiet ta’ indiċi intraċerebrali ta’ patoġeniċità kif deskritti fil-Kapitolu 7 għandhom jitwettqu fuq l-iżolati pożittivi kollha. Indiċi ta’ patoġeniċità ta’ aktar minn 0,7 jindikaw il-preżenza ta’ virus li jkunu jeħtieġu implimentazzjoni sħiħa ta’ miżuri ta’ kontroll.

Żviluppi riċenti fit-tipi tal-virus tal-marda Newcastle, partikolarment teknika ta’ antikorp monoklonali, iffaċilitaw ir-raggruppament ta’ tipi u iżolati. Partikolarment, ċerti antikorpi monoklonali huwa disponibbli li huma speċifiċi għat-tipi vaċċinali użati fit-territorju tal-Komunità u jistgħu jkunu użati f’testijiet sempliċi ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali.

Ladarba tipi ħajjin ta’ vaċċina jistgħu ta’ spiss ikunu iżolati minn kampjunar ta’ tjur il-vantaġġ ta’ l-identifikazzjoni mħaffa fil-laboratorju nazzjonali li hemm referenza dwaru fl-Anness II hija ovvja. Antikorpi monoklonali bħal dawn għandhom jinkisbu minn laboratorju ta’ referenza tal-Komunità kif hemm referenza dwar dan fl-Artikolu 14 u fornut lill-laboratorji nazzjonali ħalli tkun tista’ ssir il-konferma ta’ l-iżolament tal-virus vaċċinali.

Il-laboratorji nazzjonali għandhom jissottomettu l-aġenti kollha emagglutinazzjonali lill-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità.

3. Aktar tipi u karatterizzazzjoni ta’ iżolati

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għandu jirċievi il-virus emagglutinazzjonali kollha mill-laboratorji nazzjonali għal aktar studji antiġeniċi u ġenetiċi biex ikun jista’ jsir aktar apprezzament ta’ l-epiżotoloġija tal-mard(a) fil-Komunità billi tinżamm mal-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju ta’ referenza.

KAPITOLU 4 Testijiet imħaffa għas-sejbien tal-virus u ta’ l-antikorpi tal-marda Newcastle

Testijiet imħaffa għas-sejbien tal-virus tal-marda Newcastle u testijiet imħaffa ta’ antikorpi għas-sejbien tal-virus tal-marda Newcastle f’għasafar imlaqqma u s-sejbien ta’ antikorpi f’għasafar mhux imlaqqma huwa spejagati hawn taħt:

1. Sejbien tal-virus tal-marda Newcastle

Diversi testijiet imħaffa li direttament isibu l-antiġeni tal-marda Newcastle kienu ġew użati fid-dianjożi ta’ infezzjonijiet f’għasafar imlaqqma. Dawk l-aktar użati sal-lum huma testijiet ta’ antikorpi floressenti fuq sezzjonijiet lonġitudinali tat-trakea u testijiet ta’ antikorp tal-peroxidase tal-moħħ. Jidher li ma hemm l-ebda raġuni biex ikun hemm dubju li testijiet diretti oħra ta’ sejbien ta’ antiġeni jistgħu jkunu applikati f’infezzjonijiet bil-virus tal-marda Newcastle.

L-iżvantaġġ ta’ testijiet bħal dawn huwa li jkun imprattikabbli li jkunu eżaminati s-siti potenzjali tar-replika tal-virus tal-marda Newcastle f’għasafar imlaqqma. Sabiex, per eżempju, in-nuqqas ta’ evidenza ta’ virus fit-trakea ma jkunx jipprekludi ripetizzjoni tal-virus fl-imsaren. L-ebda metodu dirett ta’ sejbien ma jkun irrakkomandat għal użu ta’ rutina fid-dianjożi tal-marda Newcastle, għalkemm f’ċirkustanzi speċifiċi testijiet bħal dawn jistgħu jkollhom rwol ta’ utilità.

2. Sejbien ta’ antikorpi b’għasafar mhux imlaqqma

Il-maġġoranza ta’ laboratorji involuti fid-dianjożi tal-marda Newcastle huma familjari mat-test ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali u r-rakkomandazzjoni deskritta hawn taħt tirrigwarda dan it-test għal kejl ta’ antikorpi tal-virus. B’danakollu, enzyme-linked immunosorbent assays (Elisa) jistgħu jkunu użati b’suċċess fis-sejbien ta’ antikorpi tal-virus. Huwa ssuġġerit li jekk ikun hemm ix-xewqa li jkun użat it-test Elisa fl-livell ta’ laboratorju reġjonali, it-test għandu jkun issorveljat mill-laboratorju nazzjonali li hemm refernenza għalih fl-Anness II.

(a) Kampjuni

Kampjuni tad-demm għandhom jittieħdu mill-għasafar kollha jekk id-daqs tal-merħla jkun anqas minn 20 u minn 20 għasfur minn merħliet akbar (dan jagħti probabbilità ta’ 99 % tas-sejba ta’ mill-anqas serum pożittiv wieħed jekk 25 % jew aktar tal-merħla tkun pożittiva, indipendentament mid-daqs tal-merħla). Id-demm għandu jitħalla li jagħqad u s-serum ikun imneħħi għat-testijiet.

(b) Eżami għal antikorpi

Kampjunu individwali ta’ serum għandhom ikunu ttestjati għall-abbilità tagħhom biex iżommu l-emagglutinazzjoni ta’ l-antiġenu tal-marda Newcastle f’testijiet normali ta’ inibizzjoni ta’ l-emagglutinazzjoni kif iddefiniti fil-Kapitolu 6.

Hemm xi ftit tad-dibattitu dwar jekk 4 jew 8 unitijaiet ta’ haemagglutinin għandhomx ikunu użati fit-test HI. Jidher li x’aktarx kull waħda minn dawn hija valida u l-għażla għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-laboratorji nazzjonali. B’dana kollu, l-antiġenu użat għandu jaffettwa l-livell li fih serum ikun meqjus pożittiv: għal 4 HAU serum pożittiv huwa kull wieħed minn titre ta’ 24 jew aktar u għal 8 HAU serum pożittiv huwa kull wieħed li juri 23 jew aktar.

KAPITOLU 5 Reaġenti ta’ testijiet ta’ Emagglutinazzjoni (HA)

1. Isotonic saline buffered with phosphate (PBS) (0,05 M) sa pH 7,0-7,4.

2. Ċelloli ħomor tad-demm (RBC) meħuda u miġbura minn minimu ta’ tliet flieles ħielsa minn patoġeni speċifiċi (jekk ma jkunx disponibbli d-demm jista’ jittieħed minn għasafar li jkunu regolarment issorveljati u juru li huma ħielsa minn antikorpi NVD) f’volum egwali ta’ soluzzjoni Alsever. Ċelloli jistgħu jkunu maħsula tliet darbiet f’PBS qabel l-użu. Għal test sospenzjoni ta’ 1 % (ċellola ppakjata v/v) fil-PBS hija rrakkomandata.

3. Silta NDV Ulster 2C hija rrakkomandata għal użu bħala antiġenu normali.

Proċedura

(a) Xerred 0,025 ml PBS f’kull wieħed mill-vażetti ta’ planċa plastika mikrotitrika (vażetti bil-qiegħ f’għamla "V" għandhom ikunu użati).

(b) Qiegħed 0,025 ml tas-sospenzjoni tal-virus (i.e. likwidu allantojku) fl-ewwel vażett.

(ċ) Uża dilatur ta’ mikrotitrazzjoni biex tagħmel dilwizzjoni fi tnejn (1:2 sa 1:4096) ta’ virus matul il-pjanċa.

(d) Xerred għal darb oħra 0,025 ml ta’ PBS f’kull vażett.

(e) Żid 0,025 ml ta’ 1 % ċelloli ħomor tad-demm ma’ kull vażett.

(f) Ħallat billi ttektek bil-ħlewwa u qiegħed f’4 °C.

(g) Pjanċi huma lesti 30 – 40 minuta aktar tard meta l-kontrolli jkunu qagħdu. Il-qari jsir billi l-pjanċa tkun imxaqilba u tkun osservata l-preżenza jew in-nuqqas ta’ taqtir f’għamla ta’ demgħa ta’ r-RBC. Vażetti mingħajr ebda HA għandhom iferrgħu bl-istess rata għal ċelloli ta’ kontroll mingħajr virus.

(h) It-titre HA hija l-għola dilwizzjoni li toħloq agglutinazzjoni ta’ r-RBC. Dik id-dilwizzjoni tista’ tkun meqjusa bħala li jkun fiha unità HA waħda (HAU). Għal metodu aktar eżatt għad-determinazzjoni tat-titre HA hija li jsiru testijiet HA fuq virus minn viċinanza fil-qrib ta’ dilwizzjonijiet inizjali, i.e. 1:3, 1:4, 1:5, 1:6, eċċ. Dan huwa rrakkommandat għal preparazzjoni eżatta ta’ antiġenu għal testijiet ta’ inibizzjoni emagglutinazzjonali (ara Kapitolu 6).

KAPITOLU 6 Reaġenti ta’ testijiet ta’ inibizzjoni ta’ emagglutinazzjoni (HI)

(ara Kapitolu 5)

(a) Phosphate buffered saline (PBS) - (Salmura fosfata mħallta)

(b) Fluwidu allantojku li jkun fih il-virus imħallat bi PBS biex ikun fih 4 jew 8 HAU kull 0,025 ml.

(ċ) 1 % RBC tat-tiġieġ.

(d) Kontroll negattiv tas-serum tat-tiġieġ.

(e) Kontroll posittiv ta’ serum.

Proċedura

(a) Xerred 0,025 ml PBS f’kull wieħed mil-vażetti ta’ planċa plastika mikrotitrika (vażetti bil-qiegħ f’għamla "V").

(b) Qiegħed 0,025 ml ta’ serum fl-ewwel vażett ta’ pjanċa.

(ċ) Uża dilwitur ta’ mikrotitrazzjoni biex tagħmel dilwizzjoni fi tnejn tas-serum matul il-pjanċa.

(d) Żid 0,025 ml ta’ fluwidu allantojku mħallat li jkun fih 4 jew 8 HAU.

(e) Ħallat billi ttektek u qiegħed il-pjanċa f’4 °C għal minimu ta’ 60 minuta jew f’temperatura tal-kamra għal minimu ta’ 30 minuta.

(f) Żid 0,025 ml ta’ 1 % RBC mal-vażetti kollha.

(g) Ħallat billi ttektek bil-ħlewwa u qiegħed f’ 4 °C.

(h) Pjanċi huma lesti 30 – 40 minuta aktar tard meta l-kontrolli RBC jkunu qagħdu. Dan isir bix-xaqlib u l-osservazzjoni tal-preżenza jew nuqqas ta’ tixrid f’għamla ta’ demgħa bl-istess rata bħall-vażetti ta’ kontroll li jkun fihom RBC (0,025 ml) u PBC (0,05 ml) biss.

(i) It-titre HI huwa l-għola dilwizzjoni ta’ antiserum ikkawżat bl-inibizzjoni sħieħa ta’ 4 jew 8 unitajiet ta’ virus (titrazzjoni HA biex tikkonferma l-preżenza ta’ l-HAU meħtieġa għandha tkun inkluża f’kull test).

(j) Il-validità tar-riżultati hija dipendenti mill-akkwist ta’ titre ta’ anqas minn 23 għal 4 HAU jew 22 għal 8 HAU b’serum ta’ kontroll negattiv u ta’ titre f’dilwizzjoni waħda ta’ titre magħruf ta’ serum ta’ kontroll pożittiv.

KAPITOLU 7 Test ta’ indiċi intraċerebrali ta’ patoġeniċità

1. Fluwidu allantojku infettiv miksub frisk (titre HA irid ikun akbar minn 24 huwa mħallat 1:10 f’salmura isotinika sterili (m’għandhomx ikunu użati antikorpi).

2. 0,05 ml ta’ virus imħallat huwa injettat intraċerebralment f’kull wieħed minn 10 flieles ta’ jum (i.e. 24 siegħa; 40 siegħa wara t-tfaqqis). Il-flieles għandhom ikunu faqqsu minn bajd miksub minn merħla speċifika ħielsa minn patoġeni.

3. L-għasafar ikunu eżaminati f’intervalli ta’ 24 siegħa għal tmien ġranet.

4. F’kull osservazzjoni kull għasfur għandu jingħata marka: 0 = normali; 1 = marid; 2 = mejjet.

5. L-indiċi huwa kkalkolat kif muri fl-eżempju li ġej:

Indiċi hija l-medja tar-riżultat kull għasfur kull osservazzjoni = 112/80 = 1,4

Sinjali kliniċi | Jiem wara t-tilqim (numru ta' għasafar) |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | Total | Riżultat |

Normali | 10 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 14 × 0 | = 0 |

Morda | 0 | 6 | 10 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 20 × 1 | = 20 |

Mejtin | 0 | 0 | 0 | 6 | 10 | 10 | 10 | 10 | 46 × 2 | = 92 |

| | | | | | | | | Total = 112 |

KAPITOLU 8 Assessjar ta’ l-abbilità li tkun iffurmata l-plakka

1. Normalment huwa l-aħjar li tkun użata medda ta’ dilwizzjoni ta’ virus biex tkun assigurata li l-aħjar numru ta’ plakki jkunu preżenti fuq il-pjanċa. Dilwizzjonijiet ta’ parti-minn-għaxra sa 10-7 f’PBS għandhom ikunu biżżejjed.

2. Monosaffi komfluwenti ta’ ċelloli ta’ embrijuni ta’ flieles jew linja ta’ ċelloli addattati (per eżempju Madin-Darby bovine kidney (kilwa tal-bovini)) huwa ppreparat f’dixxijiet Petri ta’ 5 ċm dijametru.

3. 0,2 ml ta’ kull dilwizzjoni tal-virus hija miżjuda ma’ kull wieħed minn żewġ dixxijiet Petri u l-virus imħolli li jassorbi għal 30 minuta.

4. Wara l-ħasil tliet darbiet b’PBS iċ-ċelloli infettati jkunu miksija b’medja relevanti li jkun fiha 1 % u/v agar u jew 0,01 mg/ml trypsin jew l-ebda trypsin. Huwa importanti li l-ebda serum ma jkun miżjud mal-medja tal-kisi.

5. Wara 72 siegħa, inkubazzjoni f’37 °C il-plakki għandhom ikunu ta’ daqs suffiċjenti. Dawn l-aħjar li jidhru billi jitneħħa l-kisja agar u tkun imsoffija ċ-ċellola monosaff bi kristall vjola (0,5 % u/v) f’25 % v/v ethanol.

6. Il-virus kollha għandhom jagħtu plakki ċari meta inkubati fil-preżenza ta’ trypsin fil-kisja. Meta trypsin ikun nieqes mill-kisja, virus biss għal flieles virulenti jipproduċu plakki.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

LISTA TA’ LABORATORJI NAZZJONALI GĦAL MARDA NEWCASTLE

BELĠJU | Institut National de Recherches Vétérinaires Groeselenberg 99 B-1180 Bruxelles |

DANIMARKA | National Veterinary Laboratory(Laboratorju Nazzjonali Veterinarju) Poultry Disease Division (Diviżjoni tal-Mard tat-Tjur) Hangøvej 2 DK-8200 Aarhus N. |

REPUBBILKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA | Bundesforschungsanstalt fûr Viruskranheitein der Tiere Anstalsteil Riems (Friedrich-Lõffler-Institute) D-O--2201 Insel Riems |

FRANZA | Centre national d'études vétérinaries at alimentaires, Laboratoire central de recherches agricoles et porcines BP 53-F 2240 Ploufragan |

GREĊJA | Ινστιτoύto Λoψoδώv και Пαρασιτκών Νoσήιάтων Νεαхόλεως 25 Αγ. Пαρασκευtį — Aθηνα, Ελλάδα |

IRLANDA | Veterinary Research Labotarory (Laboratorju ta' Riċerka Veterenarja) Abbotstown Castlenock, IRL-Dublin 15 |

ITALJA | Ustituto Zooprofilattico Sperimentale di Padova Via G. Orus n. 2 I-35100 Padova |

LUSSEMBURGU | Institute National de Recherches Vétérunaires Groeselenberg 99 B-1180 Bruxxelles |

OLANDA | Centraal Diergeneeskunding Instituut Vestiging Virologia Houtribweg 39 NL-8221 RA Lelystad |

PROTUGALL | Laboratorio Nacional de Investigação Veterinaria (LNIV) Estrada de Benfica 701 1500 Lisboa |

SPANJA | Laboratório de Sanidad y ProduccióAnimal Zona Franca, Circunvalación -- Tramo 6 Esquina Calle 3 E-08004 Barcelona |

RENJU UNIT | Central Veterinary Laboratory (Laboratorju Ċentrali Veterinarju) New Haw, Weybridge GB-Surrey KT15 3 NB |

--------------------------------------------------

ANNESS V

LABORATORJU TA’ REFERENZA TAL-KOMUNITÀ GĦAL MARDA NEWCASTLE

Isem il-Laboratorju:

Central Veterinary Laboratory (Laboratorju Veterinarju Ċentrali)

New Haw

Weybridge

Surrey

KT15 3NB

Renju Unit

Il-funzjonijiet u d-doveri tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal marda Newcastle għandu jkun:

1. biex jikkoordina, b’konsultazzjoni mal-Kummissjoni tal-Komunità, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dianjożi tal-marda Newcastle. Speċifikament bi:

(a) għażla bit-tipi, ħażna u forniment ta’ tessut tal-virus tal-marda Newcastle għal testijiet seroloġiċi u l-preparazzjoni ta’ antisera;

(b) forniment ta’ sera normali u reaġenti oħra ta’ referenza għal laboratorji nazzjonali ta’ referenza sabiex ikunu nnormalizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri;

(ċ) il-bini ta’ u ż-żamma ta’ kollezzjoni ta’ tessut u iżolati tal-virus tal-marda Newcastle;

(d) l-organizzazzjoni perjodiċi ta’ testijiet komparattivi ta’ proċeduri dianjostiċi fil-livell tal-Komunità;

(e) ġbir u organizzazzjoni ta’ dettalji u informazzjoni dwar metodi ta’ dianjożi użati u r-riżultat ta’ testijiet imwettqa fil-Komunità;

(f) il-karatterizzazzjoni ta’ iżolati tal-virus tal-marda Newcastle bil-metodi l-aktar aġġornati disponibbli hekk li jippermettu aktar rikonoxximent ta’ l-epiżootoloġija tal-marda Newcastle;

(g) li jinżamm aġġornat ma’ żviluppi fis-sorveljanza tal-marda Newcastle, epiżootoloġija u prevenzjoni matul id-dinja;

(h) iż-żamma ta’ esperjenza dwar il-virus tal-marda Newcastle u virus pertinenti oħra biex jgħinu għal dianjożi ddifferenzjata mħaffa;

(i) il-kisba ta’ tagħrif tal-preperazzjoni u l-użu tal-prodotti ta’ immunoloġija veterenarja użati fl-eradikazzjoni u kontroll tal-marda Newcastle;

2. f’attività biex jgħin fid-dianjożi tat-tfaqqigħ tal-marda Newcastle fi Stati Membri billi jirċievi iżolati tal-virus għal dianjożi konfirmatorja, karatterizzazzjoni u studju epiżootoloġiku;

3. biex jiffaċilita t-taħriġ jew iż-żamma ta’ esperti fid-dianjożi laboratorja bil-għan ta’ l-armonizzazzjoni ta’ tekniki ġewwa l-Komunità kollha.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KRITERJI MINIMI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom mill-anqas jilħqu l-kriterju segwenti:

1. l-istabbiliment ta’ ċentru ta’ kriżi fuq livell nazzjonali, li għandu jikkoordina l-miżuri kollha ta’ kontroll fl-Istat Membru kkonċernat;

2. għandha tkun ipprovduta lista għal ċentri lokali ta’ kontroll tal-mard b’faċilitajiet adegwati biex ikunu kkoordinati l-miżuri ta’ kontroll f’livell lokali;

3. informazzjoni ddetaljata għandha tingħata dwar l-impjegati involuti fil-miżuri ta’ kontroll, il-kapaċità tagħhom u r-responsabbiltajiet tagħhom;

4. kull ċentru lokali ta’ kontroll tal-mard għandu jkun jista’ jikkuntattja malajr persuni jew organizzazzjonijiet li huwa direttament jew indirettament involuti f’xi tfaqqigħ ta’ mard;

5. tagħmir u materjali għandhom ikunu disponibbli biex jitwettqu l-miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard;

6. istruzzjonijiet iddettaljati għandhom ikunu ipprovduti dwar azzjoni li għandha tittieħed mas-suspett u l-konferma ta’ infezzjoni jew kontaminazzjoni, inklużi mezzi proposti ta’ qerda ta’ karkassi;

7. programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu stabbiliti biex jinżammu u jiżviluppaw il-kapaċitajiet fi proċeduri fl-irziezet u amministrattivi;

8. laboratorji dianjostiċi għandhom ikollhom faċilitajiet għal eżami post-mortem, il-kapaċità meħtieġa għal seroloġija, istoloġija, eċc., u għandhom jinżammu l-ħiliet għal dianjożi mħaffa. Arranġamenti għandhom isiru għal trasport imħaffef ta’ kampjuni;

9. dettalji għandhom ikunu pprovduti dwar il-kwantità tal-vaċċina għal marda Newcastle li jkun stmati bħala meħtieġa fil-każ ta’ tilqim mill-ġdid b’emerġenza;

10. għandhom isiru disposizzjonijiet biex jassiguraw il-poteri legali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontinġenza.

--------------------------------------------------

Top