This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992D0130
92/130/EEC: Commission Decision of 13 February 1992 amending Annexes B and C to Council Directive 90/426/EEC
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 1992 li temenda l-Annessi B u Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 1992 li temenda l-Annessi B u Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE
ĠU L 47, 22.2.1992, pp. 26–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 11/08/2010
Official Journal L 047 , 22/02/1992 P. 0026 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0013
Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 1992 li temenda l-Annessi B u Ċ tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE (92/130/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha, Billi fid-dawl ta’ l-esperjenza akwistata, uħud mill-kliem fiċ-ċertifikati stabbilit fl-Anness tad-Direttiva 90/426/KEE għandhom jinbiddlu sabiex il-garanziji li jirrigwardjaw ċerti mard jistgħu ikunu inklużi; Billi, sabiex tiġi evitata konfużjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi B u Ċ għad-Direttiva msemmija għandhom jiġu miktuba mill-ġdid; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Annessi B u Ċ tad-Direttiva 90/426/KEE huma hawnhekk mibdula bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni mill-1 ta’ Marzu 1992. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Frar 1992. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42 -------------------------------------------------- L-ANNESS " L-ANNESS B +++++ TIFF +++++ L-ANNESS Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ " --------------------------------------------------