Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R2426

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2426/91 tad-29 ta' Lulju 1991 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE-5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, il-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza u r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri

    ĠU L 222, 10.8.1991, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0300

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/2426/oj

    31991R2426



    Official Journal L 222 , 10/08/1991 P. 0001 - 0003
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0140
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0140


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2426/91

    tad-29 ta' Lulju 1991

    li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE-5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, il-President, l-Imħallfin, l-Avukati-Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim' Istanza u r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni Waħda, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 78ċ tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 206 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 180 tiegħu,

    Billi hu xieraq li jiġu emendati ċerti disposizzjonijiet tar-Regolamenti li jistabbilixxu l-emolumenti tal-Membri tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti ta' Prim’ Istanza u tal-Qorti ta' l-Awdituri, partikolarment biex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet skond liema l-istess Membri huma intitolati għall-benefiċċji ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-Artikolu 11 tar-Regolament Nru. 422/67/KEE-5/67/Euratom [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 3911/90 [2] għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 11

    Membri tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għandhom ikunu ntitolati għall-benefiċċji tal-mard, tal-mard ikkaġunat mix-xogħol, ta' l-aċċidenti industrijali u tat-twelid u tal-mewt skond l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-ewwel paragrafu għandu jgħodd ukoll għal persuni li kienu Membri tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li jibbenefikaw jew taħt l-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 8 jew taħt l-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 7 jew taħt l-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 10.

    Madankollu, l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej m'għandhiex tgħodd għal riskji li huma diġà koperti bi skema tas-sigurtà soċjali oħra li taħtha persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti tista’ tkun eliġibbli għal benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell.

    Madankollu, persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li kellha l-kariga sa ta' l-inqas sittin sena jew li hi ntitolata għal benefiċċju taħt l-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 10 għandha tibqa' tkun intitolata mingħajr restrizzjoni għall-benefiċċji tal-mard taħt l-iskema prevista fir-Regolamenti tal-Persunal. Jekk mhix tirċievi l-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 7 u mhix intitolata li tibbenifika jew mill-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 8 jew mill-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 10, il-persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għandha tkun obbligata tħallas nofs il-kontribuzzjonijiet neċessarji biex jiġu koperti dawn ir-riskji. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' l-aħħar allowance transitorja, aġġustata biex tikkonsidra adattamenti suċċessivi.

    Persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li ma baqgħetx fil-kariga qabel ma għalqet sittin sena u li, fl-aħħar tal-perijodu li matulu kienet tirċievi l-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 7, mhix intitolata li tibbenefika jew mill-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 8 jew mill-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 10 tista' tkompli tikkwalifika mill-kopertura prevista fit-tieni u fit-tielet paragrafi ta' dan l-Artikolu, basta li ma teżerċitax attività bi qligħ li tippermettilha li tkun koperta bi skema oħra pubblika ta' assigurazzjoni kontra l-mard. F'dan il-każ hi għandha tħallas l-ammont kollu tal-kontribuzzjonijiet neċessarji għall-kopertura prevista fl-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' l-aħħar allowance transitorja, aġġustata biex tikkonsidra adattamenti suċċessivi."

    2. L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 2290/77 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru. 3822/81 [4] għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 12

    Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu ntitolati għall-benefiċċji tal-mard, tal-mard ikkaġunat mix-xogħol, ta' l-aċċidenti industrijali u tat-twelid u tal-mewt skond l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-ewwel paragrafu għandu jgħodd ukoll għal persuni li kienu Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri li jibbenefikaw jew mill-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 9 jew mill-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 8 jew taħt l-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 11.

    Madankollu, l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej m'għandhiex tgħodd għal riskji li huma koperti bi skema tas-sigurtà soċjali oħra li taħtha l-persuna li kienet Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri tista' tkun eliġibbli għal benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell.

    Madankollu, persuna li kienet Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri li kellha l-kariga sa ta' l-inqas sittin sena jew hi ntitolata għal benefiċċju taħt l-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 11 għandha tibqa' tkun intitolata mingħajr restrizzjoni għall-benefiċċji tal-mard taħt l-iskema prevista fir-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Jekk mhix tirċievi l-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 8 u mhix intitolata li tibbenefika jew mill-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 9 jew mill-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 11, il-persuna li kienet Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri għandha tkun obbligata li tħallas nofs il-kontribuzzjonijiet neċessarji biex jiġu koperti dawn ir-riskji. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' l-aħħar allowance transitorja, aġġustata biex tikkonsidra adattamenti suċċessivi.

    Persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti li ma baqgħetx fil-kariga qabel ma għalqet sittin sena u li, fl-aħħar tal-perjodu li matulu kienet tirċievi l-allowance transitorja prevista fl-Artikolu 8, mhix intitolata li tibbenifika jew mill-iskema tal-pensjoni prevista fl-Artikolu 9 jew mill-iskema tal-pensjoni tad-disabbiltà prevista fl-Artikolu 11 tista' tkompli tikkwalifika għall-kopertura prevista fit-tieni u fit-tielet paragrafi ta' dan l-Artikolu, basta li ma teżerċitax attività bi qligħ li tippermettilha li tkun koperta bi skema oħra pubblika ta' assigurazzjoni kontra l-mard. F'dan il-każ hi għandha tħallas l-ammont kollu tal-kontribuzzjonijiet neċessarji għall-kopertura prevista fl-Artikolu 72(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta' l-aħħar allowance transitorja, aġġustata biex tikkonsidra adattament suċċessivi."

    Artikolu 2

    1. "8. L-armla u t-tfal dipendenti ta' Membru jew ta' persuna li kienet Membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għandhom ikunu ntitolati għal benefiċċji ta' mard taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jekk m'humiex eliġibbli għal benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell taħt skema tas-sigurtà soċjali oħra."

    2. "8. L-armla u t-tfal dipendenti ta' Membru jew ta' persuna li kienet Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu ntitolati għal benefiċċji ta' mard taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jekk m'humiex eliġibbli għal benefiċċji ta' l-istess natura u ta' l-istess livell taħt skema tas-sigurtà soċjali oħra."

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mit-12 ta' Diċembru 1989.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Van Den Broek

    [1] ĠU C 187, tat-8.8.1967, pġ. 1.

    [2] ĠU L 375, tal-31.12.1990, pġ. 1.

    [3] ĠU L 268, ta' l-20.10.1977, pġ. 1.

    [4] ĠU L 386, tal-31.12.1981, pġ. 4.

    --------------------------------------------------

    Top