Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 31991R2264
Commission Regulation (EEC) No 2264/91 of 26 July 1991 amending Regulation (EEC) No 3076/78 on the importation of hops from non-member countries
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2264/91 tas-26 ta' Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni ta' ħops minn pajjiżi mhux membri
Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2264/91 tas-26 ta' Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni ta' ħops minn pajjiżi mhux membri
ĠU L 208, 30.7.1991, p. 20-21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
Plus en vigueur, Date de fin de validité: 08/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1295
Official Journal L 208 , 30/07/1991 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0085
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2264/91 tas-26 ta’ Lulju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni ta’ hops minn pajjiżi mhux membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 18 tiegħu, Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jippreskrivi li ħops u prodotti minn dawn il-pjanti minn pajjiżi mhux membri jistgħu jiġu importati biss jekk in-normi ta’ kwalità tagħhom huma ta’ l-inqas ekwivalenti għal-limiti minimi adottati għall-prodotti simili maħsuda fil-Komunità jew id-derivattivi tagħhom; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 [4], jispeċifika żewġ tipi ta’ ċertifikati li bihom tista’ tingħata prova li ġew sodisfatti r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71; Billi l-esperjenza wriet illi l-proċeduri ta’ importazzjoni jistgħu jsiru aktar effiċjenti, u illi jista’ jiġi żgurat aktar li jkunu osservati r-regoli Komuntarji dwar ċertifikazzjoni jekk kellu jitneħħa l-użu ta’ ċertifikati ta’ kontroll; Billi, sabiex tiġi evitata inkonvenjenza mhux f’lokha lil ċerti operaturi fis-settur, għandu jkun permess aktar użu ta’ ċertifikat ta’ kontroll matul perjodu transitorju fil-każ ta’ ħops li joriġinaw minn pajjiżi li ma awtorizzawx ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ ekwivalenza; billi, biex jiġu evitati abbużi fiċ-ċertifikati ta’ kontroll, ċertifikat bħal dan għandu jinħareġ biss jekk tingħata prova ta’ l-oriġini tal-konsenja tal-ħops; Billi, sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati r-regoli Komunitarji dwar ċertifikazzjoni ta’ ħops, l-Istati Membri għandhom jwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk ħops humiex konformi malħtiġiet minimi għat-tqegħid fis-suq; Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Pjanti li jintużaw biex tingħata togħma lill-birra, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 qed jiġi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 1(2) hu sostitwit b’dan li ġej: "2. Il-prova msemmija fil-paragrafu1 għandha tingħata bil-produzzjoni taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, minn hawn "il quddiem imsejjaħ" ċertifikat ta’ ekwivalenza." 2. Il-kliem "fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(2)(a) u fl-Artikolu 1(2)(b)" fl-Artikolu 2(1) huma sostitwiti bil-kliem "fl-Artikolu 1(2)". 3. L-Artikolu 4 hu sostitwit b’dan li ġej: "L-Artikolu 4 1. Sat-30 ta’ April 1992, fil-każ ta’ ħops li joriġinaw minn pajjiżi terzi li ma awtorrizawx ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ ekwivalenza, il-prova msemmija fl-Artikolu 1 tista’ tingħata fir-rigward ta’ konnijiet ta’ ħops li jaqgħu taħt NM 121010 bil-produzzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ kontroll imsemmi fil-paragrafu 2. 2. Iċ-ċertifikazzjoni tal-kontroll tinħareġ fir-rigward ta’ kull konsenja mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri wara li tkun saret spezzjoni għall-konformità mal-ħtiġiet minimi ta’ tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 890/78 skond il-metodi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) ta’ l-imsemmi Regolament. 3. Ċertifikazzjoni ta’ kontroll tista’ tinħareġ għall-konsenja ta’ ħops fil-każ biss li l-konsenja jkollha magħha dikjarazzjoni li tkun nħarġet minn organizzazzjoni uffiċjali tal-pajjiż ta’ oriġini u li tindika l-pajjiż ta’ oriġini tal-ħops inkwistjoni. 4. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-isem u indirrizz ta’ l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2, flimkien ma’ kampjuni tat-timbru uffiċjali u, fejn jixraq, l-apparat għall-istampar ibbuzzat ta’ l-awtoritajiet kompetenti. 5. Iċ-ċertifikazzjonijiet ta’ kontroll jitħejju f’kopja oriġinali u żewġ kopji fuq formola li tikkorrispondi mal-muddell fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u skond l-istruzzjonijiet ta’ l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament." 4. Għandu jiżdied l-Artikolu 7(a) li ġej: "L-Istati Membri għandhom regolarment iwettqu spezzjonijiet saltwarjament sabiex jivverifikaw jekk ħops li huma importati skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 humiex konformi mal-ħtiġiet minimi ta’ tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 890/78. Huma għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, kull sena sat-30 ta’ Ġunju, dwar il-frekwenza, it-tip u r-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru matul is-sena qabel dik id-data. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-inqas 5 % tan-numru ta’ konsenji ta’ ħops li huma mistennija li jkunu importati minn pajjiż terz fl-Istat Membru in kwistjoni matul din is-sena." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fl-1 ta’ Settembru 1991. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. [2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23. [3] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 17. [4] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1988, p. 42. --------------------------------------------------