EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990R3713

Regolament Tal-Kummissjon (KEE) Nru 3713/90 tad-19 ta’ Diċembru 1990 dwar regoli għall-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet li jikkonċedu l-għajnuna mit-Taqsima Gwida tal-FAEGG għal proġetti biex itejbu l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti agrikoli u tas-sajd koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 355/77 huma proċessati u mibjugħa

ĠU L 358, 21.12.1990, p. 29–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/3713/oj

31990R3713



Official Journal L 358 , 21/12/1990 P. 0029 - 0035
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0157
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 3 P. 0157


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3713/90

tad-19 ta’ Diċembru 1990

dwar regoli għall-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet li jikkonċedu l-għajnuna mit-Taqsima Gwida tal-FAEGG għal proġetti biex itejbu l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti agrikoli u tas-sajd koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 355/77 huma proċessati u mibjugħa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 866/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 dwar it-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ proċessar u ta’ bejgħ fis-suq ta’ prodotti agrikoli [1], u partikolarment Artikolu 23 tiegħu,

Billi Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4256/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 rigward it-Taqsima tal-Gwida tal-FAEGG [2] ħassar ir-Regolament (KEE) Nru 355/77 [3] minbarra għal Artikoli 6 sa 15 u 17 sa 23 rigward proġetti sottomessi qabel il-31 ta’ Diċembru 1989 jew, rigward is-settur tas-sajd, qabel il-31 ta’ Diċembru 1990;

Billi Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru 866/90 jippreskrivi dispożizzjonijiet transizzjonali għal ħlasijiet rigward proġetti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 355/77; billi l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu jinvolvi intervent akbar mill-Istati Membri;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati d-data li jridu jidhru f’applikazzjonijiet ta’ ħlasijiet li jsiru lill-Kummissjoni mill-awtorità nominata mill-Istat Membru skond Artikolu 17(1) tar-Regolament (KEE) Nru 866/90;

Billi sabiex jiġu standardizzati applikazzjonijiet ta’ ħlas sistema kompjuterizzata għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet nominati;

Billi l-Kummissjoni trid tiġi mgħarrfa li l-proġetti qed jiġu implimentati fuq it-termini u fl-iskedi ta’ żmien dikjarati mid-deċiżjonijijet;

Billi sabiex jiġi permess monitorjar effettiv ta’ applikazzjonijiet ta’ ħlas Stati Membri jridu jiżguraw li, għal tliet snin wara l-pagament tal-bilanċ ta’ kull għajnuna, id-dokumenti kollha li fuq il-bażi tagħhom ġiet kalkolata l-għajnuna jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Applikazzjonijiet għal ħlasijiet bil-quddiem u t-tqassim ta’ kull kwart tas-sena li għandom x’jaqsmu mal-proġetti għal liema ngħatat l-għajnuna taħt ir-Regolament (KEE) Nru 355/77 għandhom jiġu sottomessi mill-awtorità nominata lill-Kummissjoni fil-forma murija f’Annessi II sa IV ma’ dan ir-Regolament.

2. Mit-tielet kwart tas-sena ta’ l-1995, il-Kummissjoni m’għandhiex tibqa tħallas bil-quddiem.

3. L-awtorità nominata għandha, l-aktar tard, flimkien ma’ l-ewwel tqassim ta’ kwart tas-sena, tibgħat lill-Kummissjoni kopji tal-forom li jridu jintużaw minn benefiċjarji għal applikazzjonijiet ta’ ħlasijiet. Dawn iridu jikkontjenu deskrizzjoni ta’ kif il-proġett huwa finanzjat, sommarju ta’ l-ispiża miġrura u tabella komparattiva ta’ investimenti ppjanati u realizzati fuq il-bażi ta’ indikaturi kwantitattivi u fiżiċi skond Anness I, punt 3.

Fl-istess limitu taż-żmien għandha tavża d-dettalji tas-sorveljanza li trid tiġi applikata u t-testi tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali jew xi dokument amministrattiv rilevanti ieħor.

Aġġornamenti tad-dokumentazzjoni riferita f’dan il-paragrafu għandhom jiġu mgħarrfa wkoll.

Artikolu 2

Applikazzjonijiet ta’ ħlas bil-quddiem għal kull kwart tas-sena m’ għandhomx jiġu aċċettati jekk it-tqassim ta’ kwart tas-sena għall-kwart tas-sena ta’ qabel ta’ l-aħħar ma ġiex trasmess.

Artikolu 3

L-awtorità nominata għandha titrasmetti lill-Kummissjoni kull sena, billi tirrifletti s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 1990, sinopsi ta’ l-istat ta’ progress ta’ proġetti, fil-forma murija f’Anness V.

Artikolu 4

Data kif meħtieġa f’Anness IV u V għandhom fil-prinċipju jiġu trasmessi permezz ta’ posta kompjuterizzata. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-software meħtieġ u tagħmilha disponibbli għal kull awtorità nominata. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħmel it-tagħmir disponibbli u tħarreġ persuni msejħa biex jaħdmu b’dak it-tagħmir.

Artikolu 5

L-awtorità nominata għandha tieħu l-azzjoni meħtieġa kollha biex tiżgura li d-dokumenti kollha u l-kontijiet li jappartjenu għal kull proġett huma miżmuma għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ ta’ l-għajnuna.

Artikolu 6

Jekk applikazzjoni tal-ħlasijiet saret lill-Kummissjoni mill-awtorità intermedja skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1685/78 [4] qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ebda akkont sussegwenti ma jista’ jitħallas mill-awtorità nominata rigward il-proġett sa wara li l-FAEGG tkun għamlet il-ħlas li tkun applikat għalih minn qabel, jew ikkomunikat l-ammont li jrid jitħallas mill-awtorità nominata.

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 1685/78 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jonnar 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 91, tas-6.4.1990, p. 1.

[2] ĠU L 374, tal-31.12.1998, p. 25.

[3] ĠU L 51, tat-23.2.1977, p. 1.

[4] ĠU L 197, tat-22.7.1978, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

APPLIKAZZJONIJIET TA’ PAGAMENTI BIL-QUDDIEM U TQASSIM TA’ KWART TAS-SENA GĦAL PROĠETTI MOGĦTIJA L-GĦAJNUNA TAĦT IR-REGOLAMENT (KEE) NRU 355/77

Punti Ġenerali

1. Sottomissjoni ta’ applikazzjonijet għal pagament

Applikazzjonijiet ta’ pagament, tqassim ta’ kwart tas-sena u kull tagħrif ieħor għandhom jintbagħtu f’żewġ kopji lill:

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura,

EAGGF-Guidance (VI-G-5),

Rue de la Loi 200,

B- 1049 Brussels.

2. Il-kontroll finanzjarju

Jekk dispożizzjoni tal-Komunità jew nazzjonali tinkiser għad-detriment ta’ l-estimi tal-Komunità l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 [1], li jkopri irregolaritajiet u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tagħrif, għandu jiġi segwit.

Ammonti rkuprati iridu jew jitnaqqsu mill-pagament li applikaw għalih jew irritornati lit-Taqsima tal-Gwida tal-FAEGG. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bl-ammonti rkuprati u bil-progress ta’ proċeduri amministrattivi u ġudizjarji.

L-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll riferit f’Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4253/88 u r-rapporti nazzjonali kollha fuq il-kontroll iridu jinżammu disponibbli lill-Kummissjoni.

3. Indikaturi kwantitattivi u fiżiċi

L-indikaturi kwantitattivi u fiżiċi ikunu partikolarment:

- in-numru,

- it-tul,

- l-erja tal-wiċċ,

- il-volum,

- il-kapaċita.

[1] ĠU L 374, tal-31.12.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top