Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990D0031

    Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 1990 li tagħti deroga lil Franza u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati għat-tqattigħ tal-laħam frisk

    ĠU L 16, 20.1.1990, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/31/oj

    31990D0031



    Official Journal L 016 , 20/01/1990 P. 0037 - 0038
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0239
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 31 P. 0239


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta' Jannar 1990

    li tagħti deroga lil Franza u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rispettati għat-tqattigħ tal-laħam frisk

    (90/31/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jolqtu l-kummerċ tal-laħam frisk ġewwa l-Komunità([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/657/KEE([2]), u b'mod partikolari Artikolu 13 tagħha,

    Billi, skond Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE konformi ma' Artikolu 16, id-derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I jistgħu jingħataw, meta mitluba, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa li huma mill-anqas daqs dawk tal-imsemmi l-Anness;

    Billi l-awtoritajiet ta' Franza, permezz ta' ittra tat-18 ta' Jannar 1989, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE għat-tqattigħ tal-laħam frisk taċ-ċanga, tan-ngħaġ u l-laħam tal-ħanżir; billi din it-talba tipproponi l-kondizzjonijiet tas-saħħa; billi huwa meħtieġ li l-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bħala alternattiva fid-deroga mitluba għat-tqattigħ tal-laħam frisk ikunu mill-anqas daqs dawk tal-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti minn Franza huma daqs dawk stabbiliti fil-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-miżuri li hemm ipprovduti f'din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Minkejja l-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, Franza tista' tawtorizza t-tqattigħ tal-laħam frisk taċ-ċanga, tan-ngħaġ u tal-ħanżir taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Jannar 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Ray MAC SHARRY

    Membru tal-Kummissjoni

    ANNESS

    Kondizzjonijiet speċjali għat-tqattigħ tal-karkassi tal-baqar, tan-ngħaġ u tal-ħnieżer

    1. Il-karkassi, li jiġu mill-kamra tal-qatla, wara li jitkessħu fi kmamar tar-refriġerazzjoni li joperaw b'temperatura ta' l-arja fil-ħruġ mill-evaporaturi tant li l-karkassi jistgħu jitkessħu għal temperatura interna ta' + 7 °C fi żmien 48 siegħa għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi tan-ngħaġ u tal-ħnieżer, jinġarru għall-post tat-tqattigħ, li t-temperatura tiegħu ma taqbiżx + 12 °C, li jinsab fl-istess grupp ta' bini taċ-chillers.

    2. Il-laħam huwa ttrasferit f'operazzjoni waħda.

    3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u magħmula għadam qabel tintlaħaq temperatura interna ta' + 7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mit-tmiem ta' l-operazzjonijiet tal-qatla għall-karkassi tal-baqar u 20 siegħa għall-karkassi tan-ngħaġ u tal-ħnieżer.

    4. Il-ħin ta' bejn li l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u li jkun suġġett għal aktar refriġerazzjoni ma jaqbiżx is-60 minuta.

    5. Malli dan jitqatta' u jkun ippakkjat, il-laħam jinġarr għall-kmamar xierqa ta' refriġerazzjoni.

    Proofread by Stephen Zammit

    [1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64.

    [2] ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 3.

    Top