EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R0120

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 tad-19 ta’ Jannar 1989 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni u d-drittijiet fuq il-prodotti agrikoli

ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/120/oj

31989R0120



Official Journal L 016 , 20/01/1989 P. 0019 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 28 P. 0118


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89

tad-19 ta’ Jannar 1989

li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni u d-drittijiet fuq il-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar kif tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2210/88 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1109/88 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2180/71 tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1971 dwar ir-regoli ġenerali li jridu jiġu applikati għas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 1603/74 tal-Kunsill tat-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-imposizzjoni ta’ ħlas dovut fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti bbażati fuq iċ-ċereali, ir-ross u l-ħalib li jkun fihom iz-zokkor miżjud fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2221/88 [8], u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2742/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar ir-rifużjonijiet għall-produzzjoni fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1009/86 [10], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2747/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fil-każ li s-suq taċ-ċereali jiġi ddisturbat [11], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 [12], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2229/88 [14], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1432/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 li jistabbilixxi regoli ġenerali li jridu jiġu applikati fil-każ li jiġi ddisturbat is-suq fir-ross [15], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix ta’ l-ikel [16], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2247/88 [17],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 520/77 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Marzu 1977 dwar l-imposizzjoni ta’ ħlas dovut fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħaxix ta’ l-ikel u li jkun fihom iz-zokkor miżjud fil-każ ta’ diffikultajiet fil-provvista [18], u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [19], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2306/88 [20], u b’mod partikolari l-Artikoli 13(2) u 18 (4) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1650/86 tal-20 ta’ Mejju 1986 dwar ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni u l-imposti fuq iż-żejt taż-żebbuġa [21], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 645/75 tal-Kummissjoni [22], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3677/86 [23], jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni u l-ħlasijiet dovuti fuq il-prodotti agrikoli; billi l-esperjenza wriet illi għandhom jiddaħħlu disposizzjonijiet ġodda f’dan ir-Regolament; billi f’ġieħ iċ-ċarezza u l-effiċjenza amministrattiva, għandhom jiġu abbozzati mill-ġdid kif jixraq ir-regoli li japplikaw għas-suġġett;

Billi l-imposti u l-ħlasijiet dovuti jagħmlu parti importanti mid-dazji fuq l-esportazzjoni, kif iddefiniti b’mod partikolari fl-Artikolu 1(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2144/87 tat-13 ta’ Lulju 1987 dwar id-dejn tad-dwana [24], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4108/88 [25];

Billi l-imposti fuq l-esportazzjoni ma għandhomx jiġu applikati għall-esportazzjonijiet taħt liċenzja meta r-rifużjoni tiġi ffissata bil-quddiem jew stabbilita bl-offerta;

Billi ċerti transazzjonijiet ma huma ta’ l-ebda sinifikat ekonomiku jew jinteressaw kwantitajiet żgħar ħafna; billi dawn it-transazzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-impost fuq l-esportazzjoni;

Billi huwa meħtieġ li tiġi speċifikata d-data li trid titqies bl-għan li tiġi stabbilita r-rata ta’ l-impost fuq l-esportazzjoni kif ukoll l-Istat Membru li jrid jiġbor l-impost fuq l-esportazzjoni;

Billi, sabiex jiġu evitati t-transazzjonijiet spekulattivi, għandhom jittieħdu l-miżuri sabiex jiġi żgurat illi l-prodotti li tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni tagħhom ta’ l-esportazzjoni jħallu t-territorju tal-Komunità fi żmien raġjonevoli; billi l-perjodu taż-żmien ta’ 60 jum stabbilit għall-esportazzjonijiet li jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet jistgħu jiġu applikati wkoll fejn jiġi miġbur impost fuq l-esportazzjoni; billi, meta jinqabeż dan il-perjodu taż-żmien, iridu jiġu stabbiliti disposizzjonijiet speċjali, fil-każ partikolari ta’ l-imposti fuq l-esportazzjoni, sabiex jiġu stabbiliti r-rati tagħhom;

Billi l-kompitu ta’ l-awtoritajiet tad-dwana jitħaffef jekk il-prodotti li għalihom ikun ġie applikat impost fuq l-esportazzjoni jimxu skond proċedura li hija differenti minn dik użata għall-prodotti li għalihom ma jiġix applikat impost fuq l-esportazzjoni; billi, għal dan il-għan, għandu jiġi pprovdut illi l-prodotti li fuqhom ikun ġie applikat impost fuq l-esportazzjoni jimxu skond il-proċedura tat-transitu Komunitarju;

Billi, meta l-prodotti interessati jħallu t-territorju tal-Komunità matul il-ġarr minn post għall-ieħor ta’ dan ta’ l-aħħar, għandhom jiġu stabbiliti l-miżuri approprjati sabiex jiġi rkuprat l-impost fuq l-esportazzjoni fil-kwistjoni meta l-prodotti ma jerġgħux jiddaħħlu fil-Komunità; billi, għal dan il-għan għandhom jiġu applikati d-disposizzjonijiet sabiex tiġi implimentata l-proċedura tat-transitu Komunitarju u ċerti simplifikazzjonijiet ta’ din il-proċedura [26], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1469/88 [27];

Billi setgħu ġew applikati għalihom il-liċenzji għall-esportazzjoni mingħajr il-fissar bil-quddiem tar-rifużjoni jew ġew maħruġa qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għall-impost fuq l-esportazzjoni; billi, barra mill-każijiet ta’ ffissar bil-quddiem, ma għandhiex tiġi meħtieġa l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli meta jiġi applikat impost fuq l-esportazzjoni; billi, b’konsegwenza ta’ dan, għandu jiġi pprovdut illi dawn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu jistgħu jiġu rtirati jew li dawn il-liċenzji jkunu jistgħu jiġu kkanċellati fuq it-talba tal-parti interessata, bil-garanzija ddepożitata rrilaxxjata;

Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitati rilevanti tal-ġestjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-derogi pprovduti bir-regoli Komunitarji speċifiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti prodotti agrikoli, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati sabiex jiġu applikati l-imposti fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli pprovduti fi:

- it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 135/66/KEE,

- l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2180/71,

- l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1603/74,

- l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2742/75,

- l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2747/75,

- l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1432/76,

- l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 520/77,

- l-Artikolu 18(1) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81.

Artikolu 2

Għajr fejn ipprovdut xort'oħra f’dan ir-Regolament, l-imposti fuq l-esportazzjoni għandhom japplikaw għall-esportazzjonijiet kollha, permanenti jew temporanji, lejn destinazzjoni ’l barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità dwar:

(a) il-prodotti li jidħlu fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat, sewwa jekk il-pakkeġġ tagħhom jaqa’ taħt din id-disposizzjoni u sewwa jekk le;

(b) il-prodotti li ma jidħlux fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat, meta jkun fihom komponenti bla ħsara għall-imposti fuq l-esportazzjoni li jidħlu fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom skond id-disposizzjoni msemmija qabel ma jintużaw fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti esportati.

Artikolu 3

1. Ma għandhom jiġu ċċarġjati l-ebda imposti fuq l-esportazzjoni li rigward tagħhom tkun ġiet iffissata rifużjoni bil-quddiem jew stabbilita bi proċedura għall-offerti.

Meta fil-każ ta’ prodott kompost tiġi ffissata rifużjoni bil-quddiem rigward komponent jew iktar tiegħu, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [28], l-eżenzjoni mill-imposti fuq l-esportazzjoni għandha tapplika biss rigward dan il-komponent jew dawn il-komponenti.

2. B’żieda mal-każijiet riferiti fil-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 [29], ma għandhom jiġu ċċarġjat l-ebda imposti fuq l-esportazzjoni għal:

(a) il-prodotti li jitgħabbew ġewwa l-Komunità bl-għan tal-provvista ta’ l-ikel abbord bastimenti jew vetturi ta’ l-ajru li jservu rotot internazzjonali, sakemm il-kwantità involuta ma taqbiżx dik normalment meħtieġa għall-konsum abbord dawn il-bastimenti jew vetturi ta’ l-ajru;

(b) il-prodotti għall-forzi armati ta’ Stat Membru li jkunu stazzjonati ’l barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

(ċ) kunsinni żgħar ta’ natura mhux kummerċjali, meta l-piż tal-kontenut li jista’ jintrafa’ ma jaqbiżx it-tliet kilogrammi għal kull kunsinna; il-kondizzjonijiet l-oħra sabiex tiġi applikata din it-tħollija, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-valur tal-prodotti, għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 29 sa 31 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;

(d) l-oġġetti kontenuti fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi, meta l-piż tal-kontenut li jista’ jintrafa’ ma jaqbiżx it-tliet kilogrammi għal kull vjaġġatur; il-kondizzjonijiet l-oħra sabiex tiġi applikata din it-tħollija, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li għandhom x’jaqsmu mal-valur tal-prodotti, għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-Artkoli 45 sa 49 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83;

(e) il-prodotti taħt waħda mill-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [30];

(f) il-provvisti ta’ l-istabbilimenti li jservu l-ikel riferiti fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2 u l-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7 ta’ l-Artikolu msemmi japplikaw mutatis mutandis.

3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2(b) għandha tkun bla ħsara li jiġi prodott lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, ċertfikat maħruġ mill-forzi armati interessati li jikkonferma d-destinazzjoni tal-prodotti li rigward tagħhom tiġi ddepożitata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, u bil-kondizzjoni li tiġi ggarantita l-wasla tal-prodotti interessati fid-destinazzjoni tagħhom.

Artikolu 4

1. Għajr meta jiġi ffissat bil-quddiem l-impost fuq l-esportazzjoni jew jiġi stabbilit skond proċedura għall-offerti, ir-rata ta’ l-impost li tapplika għandha tkun dik fis-seħħ fid-data li fiha l-awtorità tad-dwana taċċetta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li jkollha x’taqsam mal-prodotti li fuqhom jiġu ċċarġjati l-imposti fuq l-esportazzjoni. Mill-waqt ta’ din l-aċċettazzjoni, il-prodotti għandhom jibqgħu taħt il-kontroll tad-dwana sakemm iħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità.

Madankollu, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri:

- meta l-prodotti interessati jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità wara s-60 jum mid-data li fiha tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni, jew

- fil-każijiet meta ma tiġix fornita l-prova tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità f’perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar mid-data li fiha kienet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni,

l-impost fuq l-esportazzjoni li jrid jiġi ċċarġjat għandu jkun l-ogħla fost ir-rati fis-seħħ matul il-perjodu taż-żmien mid-data ta’ meta tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni sad-data li fiha l-prodotti jħallu t-territorju tad-dwana tal-Komunità, fejn meta kienet tapplika rata ffissata bil-quddiem ogħla mill-ogħla rata għandha tiġi ċċarġjata din ir-rata.

Għall-għanijiet tas-subparagrafu msemmi iktar ’il fuq, ma għandha titqies l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni matul il-perjodu taż-żmien imsemmi.

Il-prova tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità għandha tiġi fornita skond l-istess proċedura bħal dik li tapplika għar-rifużjonijiet. Meta din il-prova ma tiġix fornita f’perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar mid-data li fiha kienet aċċettata d-dikjarazjoni ta’ l-esportazzjoni, għandha titqies id-data tal-ħruġ mit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala l-aħħar jum ta’ dan il-perjodu taż-żmien.

2. Id-data li fiha tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tkun id-data operattiva għalbiex jiġu stabbiliti l-kwantità, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott li jrid jiġi esportat.

3. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ogħla rata ta’ l-impost fuq l-espostazzjoni għandu jkun l-ammont ta’ l-impost fuq l-esportazzjoni:

- espress fl-ECU,

- li jkun l-ogħla għall-prodott u d-destinazzjoni interessati għall-perjodu taż-żmien li matulu jiġu pparagunati r-rati.

4. Impost fuq l-esportazzjoni stabbilit skond proċedura għall-offerti għandu jkun impost iffisat bil-quddiem.

Artikolu 5

1. L-impost fuq l-esportazzjoni għandu jinġabar mill-Istati Membru li għalih jappartjieni l-uffiċċju tad-dwana li taċċetta d-dikjarazzjoni tad-dwana.

2. Meta l-impost fuq l-esportazzjoni jvarja skond id-destinazzjoni:

(a) għandu jiġi ċċarġjat l-impost fis-seħħ għad-destinazzjoni indikata fid-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni riferita fl-Artikolu 4(1) u kull differenza bejn l-ammont ta’ dan l-impost u dak ta’ l-ogħla impost fis-seħħ fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni għandha tkun koperta b’garanzija;

(b) meta tingħata din il-garanzija, l-esportatur irid, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri, iforni prova, fi żmien 12-il xahar mid-data ta’ l-aċċettazzjoni, illi l-prodott ġie importat; din il-prova għandha tiġi fornita fil-manjiera pprovduta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87;

(ċ) meta ma tiġix fornita l-prova riferita fil-(b) fil-perjodu taż-żmien stabbilit, il-prodotti għandhom jitqiesu, għajr fil-każ ta’ forza maġġuri, bħala li waslu fid-destinazzjoni li rigward tagħhom jiġi ċċarġjat l-ogħla impost, u l-garanzija tiġi ssekwestrata u ttrattata bħala impost fuq l-esportazzjoni;

(d) meta tiġi fornita l-prova riferita fil-(b) fil-perjodu taż-żmien stabbilit, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata skond id-destinazzjoni li l-prodott ikun wasal fiha u fil-proporzjon tal-kwantitajiet li rigward tagħhom tiġi fornita din il-prova; kull ammont tal-garanzija mhux irrilaxxjat għandu jiġi ssekwestrat u ttrattat bħala impost fuq l-esportazzjoni;

(e) meta l-esportatur iforni l-prova fil-perjodu taż-żmien speċifikat fil-(b) illi l-prodott ikun wasal f’destinazzjoni li rigward tagħha l-impost huwa iktar baxx minn dak iċċarġjat l-ammont dovut għandu jiġi aġġustat u l-garanzija mogħtija għandha tiġi rrilaxxjata;

(f) il-garanzija għandha tikkonsisti jew f’depożitu fi flus kontanti jew f’garanzija maħruġa minn istituzzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru li fih tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni.

3. Meta ma jkunx tħares il-perjodu taż-żmien riferit fit-2 (b), (ċ) u (e) minkejja li l-esportatur ikun għamel ħiltu sabiex jikseb il-prova fil-ħin, dan il-perjodu taż-żmien jista’, fuq it-talba ta’ l-esportatur, jiġi mtawwal għal dak l-iskond li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru esportatur tikkunsidra meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi invokati.

Artikolu 6

Meta l-prova riferita fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) u/jew il-prova riferita fl-Artikolu 5(2)(b) fi żmien sitt xhur minn meta jtemm il-perjodu taż-żmien stabbilit f’dawn l-Artikoli, l-ammont dovut bħala impost għandu jkun:

(a) l-impost li jkun inġabar jekk ikun tħares il-perjodu taż-żmien imsemmi;

(b) miżjud bi 15 % tad-differenza bejn l-impost miġbur u l-ammont riferit fil-(a).

Artikolu 7

Ġaladarba tkun ġiet iddepożitata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni rigward il-prodotti riferiti fl-Artikolu 2(a), din ta’ l-aħħar għandha titqies li ma tibqax iktar koperta bl-Artikolu 9(2) tat-Trattat u għandha timxi kif jixraq skond l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 222/77 [31] dwar it-transitu Komunitarju.

Artikolu 8

1. Il-prodotti bla ħsara għal impost fuq l-esportazzjoni għandhom jimxu bejn żewġ Stati Membri skond it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1062/87.

2. L-uffiċċju tat-tluq fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 222/77 għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura illi l-impost fuq l-esportazzjoni riferit fiċ-(ċ) jinġabar:

(a) meta dokument tat-transitu Komunitarju intern li jagħti uffiċċju li jappartjieni lil Stat Membru bħala l-uffiċċju tad-destinazzjoni ma jkunx fih id-dħul riferit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru 1062/97 (it-tieni dħul) minħabba li l-prodott interessat ma kienx bla ħsara għal impost fuq l-esportazzjoni meta ġiet awtentikata d-dikjarazzjoni tat-trasitu Komunitarju intern; u

(b) meta, skond il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi ta’ l-EFTA dwar l-arranġamenti tat-transitu dan il-prodott jiġi ppreżentat f’uffiċċju f’pajjiż ta’ l-EFTA; u

(ċ) meta impost fuq l-esportazzjoni imdaħħal wara d-data li fiha kienet awtentikata d-dikjarazzjoni tat-transitu Komunitarju intern kien fis-seħħ fid-data li fiha l-prodott ġie ppreżentat fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

3. Jekk l-esportatur juri għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti illi l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tad-dwana tal-Komunità fid-data meta ma kien japplika l-ebda impost fuq l-esportazzjoni jew impost iktar baxx minn dak imsemmi fil-paragrafu 2, ma għandu jinġabar l-ebda impost jew, meta approprjat, jinġabar l-impost iktar baxx.

4. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament il-pajjiżi ta’ l-EFTA huma l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, il-Norveġja, l-Isvezja u l-Isvizzera.

Artikolu 9

1. Għandha tiġi ddepożitata garanzija skond l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1062/77 rigward il-prodotti li jimxu kif ipprovdut fl-Artikolu 24 u 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex tiżgura illi l-impost fuq l-esportazzjoni li jrid jitħallas jiġi ċċarġjat jekk dawn il-prodotti ma jidħlux mill-ġdid fit-territorju tad-Dwana tal-Komunità.

2. Hekk kif tiġi fornita l-prova fl-Istat Membru tat-tluq illi prodotti reġgħu daħlu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata fil-proprozjon tal-kwantitajiet li rigward tagħhom tkun ġiet fornita din il-prova.

Artikolu 10

Meta prodott jitqiegħed taħt waħda mill-proċeduri ssimplifikati pprovduti fil-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament (KEE) Nru 1062/87 għall-ġarr lejn stazzjon tad-destinazzjoni jew għall-kunsinna lil riċevitur fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, l-uffiċċju tat-tluq jista’ ma jawtorizza l-ebda varjazzjoni fil-kuntratt tal-ġarr li jkun jista’ jgħin li l-ġarr itemm ’il barra mit-territorju tad-dwana msemmi għajr jekk ikunu ttieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi jiġi ċċarġjat l-impost fuq l-esportazzjoni. F’dawn il-każijiet, ir-rata ta’ l-impost fuq l-esportazzjoni li tapplika għandha tkun dik fis-seħħ fid-data li fiha tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni mill-uffiċċju tat-tluq.

Artikolu 11

1. Meta impost fuq l-esportazzjoni jkun fis-seħħ u l-prodotti jiġu esportati mill-ġdid skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) jew it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/79 [32], għandha tiġi ddepożitata garanzija egwali għall-impost fuq l-esportazzjoni.

2. Il-garanzija riferita fil-paragrafu 1:

(a) għandha tiġi rrilaxxjata meta d-deċiżjoni li tirrigwarda talba għar-rimborż jew għall-maħfra ta’ l-imposti fuq l-importazzjoni tkun waħda pożittiva;

(b) għandha tiġi ssekwestrata u ttrattata bħala impost fuq l-esportazzjoni meta:

- id-deċiżjoni riferita fil-(a) hija waħda negattiva, u

- l-impost fuq l-esportazzjoni ma jitħallasx fi żmien 30 jum minn dak li fih joħroġ l-avviż għall-ħlas.

Artikolu 12

Matul il-perjodi taż-żmien li fihom ir-rata ta’ l-impost li tapplika għal prodott mogħti tkun ogħla minn żero, il-liċenzji għall-importazzjoni ta’ dan il-prodott jistgħu jiġu kkanċellati u l-applikazzjonijiet għal dawn il-liċenzji rtirati, fuq it-talba tal-parti interessata, għajr fil-każijiet li ġejjin:

(a) il-liċenzja tispeċifika ammont tar-rifużjoni ffissat bil-quddiem jew stabbilit permezz ta’ proċedura għall-offerti;

(b) il-liċenzja tkun inħarġet bi tweġiba għal applikazzjoni ddepożitata fil-jum li fih kien japplika l-impost, bil-jum li fih l-applikazzjoni kienet iddepożitata stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [33];

(ċ) l-applikazzjoni kienet għal liċenzja koperta bil-(a) jew bil-(b).

F’dawn il-każijiet, il-garanzija li jkollha x’taqsam mal-liċenzja għandha tiġi rrilaxxata minnufih.

Artikolu 13

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 645/75 huwa hawnhekk imħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għall-Artikoli tar-Regolament l-imħassar għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 1989.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Jannar 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, ta' l-1.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 1.

[3] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[4] ĠU L 110, tad-29.4.1988, p. 27.

[5] ĠU L 231, ta' l-14.10.1971, p. 1.

[6] ĠU L 172, tas-27.6.1974, p. 9.

[7] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1.

[8] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 16.

[9] ĠU L 281, tad-9.11.1975, p. 57.

[10] ĠU L 94, tad-9.4.1986, p. 6.

[11] ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 82.

[12] ĠU L 303, tat-28.11.1977, p. 1.

[13] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 1.

[14] ĠU L 197, tas-26.7.1988, p. 27.

[15] ĠU L 166, tal-25.6.1976, p. 39.

[16] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[17] ĠU L 198, tas-26.7.1988, p. 21.

[18] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 26.

[19] ĠU L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4.

[20] ĠU L 201, tas-27.7.1988, p. 65.

[21] ĠU L 145, tat-30.5.1986, p. 8.

[22] ĠU L 67, ta' l-14.3.1975, p. 16.

[23] ĠU L 351, tat-12.12.1986, p. 1.

[24] ĠU L 201, tat-22.7.1987, p. 15.

[25] ĠU L 361, tad-29.12.1988, p. 2.

[26] ĠU L 107, tat-22.4.1987, p. 1.

[27] ĠU L 132, tat-28.5.1988, p. 67.

[28] ĠU L 351, ta' l-14.12.1987, p. 1.

[29] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[30] ĠU L 62, ta' l-10.3.1980, p. 5.

[31] ĠU L 38, tad-9.2.1977, p. 1.

[32] ĠU L 175, tat-12.7.1979, p. 1.

[33] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

It-tabella tal-korrelazzjoni

Ir-Regolament (KEE) Nru 645/75 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2(2) | |

L-Artikolu 2a | L-Artikolu 11 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

— | L-Artikolu 6 |

— | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 8(1) |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 9 | — |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 14 |

--------------------------------------------------

Top