Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R3846

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni ta' l-esportazzjoni

    ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/3846/oj

    31987R3846



    Official Journal L 366 , 24/12/1987 P. 0001 - 0062
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0019
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0019


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87

    tas-17 ta’ Diċembru 1987

    li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni ta' l-esportazzjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1900/87 [2], u b’mod partikolari bl-Artikolu 16 tat-Trattat, u d-disposizzjonijiet li jikkorrispondu tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli,

    Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [3], għandha tidħol fis-seħħ nomenklatura ta’ oġġetti magħquda, ibbażata fuq dik is-sistema armonizzata u li tissodisfa kemm it-Tariffa Doganali Komuni u l-ħtiġiet ta’ l-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Komunità, fl-1 ta’ Jannar 1988;

    Billi d-deskrizzjoni tal-prodott u n-numri ta’ tariffi li għandhom jintwerew fl-annessi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli għandha tiġi fformulata billi tintuża n-nomenklatura magħquda bħala bażi;

    Billi biex tiġi żgurata preżentazzjoni uniformi tal-listi ta’ prodotti agrikoli fuq liema jiġu mogħtija r-rifużjonijiet u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ dawn, għandha tiġi mfassla nomenklatura għall-prodotti agrikoli sabiex din tintuża b’konnessjoni mar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni;

    Billi huwa neċessarju f’ċerti każi, minħabba l-mod ta’ kif taħdem l-iskema tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, li jsiru sud-diviżjonijiet fin-nomenklatura magħquda; billi biex jiġu identifikati dawn is-sud-diviżjonijiet u sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar ta’ data li għandha x’taqsam ma’ prodotti li jaqgħu taħthom, għandhom jiġu mfassla kodiċijiet numeriċi bbażati fuq in-nomenklatura magħquda;

    Billi fejn tiġi stabbilita rifużjoni fuq xi prodotti li jaqgħu taħt sub-intestatura ta' nomenklatura magħquda, jeħtieġ, sabiex tinżamm nomenklatura koerenti għar-rifużjonijiet u sabiex ikun jista' jsir l-ipproċessar mill-kompjuter, li tissemma' wkoll il-parti tas-sub-intestatura tan-nomenklatura magħquda fir-rigward ta’ liema ma tkun stabbilita l-ebda rifużjoni;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitati amministrattivi rilevanti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'dan il-mezz qiegħda tiġi introdotta nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għall-użu b’konnessjoni mar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, minn hawn ’il quddiem issir referenza għaliha bħala ‘in-nomenklatura tar-rifużjoni’, ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda.

    In-nomenklatura tar-rifużjoni għandha tkun kif murija fl-Anness ta’ hawnhekk.

    Għandha tinkludi wkoll is-sud-diviżjonijiet addizzjonali għal dawk tan-nomenklatura magħquda, meħtieġa għad-deskrizzjoni ta’ l-oġġetti li għalihom jingħataw ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, u n-numri tal-kodiċi kif speċifikati fl-Artikolu 2.

    Artikolu 2

    1. Kull sub-intestatura tan-nomenklatura tar-rifużjoni għandha tkun ipprovduta b’kodiċi numerika ta’ ħdax-il ċifra konsekuttiva kif ġej:

    (a) l-ewwel tmien ċifri għandhom ikunu dawk tal-kodiċi numerika għas-sub-intestatura tan-nomenklatura magħquda relevanti;

    (b) id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il ċifra għandhom jidentifikaw is-sub-intestatura tan-nomenklatura tar-rifużjoni. Jekk sub-intestatura ta' nomenklatura magħquda ma tkunx sud-diviża aktar f’nomenklatura tar-rifużjoni l-aħħar tliet ċifri għandhom ikunu ‘000’;

    2. Fil-każ tat-tabakk, għandha tiġi miżjuda it-12-il figura mal-kodiċi tal-prodott meta jiġu ppubblikati l-ammonti tar-rifużjoni, għall-iskop li tiġi identifikata s-sena tal-ħsad.

    Artikolu 3

    In-nomenklatura tar-rifużjoni għandha tiġi użata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-miżuri tal-Komunità li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq prodotti agrikoli, u għandhom jiddaħħlu l-kodiċijiet numeriċi fuq id-dokumenti pprovduti għal dan l-iskop.

    L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu n-nomenklatura tar-rifużjoni ma’ nomenklaturi oħra.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-verżjoni sħiħa tan-nomenklatura tar-rifużjoni, kif issegwi mid-disposizzjonijiet regolatorji fuq l-arranġamenti ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli, jiġifieri biex tkun użata mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Diċembru 1987.

    Għall-Kummissjoni

    Franza Andriessen

    Il-Viċi-President

    [1] ĠU L 281, 1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 182, 3.7.1987, p. 40.

    [3] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    NOMENKLATURA TA' PRODOTTI AGRIKOLI GĦAR-RIFUŻJONIJIET TA’ L-ESPORTAZZJONI

    KONTENUT

    1. Dqiq, tħin oħxon bil-qoxra, tħin oħxon ta' ċereali, qamħ jew segala

    --------------------------------------------------

    Top