Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R1915

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1915/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE li jistabbilixxi l-organizzazjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

    ĠU L 183, 3.7.1987, p. 7–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/1915/oj

    31987R1915



    Official Journal L 183 , 03/07/1987 P. 0007 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0224
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 23 P. 0224


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1915/87

    tat-2 ta’ Lulju 1987

    li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE li jistabbilixxi l-organizzazjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 miġjub fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbbuġa għandha l-iskop li tipprovdi introjtu ġust lill-produtturi; billi, b’dankollu, bil-ħsieb li l-prospetti għad-disponiment taż-żejt taż-żebbuġa prodott fil-Komunità, għandu jkun hemm diżinċentiv għall-produzzjoni kull meta l-produzzjoni teċċedi l-kwantità li tkun stabbilita fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-suq; billi l-unità ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna li għandha titħallas għandha għalhekk tiġi mnaqqsa meta l-produzzjoni teċċedi il-kwantità massima stabbilita; billi għalhekk għandha titħassar id-dispożizzjoni li, għall-istess skop, tillimita ż-żoni tat-tkabbir taż-żebbuġ, li l-produzzjoni tiegħu hija eliġibbli għall-għajnuna fuq il-produzzjoni;

    Billi t-tnaqqis fil-għajnuna ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ produtturi żgħar ġaladarba dawn mhux soltu li jbiegħu ż-żejt taż-żebbuġa tagħhom fis-suq u, għalhekk, ma jikkontribwux għall-eċċessi fis-suq; Billi din il-miżura tiswa wkoll għall-immaniġġjar sod; Billi għandu wkoll isir possibbli li jiġi stabbilit livell ogħla ta’ l-għajnuna għal dawn il-produtturi;

    Billi l-esperjenza wriet li, meqjusa s-sitwazzjoni fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa, minflok li tinkoraġġixxi l-bejgħ fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa fid-dawl tal-ħtiġiet tas-suq, is-sistema ta’ żidiet ta’ kull xahar tfixkel id-disponiment normali tal-produzzjoni; billi żidiet ta’ kull xahar għandhom għalhekk ikunu mwaqqfa;

    Billi l-intervent għandu jipprovdi mezz ta’ sostenn dwar l-introjti tal-produtturi meta l-mekkaniżmi tas-suq ma jkunux jistgħu joperaw effettivament; billi t-tħollija ta’ l-operat ta’ l-intervent għas-sena tas-suq kollha jfixkel id-disponiment normali tal-prodott fis-suq; Billi l-intervent għandu għalhekk jkun illimitat għal ċerta parti mis-sena tas-suq;

    Billi, skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 136/66/KEE [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1454/86 [5], iż-żejt taż-żebbuġa mixtri għall-ħażna mill-aġenziji ta’ l-intervent għandu jkun offrut għall-bejgħ fis-suq tal-Komunità; billi l-esperjenza wriet li għandha ssir dispożizzjoni sabiex tħalli liż-żejt jkun dispost bħala rigal permezz ta’ parti mill-operati speċifiċi ta’ l-emerġenza bħala għajnuna ta’ l-ikel;

    Billi sabiex ikunu effettivi dawn l-operati għandhom ikunu implimentati bil-ħeffa; billi għandha għalhekk issir dispożizzjoni sabiex f’dawn il każi jiġu applikati l-proċeduri l-aktar xierqa; Billi, skond il-kondizzjonijiet preżenti tas-suq, iż-żerriegħa tal-lift u tal-ġirasol prodotti għandhom jiġu mibjugħa biss bħala intervent eċċezzjonalment;

    Billi, fl-interess tal-immaniġġjar sod tas-suq, huwa rakkomandabbli li jkun inkoraġġit il-bejgħ tal-produzzjoni lill-proċessuri u li jiġu evitati l-ispejjeż involuti mill-Komunità bħala riżultat ta’ transazzjonijiet spekulattivi; Billi x-xiri għall-ħażna għandu għalhekk jiġi ristrett għall-aħħar ftit xhur tas-sena tas-suq;

    Billi, bis-sistema ta’ kwantitajiet massimi garantiti ta’ żerriegħa tal-lift u tal-ġirasol li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 27a tar-Regolament Nru 136/66/KEE, l-eċċess tal-kwantitajiet imsemmija saħansitra bi ftit jista’ jnaqqas sostanzjalment l-ammot ta’ l-għajnuna pagabbli; Billi t-tqegħid ta’ limitu massimu fuq it-tnaqqis jista’ jimxi kontra l-għanijiet tas-sistema u jservi għal żieda fil-produzzjoni; Billi sabiex tiġi mtejba l-effettività tas-sistema huwa rakkomandabbli li jiżdied dan it-tnaqqis mis-sena tas-suq 1987/88;

    Billi, sabiex jitħaffef fil-prattika l-bejgħ fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa, huwa rakkomandabbli li jiġu aġġustati d-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet mogħtija fl-Anness mar-Regolament Nru 136/66/KEE; Billi, b’dankollu, għandu jkun hemm perjodu transitorju taż-żmien għad-dħul tad-dispożizzjonijiet il-ġodda;

    Billi sabiex jiġi mtejjeb il-bejgħ fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet u jiżdied il-qligħ fuqhom, għandha ssir dispożizzjoni għad-dħul ta’ livelli stabbiliti għall-bejgħ fis-suq; Billi l-Istati Membri għandhom idaħħlu miżuri ta’ kontroll bil-ħsieb li jassiguraw li jiġu mħarsa dawn il-livelli stabbiliti,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament Nru 136/66/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. Artikolu 5(1) u (2) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "1. Għandha tiddaħħal għajnuna fuq il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Il-għajnuna hija mfassla sabiex tgħin li jiġi stabbilit introjtu ġust għall-produtturi.

    Qabel l-1 ta’ Awissu ta’ kull sena l-Kunsill għandu, fir-rigward is-sena tas-suq li tibda fis-sena kalendarja segwenti, jiffissa l-unità ta’ l-ammont għall-għajnuna fuq il-produzzjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita f’Artikolu 43(2) tat-Trattat. Ammont separat ta’ l-unità jista’ jiġi fissat għall-produtturi li l-produzzjoni medja tagħhom ma teċċedix il-200 kilogramma ta’ żejt fis-sena.

    B’mod konformi ma’ din il-proċdura il-Kunsill għandu, rigward perjodu speċifikat taż-żmien li l-ewwel perjodu ta’ dan iż-żmien ikun dak kopert bis-snin tas-suq mill-1987/88 sa l-1990/91, jiffissa l-kwantità massima taż-żejt taż-żebbuġa li għaliha għandha titħallas l-għajnuna. Il-kwantità massima għandha tiġi fissata fl-istess waqt bħall-għajnuna għall-ewwel sena tas-suq tal-perjodu taż-żmien ikkonċernat.

    Il-għajnuna għandha tiġi fissata billi jitqies l-effett ta’ l-għajnuna għall-konsum li hemm referenza dwarha f’Artikolu 11 fuq parti mill-produzzjoni biss. Il-kwantità massima taż-żejt taż-żebbuġa li għaliha tiġi mħallsa l-għajnuna għandha partikolarment tagħti kas tal-produzzjoni medja matul perjodu taż-żmien ta’ riferenza u l-livell kwantitattiv li, jkun jinħass, li għandha tikseb il-produzzjoni.

    Jekk il-kwantita attwali prodotta matul is-sena tas-suq:

    (a) tkun anqas mill-kwantità massima stabbilita għal dik is-sena tas-suq flimkien ma’ kull kwantità mwassla mis-sena ta’ qabel kif deskritt hawn taħt, id-differenza għandha titwassal u tkun miżjuda mal-kwantità massima li għaliha l-ammont ta’ l-unità ta’ l-għajnuna għandha titħallas fis-sena tas-suq segwenti;

    (b) teċċedi l-kwantità massima stabbilita għal dik is-sena tas-suq flimkien ma’ kull kwantità mwassla, l-ammont ta’ l-unità ta’ l-għajnuna pagabbli għal kull 100 kilogramma ta’ żejt attwalment prodott għandha tkun immoltiplikat b’koeffiċjent miksub bid-diviżjoni tal-kwantità massima, flimkien ma’ kull kwantità mwassla mis-sena ta’ qabel kif deskritt hawn fuq, bil-kwantità attwali eliġibbli għall-għajnuna.

    B’dana kollu, l-ammont ta’ l-unità ta’ l-għajnuna pagabbli lill-produtturi li l-produzzjoni medja tagħhom taż-żejt taż-żebbuġa hija ta’ 200 kilogramma jew anqas f’kull sena tas-suq m’għandux ikun immoltiplikat b’dan il-koeffiċjent.

    2. Il-għajnuna għandha tkun mogħtija:

    - lill-produtturi li huma membri ta’ grupp ta’ produtturi rikonoxxut skond dan ir-Regolament, u li għandhom produzzjoni medja ta’ mill-inqas 200 kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa f’kull sena tas-suq, fuq il-bażi tal-kwantità taż-żejt taż-żebbuġa attwalment prodotta minnhom,

    - lil koltivaturi oħra, fuq il-bażi tan-numru u l-potenzjal tal-produzzjoni tas-siġar taż-żebbuġ imkabbra minnhom u r-riżultati tal-produzzjoni ta’ dawn is-siġar, kif stabbiliti b’mod konformi mal-metodu ta’ livell stabbilit u basta iżda li ż-żebbuġ prodott ikun attwalment ġie miġbur."

    2. Artikolu 10 huwa mħassar.

    3. F’Artikolu 12(1) l-ewwel sentenza hija mibdula b’dan li ġej:

    "L-aġenziji ta’ l-intervent innominati mill-Istati Membri produtturi għandhom, f’Lulju, f’Awissu, f’Settembru u f’Ottubru ta’ kull sena tas-suq, jixtru għall-ħażna, b’mod konformi mar-regoli adottati skond il-paragrafu 4, żejt taż-żebbuġa ta’ oriġini Komunitarju li jiġi offrut lilhom minn produtturi jew gruppi tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti skond ir-Regolament (KEE) Nru 1360/78 f’ċentri ta’ l-intervent fiż-żoni tal-produzzjoni."

    4. Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal f’Artikolu 12:

    "2a. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 jista’ jiġi deċiż li ċerti kwantitajiet taż-żejt taż-żebbuġa f’ħażna ta’ l-intervent jiġi wżat bħala rigal, bħala parti mill-operati speċifiċi ta’ solliev ta’ emerġenza. Id-deċiżjoni kkonċernata tista’ wkoll tispeċifika l-kondizzjonijiet li japplikaw rigward il-proċessar u l-provvista lill-benefiċjarji."

    5. Artikolu 12(4) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "4. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu partikolarment dawk li jirrigwardaw id-deċiżjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2a u n-nomina taċ-ċentri ta’ l-intervent għandhom ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura li hemm provediment dwarha f’Artikolu 38."

    6. L-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 25 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Sabiex jiffaċilita li l-bejgħ ikun imqassam, il-prezz tal-mira u l-prezz ta’ l-intervent għandhom jiġu miżjuda kull xahar, għal perjodu taż-żmien ta’ mill-inqas ħames xhur li jibdew mal-ħames xahar tas-sena tas-suq għaż-żerriegħa tal-kolza u tal-lift u mar-raba’ xahar għaż-żerriegħa tal-ġirasol, b’ammont li għandu jkun l-istess għaż-żewġ prezzijiet."

    7. L-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 26(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

    "1. Meta l-prezz Komunitarju tas-suq għaż-żerriegħa f’dan il-każ ikun anqas mill-prezz ta’ l-intervent, jew, meta xieraq, imnaqqas skond Artikolu 27a, l-aġenzija ta’ l-intervent, tista’, mill-1 ta’ Ottubru u sal-31 ta’ Mejju u skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-paragrafi 2 u 3, tixtri għall-ħażna żerriegħa ta’ l-oriġini Komunitarju offruta lilha fiċ-ċentri ta’ l-intervent. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijit ta’ Artikolu 27a, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tixtri għall-ħażna għal 94 % tal-prezz ta’ l-intervent."

    8. Artikolu 27a huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 27a

    1. Il-Kunsill għandu, billi jaġixxi b’mod konformi mal-proċedura stabbilita f’Artikolu 43(2) tat-Trattat, jiffissa, għal kull sena tas-suq li jibdew mis-sena 1986/87, il-kwantitajiet massimi garantiti għaż-żerriegħa tal-lift prodotta fil-Komunità u għaż-żerriegħa tal-ġirasol prodotta fil-Komunità.

    2. Il-kwantitajiet massimi garantiti għaż-żerriegħa tal-lift u tal-ġirasol għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tal-kwantitajiet prodotti matul perjodu taż-żmien ta’ riferenza u l-livell antiċipat tad-domanda.

    3. Meta l-estimi tal-produzzjoni taż-żerriegħa tal-lift jew tal-ġirasol magħmula qabel il-bidu tas-sena tas-suq jeċċedi, fir-rigward tas-sena tas-suq involuta, il-kwantità massima garantita għaż-żerriegħa kkonċernata, il-għajnuna għandha tiġi mnaqqsa b’ammont egwali b’effett fuq il-prezz tal-mira ta’ koeffiċjent li jirrifletti l-kobor tad-differenza.

    B’dankollu, għas-sena tas-suq 1987/88, dan it-tnaqqis fl-ammont ta’ l-għajnuna fuq il-produzzjoni ma jistax ikun akbar minn 10 % tal-prezz tal-mira.

    Billi d-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel paragrafu ma għandhomx inaqqsu l-għajnuna bl-istess ammont, jekk ikunu ġew applikati għall-kwantità attwalmwent prodotta minflok fuq l-estimi magħmul fil-bidu tas-sena tas-suq, il-kwantità massima garantita għas-sena tas-suq segwenti għandha tiġi aġġustata kif jixraq.

    4. Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, il-prezz tax-xiri għall-ħażna għandu jiġi mnaqqas bl-istess ammont daqs il-għajnuna.

    5. Il-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli sabiex jistabbilixxi l-koeffiċjent li hemm referenza dwaru fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.

    6. It-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita f’Artikolu 38."

    9. Artikolu 35 huwa mibdul b’dan li ġej:

    "Artikolu 35

    1. L-użu tad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mill-bieba magħsura taż-żebbuġ iddikjarati fl-Anness għandu jkun obbligatorju rigward il-bejgħ fis-suq tal-prodotti involuti ġewwa kull Stat Membru, fil-kummerċ ġewwa l-Komunità u fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

    2. Biss dak iż-żejt kif hemm referenza dwaru fil-punti 1 (a) u (b), 3 u 6 ta’ l-Anness jista’ jkun innegozjat fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut.

    3. Sal-31 ta’ Diċembru 1989, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw:

    - għall-għanijiet tal-bejgħ fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mil-lbieba magħsura taż-żebbuġ ġewwa t-territorju tagħhom, l-użu tad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet li huma pprattikat f’kull wieħed mill-Istati Membri sal-31 ta’ Ottubru 1987,

    - fil-każ taż-żejt li hemm referenza dwaru fil-punt 3 ta’ l-Anness, intiż għall-esportazzjoni, l-użu ta’ "żejt pur taż-żebbuġa".

    4. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jemenda d-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijier kif stabiliti fl-Anness.

    5. Jekk jinqalgħu diffikultajiet ġewwa l-Komunità rigward il-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Anness, deċiżjoni tista’ tittieħed b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu sabiex tittawwal id-data tal-31 ta’ Diċembru 1989 kif stabilita fil-paragrafu 3 għal wieħed jew numru mill-prodotti f’dan il-każ. Din l-estensjoni ma tistax teċċedi sentejn."

    10. L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

    "Artikolu 35a

    1. Il-livelli stabbiliti għall-bejgħ fis-suq partikolarment il-gradazzjoni għall-kwalità, l-ippakkjar u l-preżentazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti fir-rigward il-prodotti li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1.

    Meta dawn l-istandards ikunu stabiliti, il-prodotti li għalihom japplikaw jistgħu jiġu mibjugħa fis-suq biss b’mod konformi ma’ dawk l-istandards.

    2. L-Istati Membri għandhom, fil-każ tal-prodotti li huma soġġetti għall-standards tal-bejgħ fis-suq, jivverifikaw jekk dawk il-prodotti jkunux konformi mal-istandrads msemmija. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti li jkunu daħħlu bil-għan li japplikaw dan il-paragrafu.

    3. L-istandards għall-bejgħ fis-suq għandhom ikunu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita f’Artikolu 38. Għandhom iqisu l-ħtiġiet tal-produzzjoni teknika u tal-bejgħ fis-suq u t-tibdil fil-metodi wżati sabiex jistabbilixxu l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu u, meta applikabbli, il-metodi ta’ l-analiżi li jridu jiġu wżati, b’mod konformi ma’ l-istess proċedura."

    11. L-anness huwa mibdul bl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu jibda japplika:

    - mill-1 ta’ Lulju 1987 fil-każ taż-żerriegħa tal-lift,

    - mill-1 ta’ Awissu 1987 fil-każ taż-żerriegħa tal-ġirasol,

    - mill-1 ta’ Novembru 1987 fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Lulju 1987.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. E. Tygesen

    [1] ĠU C 89, tat-3.4.1987, p. 19.

    [2] ĠU C 156, tal-15.6.1987.

    [3] ĠU C 150, tad-9.6.1987, p. 8.

    [4] ĠU C 172, tat-30.8.1966, p. 3025/66.

    [5] ĠU L 133, tal-21.5.1986, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Id-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut taż-żebbuġa u taż-żjut mill-ilbieba taż-żebbuġa li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 35

    1. Żejt verġni taż-żebbuġa: żjut li huma akwistati mil-frott tas-siġra taż-żebbuġ b’meżżi mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħrajn permezz tal-kondizzjonijiet, partikolarment kondizzjonijiet termiċi, li ma jwasslux għad-deterjorazzjoni taż-żejt, u li ma jkunx għadda mill-ebda trattament apparti milli l-ħasil, t-tbattil, ċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni, esklużi żjut akwistati permezz ta’ solventi jew bi ri-esterifikazzjoni u taħlitiet ta’ zejt taż-żebbuġa ma żjut oħrajn.

    Il-klasifikazzjoni u d-deskrizzjoni tagħhom hija kif ġej:

    (a) żejt extra verġni taż-żebbuġa: żejt verġni taż-żebbuġa assolutament b’togħma perfetta, b’kontenut aċiduż, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 1 g kull 100 g;

    (b) żejt verġni taż-żebbuġa (l-espresjoni "fin" tista tintuża fl-istadju tal-produzzjoni jew tal-bejgħ bl-ingrossa): żejt verġni taż-żebuġa ta’ togħma perfetta, b’kontenut aċiduż, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 2 g kull 100 g;

    (ċ) żejt ordinarju verġni taż-żebbuġa: żejt verġni taż-żebbuġa b’togħma perfetta, b’kontenut aċiduż, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 3,3 g kull 100 g;

    (d) Żejt lampanti verġni taż-żebbuġa: żejt verġni taż-żebuġa kemm xejn il-barra mit-togħma, b’kontenut aċiduż, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 3,3 g kull 100 g.

    2. Żejt raffinat taż-żebbuġa: żejt taż-żebbuġa akwistat bir-raffinar taż-żjut verġni taż-żebbuġa, b’kontenut aċiduż, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 0,5 g kull 100 g.

    3. Żejt taż-żebbuġa: żejt li jikkonsisti f’taħlita ta’ żejt raffinat taż-żebbuġa u żjut verġni taż-żebbuġa, apparti milli żejt lampanti verġni taż-żebbuġa, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 1,5 g kull 100 g.

    4. Żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa mhux maħdum: żejt akwistat bit-trattament tar-residwi taż-żebbuġ b’solventi, imma eskluzi ż-żjut akwistati bil- ri-esterifikazzjoni u taħlitiet ta’ żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa mhux maħdum u żjut oħrajn.

    5. Żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa raffinat: żejt akwistat mir-raffinar taż-żejt mill-ilbieba taż-żebbuġa mhux maħdum b’kontenut ta’ aċidu, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 0,5 g kull 100 g.

    6. Żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ: żejt li jikkonsisti f’taħlitiet ta’ żejt mill-ilbieba taż-żebbuġ u żjut verġni taż-żebbuġa apparti milli żejt verġni lampanti taż-żebbuġa, b’kontenut ta’ aċidu, espress bħala aċidu olejku, ta’ mhux aktar minn 1,5 g kull 100 g.

    --------------------------------------------------

    Top