Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 31987L0489
Council Directive 87/489/EEC of 22 September 1987 amending Directives 64/432/EEC and 72/461/EEC as regards certain measures relating to swine fever
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1987 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri; li jirrigwardaw id-deni tal-majjali
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1987 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri; li jirrigwardaw id-deni tal-majjali
ĠU L 280, 3.10.1987, p. 28—29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
Já não está em vigor
Official Journal L 280 , 03/10/1987 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0158
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1987 li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri; li jirrigwardaw id-deni tal-majjali (87/489/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/231/KEE tas-7 ta' April 1987 li temenda, fir-rigward ta' ċerti miżuri li jirrigwardaw id-deni tal-majjali, id-Direttivi 64/432/KEE u 72/461/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4], Billi skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 87/230/KEE [5] il-Kunsill għandu jiddeċiedi partikolarment dwar il-miżuri neċessarji li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri sabiex tiġi sodisfatta l-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-majjali fil-Komunita: billi dawn il-miżuri probabbilment ikollhom riperkussjonijiet fuq is-sett sħiħ ta' regolamenti Komunitarji adottati sad-data preżenti fir-rigward ta' problemi ta' politika tas-saħha ta' l-annimali fil-kummerċ ta' annimali u laħam; billi sabiex tiġi garantita l-effettività ta' dawn il-miżuri, id-disposizzjonijiet ta' dawn ir-regolamenti għandhom jiġu emendati kif approprjat; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju f'annimali bovini u majjal [6] ddefinit il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward ta' deni klassiku tal-majjali minn majjali ħajjin intiżi għall-Kummerċ intra-Komunitarju; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 72/461/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi ta' saħħa li jaffetwaw il-Kummerċ intra-Komunitarju f'laħam frisk [7] tiddefinixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti fir-rigward tad-deni klassiku tal-majjali minn laħam frisk tal-majjal intiż għall-kummerċ intra-Komunitarju; Billi, bħala riżultat ta' programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-majjali introdott fil-qasam ta' miżura Komunitarja, xi Stati Membri qerdu totalment il-marda u jistgħu jiddikjaraw li huma uffiċjalment liberi mid-deni klassiku tal-majjali; billi għandhom għalhekk jingħataw il-possibbiltà li jmantnu l-istatus li huma akkwistaw u li jipprevjenu li terġa' tfaqqa' l-marda fit-territorju tagħhom billi jsaħħu salvagwardji li huma jgawdu fir-rigward tal-kummerċ fil-prodotti kkonċernati, in vista ta' l-effetti kuntrarji ta' din il-marda fuq il-produzzjoni ta' merħliet tal-majjali fuq l-introjtu ta' dawk li jaħdmu f'dan is-settur, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 64/432/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Fit-tmiem ta' l-Artikolu 2 (p), it-tieni inċiż, u (q), it-tieni subparagrafu, 'għal mill-inqas it-12-il xahar preċedenti' huwa miżjud. 2. Fl-Artikolu 4b (1) (ċ), ir-raba' u l-ħames linji, 'jaġixxi unanimament' huwa sostitwita b' 'jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata'. 3. L-Artikolu 4b (2) huwa sostitwit b' li ġej "2. Dan l-Artikolu japplika sal-31 ta' Diċembru 1991. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1991 rapport dwar il-mod li bih is-sitwazzjoni żviluppat, partikolarment fir-rigward tal-kummerċ, akkumpanjat, fir-rigward tad-deni tal-majjali, minn proposti approprjati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq dawn il-proposti sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1991." 4. Fl-Artikolu 7 (1) - fil-punt (f) '31 ta' Diċembru 1988' huwa sostitwit b' '31 ta' Diċembru 1991 - fil-punt (g), ir-referenza għall-Artikolu 3 (3) (e) hija sostitwita b'referenza għall-Artikolu 3 (3) (d) Artikolu 2 L-Artikolu 13a tad-Direttiva 72/461/KEE huwa hawnhekk emendat kif ġej: - fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, t-tielet linja, 'f' biċċeriji li fihom majjali mlaqqma' hija sostitwita b' 'f' biċċeriji li fihom majjali ġew imlaqqma fit-12-il xahar preċedenti - fil-paragrafu 2, 'jaġixxi unanimament' huwa sostitwit b' 'jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata - fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tielet subparagrafi, 'il-31 ta' Diċembru 1988' huwa sostitwit bil- '31 ta' Diċembru 1991 Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1988 u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula Brussel, it-22 ta' Settembru 1987. Għall-Kunsill Il-President L. Tørnæs [1] ĠU L 99, tal-11.4.1987, p. 18. [2] ĠU C 295, tal-21.11.1986, p. 5. [3] ĠU C 76, tat-23.3.1987, p. 169. [4] ĠU C 83, tat-30.3.1987, p. 3. [5] ĠU L 99, tal-11.4.1987, p. 16. [6] ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64. [7] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. --------------------------------------------------