EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3719

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/85 tas-27 ta' Diċembru, 1985 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll dwar l-attivitajiet ta' sajd minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor minbarra Spanja fl-ilmijiet Portugiżi

ĠU L 360, 31.12.1985, p. 26–28 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3719/oj

31985R3719



Official Journal L 360 , 31/12/1985 P. 0026 - 0028
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0096
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0121
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0096
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0121


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/85

tas-27 ta' Diċembru, 1985

li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll dwar l-attivitajiet ta' sajd minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor minbarra Spanja fl-ilmijiet Portugiżi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugal u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 351(5) u (6) tiegħu,

Billi għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri tekniċi sabiex tittieħed id-deċizjoni u ssir is-sorveljanza tal-bastimenti ta' l-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugal li jistgħu jistadu fl-istess ħin fl-ibħra tal-Portugal;

Billi l-Att ta' Adeżjoni jagħti l-lista ta' bastimenti li għandhom il-permess minbarra d-disposizzjonijiet li hemm fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 tad-29 ta' Ġunju 1982, li jwaqqaf ċerti miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet ta' qbid ta' ħut minn bastimenti ta' l-Istati Membri [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1729/83 [2].

Billi, konformi mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 351(2) ta' l-Att ta' Sħubija, sa mill-1 ta' Jannar 1986, l-attivitajiet speċjalizzati ta' sajd li hemm imsemmija f'dak l-Artikolu għandhom isiru skond l-istess proċeduri ta' kontroll bħal dawk li hemm imsemmija għal bastimenti Spanjoli li għandhom il-permess jistadu fl-ilmijiet ta' l-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall;

Billi huwa għalhekk bżonnjuż li jkunu adottati ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi li għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 171/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi ta' sajd [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3625/84 [4];

Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Sħubija l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 352 ta' l-Att, miżuri bħal dawn li jidħlu fis-seħħ bla ħsara u fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat;

Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni tar-Riżorsi tas-Sajd ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri tekniċi u ta’ kontroll hawnhekk iżjed ’il quddiem stabbiliti għandhom jgħoddu, fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità tal-ġurisdizzjoni tal-Portugall għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor salv Spanja.

Artikolu 2

1. Ta’ kull sena, u mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta' sajd awtorizzat ikkonċernat, l-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall ser jibagħtu lill-Kummissjoni l-listi ta' bastimenti li jistgħu jwettqu l-attivitajiet ta' sajd speċjalizzat li hemm imsemmija fl-Artikolu 351(2) u (3) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

Lista separata ser tintbagħat lill-kull wieħed mit-tipi li ġejjin:

- bastimenti li qiegħdin jistadu għat-tonn alonga u li jrejxu biss,

- bastimenti ta' sajd għal tonn tropikali li jużaw xbiek tat-tonn biss,

- bastimenti ta' sajd għal speċi ta' tonn minbarra l-alongi u tonn tropikali u li jrejxu biss.

2. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jerġgħu eżaminati b'effett mill-ewwel jum ta' kull xahar, u kull tibdil għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill 15-il jum tax-xahar ta' qabel.

3. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 ser jagħtu t-tagħrif li ġej dwar kull bastiment:

- l-isem tal-bastiment,

- in-numru ta' reġistrazzjoni,

- l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni fuq barra,

- il-port tar-reġistrazzjoni,

- l-isem jew l-ismijiet, l-indirizz jew l-indirizzi tas-sid jew is-sidien jew ta' min jikri u jekk is-sid ikun persuna legali jew sħubija, ir-rapprezentant jew rappreżentanti tiegħu),

- it-tunnelaġġ gross u t-tul kollu,

- is-saħħa tal-makna,

- is-sinjal tas-sejħa u l-frekwenza tar-radju.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall għandhom iħejju, għal kull tip ta' sajd imsemmi fl-Artikolu 2, il-proposti għal-listi perjodiċi li jispeċifikaw il-bastimenti li jistgħu jistadu fl-istess ħin skond l-Artikolu 351(2) u (3) ta' l-Att ta' Sħubija.

Il-listi abbozz għandhom jispeċifikaw in-numru ta' bastimenti li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti ta' kull sena mill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 351(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

Il-proposti ser jintbagħtu lill-Kummissjoni ta' l-inqas 15-il jum qabel il-bidu ta' l-istaġun ta' sajd; il-lista ta' bastimenti ta' sajd għall-alongi ser tkopri l-perjodu ta' mhux anqas minn xahar u mhux aktar minn tmint ijiem bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Awwissu, il-listi ta' bastimenti ta' sajd għat-tonn tropikali u t-thunnidae oħra ser tkopri l-perjodu ta' mhux anqas minn xahrejn.

2. Kull waħda mil-listi perjodiċi għandha tagħti l-informazzjoni li ġejja dwar kull bastiment:

- l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment,

- is-sinjal tas-sejħa,

- l-isem jew l-ismijiet u l-indirizz jew l-indirizzi tas-sid jew sidien u, jekk is-sid ikun kumpanija jew sħubija, ir-rappreżentanti tiegħu,

- il-perjodu li għalih qiegħed jintalab permess għas-sajd,

- il-metodu ta'sajd magħżul,

- il-post magħżul għas-sajd.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti msemmija fil-paragrafu 1 u għandha tapprova l-listi perjodiċi, li hi għandha tibgħat lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri konċernati u lill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti Portugiżi ta' l-inqas erbat ijiem ta' xogħol qabel id-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

4. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni li tbiddel il-bastiment li jkun jidher fuq il-lista perjodika iżda li ma jkunx jista’, minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri, li juża l-liċenzja ta' sajd matul il-perjodu speċifikat, jew xi parti oħra tiegħu li, fejn il-lista perjodika jkun fiha anqas bastimenti minn numru massimu awtorizzat biex jistadu fl-istess ħin, sabiex iżżid bastiment jew bastimenti, sakemm l-imsemmi numru massimu ma jinqabiżx.

Kull bastiment mibdul jew miżjud għandu jitniżżel fil-listi msemmija fl-Artikolu 2.

Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tavża dwar kull tibdil fil-listi perjodiċi lill-awtoritajiet ta' kontroll kompetenti Portugiżi u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

L-ebda bastiment sostitut jew bastiment miżjud ma jista’ jkollu l-permess li jistad sal-jum indikat mill-Kummissjoni fl-avviz tagħha.

Artikolu 4

Il-bastimenti li jistadu għat-tonn ma jistgħux iżommu ħut jew prodotti ta' ħut minbarra Thunnidae, bl-eċċezjoni ta' inċova maħsuba għal użu bħala lixka ħajja.

Artikolu 5

Is-sajjieda, jew jekk ikun hemm bżonn, is-sidien tal-bastimenti awtorizzati li jistadu għandhom iħarsu il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (KEE) Nru 171/83, il-miżuri tekniċi li ġejjin għandhom jgħoddu għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru minbarra Spanja u l-Portugal:

(a) mhux ser jingħata permess għall-użu ta' xbieki tal-garġi;

(b) il-bastimenti m'għandhomx iżommu apparat għas-sajd minbarra dak li hemm bżonn għat-tip ta' sajd li huma għandhom il-permess li jagħmlu;

(ċ) kull bastiment li jistad bil-knuz m'għandux jitfa’ aktar minn żewġ knuz kull ġurnata, it-tul massimu ta' kull wieħed minn dawn il-knuz għandu jkun ta' 20 mil nawtiku, id-distanza bejn il-friegħi m'għandhiex tkun anqas minn 2,70 m.

Artikolu 7

L-Istati Membri minbarra Spanja u l-Portugall għandhom javżaw lill-Kummissjoni, qabel il 15-il jum ta' kull xahar, dwar il-kwantità tal-qabda ta' kull bastiment ta' tonn u l-kwantitajiet li twasslu l-art minn dawn il-bastimenti f'kull port matul ix-xahar ta' qabel.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 27 Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 220, tad-29.7.1982, pġ. 1.

[2] ĠU L 169, tat-28.7.1983, pġ. 14.

[3] ĠU L 24, tas-27.1.1983, pġ. 14.

[4] ĠU L 335, tat-22.12.1984, pġ. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI LI MAGĦHOM GĦANDHOM JIKKONFORMAW IL-BASTIMENTI TA' L-ISTATI MEMBRI MINBARRA SPANJA U L-PORTUGALL LI GĦANDHOM IL-PERMESS JISTADU FL-IBĦRA PORTUGIŻI

1. Kopja ta' dawn il-kondizzjonijiet speċjali għandha tinżamm fuq il-bastiment.

2. L-ittri ta' identifikazzjoni fuq barra u n-numri tal-bastiment liċenzjat għandhom ikunu jidhru b'mod ċar fuq il-pruwa tal-bastiment fuq iż-żewġ naħat u fuq kull naħa tal-parti ta' fuq fejn ikunu jistgħu jidhru bl-aħjar mod.

L-ittri u n-numri għandhom ikunu miżbugħa f'kulur li jkun differenti minn dak tal-buq jew il-parti ta' fuq u m’għandhomx ikunu mħassra, mibdula, miksija jew oskurati b’ kull mod ieħor.

--------------------------------------------------

Top