This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31985R3520
Council Regulation (ECSC, EEC, Euratom) No 3520/85 of 12 December 1985 amending Regulation (Euratom, ECSC, EEC) No 549/69 determining the categories of officials and other servants of the European Communities to whom the provisions of Article 12, the second paragraph of Article 13 and Article 14 of the Protocol on the Privileges and Immunities of the Communities apply
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3520/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropei li għalihom id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3520/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropei li għalihom id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw
ĠU L 335, 13.12.1985, p. 60–60
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 335 , 13/12/1985 P. 0060 - 0060
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0057
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 5 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0057
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 5 P. 0033
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 3520/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jemenda r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropei li għalihom id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 28 tiegħu, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 16 u 22 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, Billi r-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2152/82 [3], għandu jiġi emendat sabiex iqis dawn ir-Regolamenti li ġejjin: - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85 tad-19 ta' Ġunju 1985 li jdaħħal miżuri speċjali u temporanji sabiex jintemmu s-servizzi ta' ċerti uffiċjali fis-servizzi xjentifiċi u tekniċi tal-Komunitajiet Ewropei [4], - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85 tas-17 ta' Settembru 1985 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra [5], - Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3518/85 tat-12 ta' Diċembru 1985 li jdaħħal miżuri speċjali sabiex jintemmu is-servizzi ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall [6]. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 "(i) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85, (j) dawk li huma intitolati għall-benefiċċju tal-qagħad previst taħt l-Artikolu 28a tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra kif jirriżulta mill-Artikolu 33 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85, (k) dawk li huma intitolati għall-allowance prevista fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizz taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEFA, EEC, Euratom) Nru 3518/85," Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan għandu japplika mid-data li fiha r-Regolamenti rispettivi msemmija fl-Artikolu 1 jidħlu fis-seħħ. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 1985. Għall-Kunsill Il-President R. Goebbels [1] ĠU C 229, tad-9.9.1985, pġ. 97. [2] ĠU L 74, tas-27.3.1969, pġ. 1. [3] ĠU L 228, ta' l-4.8.1982, pġ. 5. [4] ĠU L 162, tal-21.6.1985, pġ. 1. [5] ĠU L 265, tat-8.10.1985, pġ. 1. [6] Ara p. 56 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------