EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985L0038

Id-Direttiva Tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 1984. li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf

ĠU L 16, 19.1.1985, p. 41–42 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1985/38/oj

31985L0038



Official Journal L 016 , 19/01/1985 P. 0041 - 0042
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0113
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 33 P. 0113
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0101
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0101


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Diċembru 1984.

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf

(85/38/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti għall-għalf [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 82/287/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 21a tagħha,

Billi, fid-dawl ta’ l-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku, l-Annessi I u II għad-Direttiva 66/401/KEE għandhom jiġu emendati għar-raġunijiet elenkati minn hawn’ l quddiem;

Billi huwa magħruf sewwa, fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ varjetajiet ta’ mellieġ taz-zokk lixx (Poapratensis L.), li l-purità tal-varjetajiet tista tkun eżaminata aktar faċilment milli f’varjetajiet oħra; billi, għalhekk, il-livelli ta’ tolleranza speċifiċi għall-purità tal-varjetajiet diġa ġew stabbiliti għal dan it-tip fl-Anness II tad-Direttiva msemmija qabel;

Billi n-normi tal-purità fil-varjeta applikabbli għall-mellieġ biz-zokk lixx kif ukoll il-proċedura sabiex tiġi eżaminata għas-sodisfazzjon tagħhom għandhom jiġu aġġustati b’tali mod li tiġi eliminata xi diskriminazzjoni possibli bejn it-tipi differenti tal-varjetajiet, sabiex jingħataw referenzi għall-ispezzjonijiet fuq il-post fil-każi kollha u sabiex jittieħed akkont tal-prattiċi taċ-ċertifikazzjoni attwali;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjali tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej:

1. Fit-tabella fil-paragrafu 2, "il-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "il-varjetajiet ta’ Poa pratensis li hemm referenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4".

2. Fit-tieni sentenza tal-paragrafu 4, "jew tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "jew ta’ Poa pratensis".

3. Fil-paragrafu 4, dan li ġej huwa miżjud wara t-tieni sentenza:

"Fil-każ tal-Poa pratensis, in-numru ta’ pjanti ta’ l-ispeċi ta’ l-uċuħ li jintgħarfu bħala li ovvjament ma jkunux jappartienu għall-varjetà m’għandux jeċċedi:

- wieħed kull 20 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika,

- erbgħa kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċċertifikata;

Madankollu, fil-każ tal-varjetajiet li jkunu uffiċjalment ikklassifikati bħala "varjetajiet apomiktiċi uniklonali" permezz tal-proċeduri mifthiema, in-numru ta’ pjanti li jintagħrfu bħala li jkunu jappartienu għall-varjetà, li ma jeċċedux sitta kull 10 m, jista jitqies bħala li jissodisfa n-normi msemmija qabel għall-prodotti taż-żerriegħa ċċertifikata.

Ma’ l-applikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu ikunu awtorizzati, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21, li jwettqu estimi tas-sodisfazzjon tan-normi tal-purità tal-varjeta fil-każ ta’ l-uċuħ ta’ Poa pratensis li jkunu jappartienu għal dawn il-varjetajiet mhux biss fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni fuq il-post imwettqa bi qbil mal-paragrafu 6 ta’ l-Anness I, fejn ikun hemm xiehda li konformità man-normi tal-purità tal-varjetajiet stabbilita fl-Anness II tkun assigurat permezz ta’ testijiet xierqa taż-żerriegħa jew permezz ta’ mezzi addattati oħra."

4. Fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 4, "u tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mħassar.

L-Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej

1. Fl-ewwel inċiż tat-tieni sentenza tal-paragrafu 1 tat-Taqsima I, "Poa spp, varjetajiet apomiktiċi uniklonali" huwa sostitwit bi "Poa pratensis, varjetajiet li ssir riferenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4 ta’ l-Anness I".

2. Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tat-Taqsima II, "u tal-varjetajiet apomiktiċi uniklonali tal-Poa spp" huwa mibdul bi "u tal-varjetajiet tal-Poa pratensis li ssir riferenza dwarhom fit-tieni parti tat-tielet sentenza tal-paragrafu 4 ta’ l-Anness I".

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1986. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[2] ĠU L 131, tat-13.5.1982, p. 24.

--------------------------------------------------

Top