Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1591

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1591/84 ta' l-4 ta' Ġunju 1984 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea minn-naħa l-waħda, u l-Ftehim ta' Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu – il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Peru u l-Venezwela - min-naħa l-oħra

    ĠU L 153, 8.6.1984, p. 1–1 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1591/oj

    Related international agreement

    31984R1591



    Official Journal L 153 , 08/06/1984 P. 0001 - 0001
    Spanish special edition: Chapter 11 Volume 20 P. 0083
    Portuguese special edition Chapter 11 Volume 20 P. 0083


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1591/84

    ta' l-4 ta' Ġunju 1984

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea minn-naħa l-waħda, u l-Ftehim ta' Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu – il-Bolivja, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Peru u l-Venezwela - min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 113 u 235 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi l-Komunità għandha tapprova, għall-kisba ta' l-għanijiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet ekonomiċi esterni, il-Ftehim ta' Koperazzjoni mal-Ftehim ta' Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu;

    Billi ċertu forom ta' koperazzjoni ekonomika prevista mill-Ftehim jeċċedu l-poteri ta' azzjoni speċifikati fl-oqsma tal-politika kummerċjali komuni,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Ftehim ta' Kartaġena u l-pajjiżi membri tiegħu qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim ta' Koperazzjoni huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 ta' dan il-Ftehim [3].

    Artikolu 3

    Il-Komunità għandha tkun rappreżentata, fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni, stabbilit bl-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni, mill-Kummissjoni assistita minn rappreżentanti mill-Istati Membri.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 4 Ġunju 1984.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Delors

    [1] ĠU C 325, tat-30.11.1983, pġ. 3.

    [2] ĠU C 127, ta' l-14.5.1984, pġ. 204.

    [3] Id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Top