EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984L0004

Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 1983 li temenda d-Direttivi 71/393/KEE, 72/199/KEE u 78/633/KEE li tistabbilixxi metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf

ĠU L 15, 18.1.1984, p. 28–38 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/08/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0152

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1984/4/oj

31984L0004



Official Journal L 015 , 18/01/1984 P. 0028 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0033
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0233
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0033
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 29 P. 0233


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1983

li temenda d-Direttivi 71/393/KEE, 72/199/KEE u 78/633/KEE li tistabbilixxi metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf

(84/4/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni tal-metodi Komunitarji ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ affarijiet ta’ l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi d-Direttivi tal-Kummissjoni 71/393/KEE [2], 72/199/KEE [3] u 78/633/KEE [4] stabbilew il-metodi ta’ analiżi għal żjut u xaħmijiet krudi, virginiamycin u żingu bacitracin; billi hemm bżonn li dawn il-metodi jiġu sostitwiti b’metodi li jirriflettu avvanzi f’tagħrif xjentifiku u tekniku;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Anness mad-Direttiva 71/393/KEE, il-parti IV "Id-Determinazzjoni ta’ żjut u xaħmijiet krudi" hija sostitwita bl-Anness I ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Fl-Anness II mad-Direttiva 72/199/KEE, il-parti 5 "Id-Determinazzjoni ta’ virginiamycin b’ diffużjoni f’medium ta’ l-agar" hija sostitwita bl-Anness II ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Fl-Anness mad-Direttiva 78/633/KEE, il-parti 1 "Id-Determinazzjoni ta’ żingu bacitracin b’ diffużjoni f’ medium ta’ l-agar" hija sostitwita bl-Anness III ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju 1984, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

l-Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha lill-Istati Membri bħala d-destinatarji tagħha.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1983.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 2.

[2] ĠU L 279, ta’ l-20.12.1971, p. 7.

[3] ĠU L 123, tad-29.5.1972, p. 6.

[4] ĠU L 206, tad-29.7.1978, p. 43.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"4. ID-DETERMINAZZJONI TA’ ŻJUT U XAĦMIJIET KRUDI

1. L-iskop u l-qasam ta’ l-applikazzjoni

Dan il-metodu jagħmilha possibbli li jiġi determinat il-kontenut ta’ żjut u xaħmijiet krudi fl-għalf. Ma jkoprix l-analiżi taż-żerriegħa taż-żejt u tal-frott oleaġinuż fir-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966.

Jiddependi fuq in-natura ta’ l-għalf, kwalunkwe wieħed mill-metodi deskritti għandhom jintużaw.

1.1. Il-metodu A

Applikabbli għal għalf mingħajr addittivi ta’ oriġini mill-pjanti, ħlief għal dawk li huma magħrufa li jikkontjenu żjut u xaħmijiet li ma jistgħux jiġu kompletament estratti b’petroleum ħafif mingħajr idrolisi minn qabel. Fost dawn huma l-gluteni, il-ħmira, s-soja u l-proteini tal-patata. Dan il-metodu huwa wkoll applikabli għal għalf kompost, ħlief għal dak li jikkontjeni trab tal-ħalib jew li minnu żjut u xaħmijiet ma jistgħux jiġu estratti kompletament b’petroleum ħafif mingħajr idroliżi minn qabel.

1.2. Il-metodu B

Applikabbli għal għalf mingħajr addittivi ta’ oriġini mill-annimali kif ukoll għal għalf imsemmi taħt il-punt 1.1 bħala eċċezzjonijiet għall-metodu A.

2. Il-prinċipju

2.1. Il-metodu A

Il-kampjun huwa estratt b’petroleum ħafif. Is-solvent huwa ddistillat u r-residwu mnixxef u ppeżat.

2.2. Il-metodu B

Il-kampjun huwa ttrattat taħt sħana b’aċidu idrokloriku. It-taħlita hija mkessħa u ffiltrata. Ir-residwu hu maħsul u mnixxef u sottomess għad-determinazzjoni skond il-metodu A.

3. Ir-riaġenti

3.1. Petroleum ħafif, firxa tat-togħlija: 40 sa 60 °C. Il-valur tal-bromu għandu jkun inqas minn1 u r-residwu ta’ l-evaporazzjoni inqas minn 2 mg/100 ml.

3.2. Is-sulfat tas-sodju, anidridu.

3.3. Aċidu idrokloriku 3N.

3.4. Għajnuna għall-filtrazzjoni, eż. Kieselgur, Hyflo-supercel.

4. L-apparat

4.1. Apparat ta’ estrazzjoni. Jekk bis-siphon (L-apparat Soxhlet), ir-rata reflux għandha tkun tali li tipproduċi madwar 10 ċikli fis-siegħa; jekk tat-tip non-siphoning, ir-rata reflux għandha tkun madwar 10 ml fil-minuta.

4.2. Ħoloq ta’ estrazzjoni, ħielsa minn materja solubili f’petroleum ħafif u li jkollhom porosità konsistenti mal-ħtiġiet tal-punt 4.1.

4.3. Forn ta’ tnixxif, jew forn vakwu stabbilit f’75 ± 3 °C jew forn ta’ l-arja stabbilit f’100 ± 3 °C.

5. Il-proċedura

5.1. Il-metodu A (ara l-punt 8.1)

Iżen 5 g tal-kampjun sa l-eqreb 1 mg, ittrasferixxi għal ħolqa ta’ estrazzjoni (4.2) u kopri b’biċċa tajjara ħielsa mix-xaħam.

Qiegħed il-ħolqa f’estrattur (4.1) u agħmel estrazzjoni għal sitt sigħat b’petroleum ħafif (3.1). Iġbor l-estratt tal-petroleum ħafif fi fjasketta niexfa, peżata li tikkontjeni frak ta’ ġebla ħaffiefa [1]

Iddistilla s-solvent. Nixxef ir-residwu ta’ l-evaporazzjoni u żomm il-fjasketta għal siegħa u nofs fil-forn tat-tnixxif (4.3). Ħallih jiksaħ f’dessikatur u iżen. Erġa’ nixxef għal 30 minuta sabiex tassigura li l-piż taż-żjut u x-xaħmijiet jibqgħu kostanti (telf fil-piż bejn żewġ piżijiet suċċessivi għandu jkun inqas minn 1 mg).

5.2. Il-metodu B

Iżen 2,5 g tal-kampjun sa l-eqreb 1 mg (ara l-punt 8.2), qiegħed f’ beaker ta’ 400 ml jew fjasketta konika ta’ 300 ml u żid 100 ml aċidu idrokloriku 3N (3.3) u frak ta’ ġebla ħaffiefa. Kopri l-beaker b’watch glass jew mal-fjasketta konika waħħal reflux condenser. Għalli t-taħlita bil-mod fuq fjamma baxxa jew hot plate u żommha hekk għal siegħa. Tħallix il-prodott jeħel mal-ġnub tal-kontenitur.

Kessaħ u żid kwantità ta’ assistenza ta’ filtrazzjoni (3.4) biżżejjed biex tipprevieni xi telf ta’ żejt u xaħam tul il-filtrazzjoni. Iffiltra minn karta filtru doppja, niedja, ħielsa mix-xaħam. Aħsel ir-residwu f’ilma kiesaħ sakemm jinkiseb filtrat newtrali. Ikkontrolla li l-filtrat ma jikkontjenix xi żejt jew xaħam. Il-preżenza tagħhom tindika li l-kampjun għandu jiġi estratt b’petroleum ħafif, bl-użu tal-metodu A, qabel l-idroliżi.

Qiegħed il-karta filtru doppja li tikkontjeni r-residwu fuq watch glass u nixxef għal siegħa u nofs fil-forn f’100 ± 3 °C.

Qiegħed il-karta tal-filtru doppja li tikkontjnei r-residwu niexef f’ħolqa ta’ estrazzjoni (4.2) u kopri b’biċċa tajjara ħielsa mix-xaħam. Qiegħed il-ħolqa f’estrattur (4.1) u pproċedi kif indikat fit-tieni u t-tielet paragrafu tal-punt 5.1.

6. L-espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż tar-residwu bħala perċentwali tal-kampjun.

7. Ir-rata ta’ repetizzjoni

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet paralleli imwettqa fuq l-istess kampjun, mill-istess analist, m’għandhiex taqbeż:

- 0,2 %, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ żjut u xaħmijiet krudi inqas minn 5 %,

- 4,0 % relata ma’ l-ogħla valur għal kontenuti ta’ 5 sa 10 %,

- 0,4 % f’valur assolut, għal kontenuti’l fuq minn 10 %.

8. Osservazzjonijiet

8.1. Għal prodotti b’kontenut għoli ta’ żjut u xaħmijiet u li huma diffiċli biex tagħsar jew mhux xierqa biex jittieħed minnhom kampjun tat-test omoġenju u mnaqqas, ipproċedi kif ġej.

Iżen 20 g tal-kampjun sa l-eqreb 1 mg u ħallat b’ 10 g jew iktar tas-sulfat tas-sodju anidridu (3.2). Agħmel estrazzjoni b’ petroleum ħafif (3.1) kif indikat fil-punt 5.1. Żid l-estratt ottenut għal 500 ml b’petroleum ħafif (3.5) u omoġenizza. Ħu 50 ml tas-soluzzjoni u qiegħed fi fjasketta żgħira, niexfa, peżata li tikkontjeni biċċiet ta’ ġebla ħaffiefa [2]. Iddistilla s-solvent, nixxef u pproċedi kif indikat fl-aħħar paragrafu tal-punt 5.1.

Elimina s-solvent mir-residwu ta’ l-estrazzjoni li baqa’ fil-ħolqa u agħsar ir-residwu għal irquqija ta’ 1 mm. Raġġa’ lura l-prodott għall-ħolqa ta’ estrazzjoni (iżżidx is-sulfat tas-sodju), u pproċedi kif indikat fit-tieni u t-tielet paragrafu ta’ 5.1

Ikkalkula l-kontenut ta’ żjut u xaħmijiet bħala perċentwali tal-kampjun bl-użu tal-formola li ġejja:

(10 a + b) x 5

fejn:

a = massa fi grammi tar-residwu wara l-ewwel estrazzjoni (parti alikwot ta’ l-estratt),

b = massa fi grammi tar-residwu wara t-tieni estrazzjoni.

8.2. Għal prodotti baxxi fi żjut u xaħmijiet il-kampjun tat-test jista’ jiżdied sa 5 g."

[1] Meta ż-żejt jew ix-xaħam għandu jgħaddi testijiet sussegwenti ta’ kwalità, issostitwixxi l-biċċiet tal-ġebla ħaffiefa b’żibeġ tal-ħġieġ.

[2] Meta ż-żejt jew ix-xaħam għandu jgħaddi testijiet sussegwenti ta’ kwalità, issostitwixxi l-biċċiet tal-ġebla ħaffiefa b’żibeġ tal-ħġieġ.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"5. Id-determinazzjoni ta’ virginiamycin

— b’diffużjoni f’medium ta’ l-agar —

1. L-iskop u l-qasam ta’ l-applikazzjoni

Il-metodu huwa għad-determinazzjoni ta’ virginiamycin fl-affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali u f’taħlitiet minn qabel. Il-limitu ta’ determinazzjoni l-iktar baxx huwa 2 mg/kg (2 ppm) [1].

2. Il-prinċipju

Il-kampjun huwa estratt b’soluzzjoni metanolika ta’ Tween 80. L-estratt huwa mferra’ jew ċentrifugat u ddilwit. L-attività antibijotika tagħha hija determinata bil-kejl tad-diffużjoni ta’ virginiamycin f’medium ta’ l-agarinokulat bil-Micrococcus luteus. It-tixrid jintwera permezz tal-formazzjoni ta’ żoni ta’ inibizzjoni tal-mikro-organiżmu. Id-djametru ta’ dawn iż-żoni għandu jiġi meqjus bi proporzjon dirett għall-logaritmu tal-konċentrazzjoni antibijotika tul il-firxa tal-konċentrazzjonijiet antibijotiċi impjegati.

3. Mikro-organiżmu: Micrococcus luteus ATCC 9341 (NCTC 8340, NCIB 8553)

3.1. Iż-żamma tal-kultura stock

Laqqam it-tubi li jikkontjenu inklinazzjonijiet tal-medium tal-kultura (4.1) bil-Micrococcus luteus u inkubahom għal 24 siegħa fi 30 °C. Aħżen il-kultura fi friġġ f’madwar 4 °C. Erġa’ laqqam kull ġimagħtejn.

3.2. Il-preparazzjoni tas-sospensjoni tal-batterji [2]

Aħsad it-tkabbir minn inklinazzjoni ta’ l-agar ippreparata riċentement (3.1) b’2 sa 3 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) Uża din is-sospensjoni sabiex tlaqqam 250 ml tal-medium tal-kultura (4.1) kontenut fi fjasketta Roux u inkuba għal 18 sa 20 siegħa fi 30 °C. Aħsad it-tkabbir f’ 25 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) u ħallat. Iddilwixxi s-sospensjoni għal 1/10 bis-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3). It-trasmissjoni ħafifa tas-sospensjoni għandha tkun madwar 75 %, imkejla f’650 nm f’ ċellola ta’ 1 ċm kontra s-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm għal ġimgħa f’madwar 4 °C.

4. Medja ta’ kultura u riaġenti

4.1. Culture u assay medium [3]

Peptone tal-laħam | 6,0 g |

Trittonju | 4,0 g |

Estratt tal-ħmira | 3,0 g |

Estratt tal-laħam | 1,5 g |

Glukosju | 1,0 g |

Agar | 10,0 sa 20,0 g |

Ilma | 1000 ml |

ph 6,5 (wara l-isterilizzazzjoni). | |

4.2. Newtralizzant tal-fosfat, pH 6

Fosfat ta’ l-idroġenu tal-potassju, K2HPO4 | 2,0 g |

Fosfat tad-didroġenu tal-potassju, KH2PO4 | 8,0 g |

Ilma sa | 1000 ml |

4.3. Soluzzjoni tal-klorur tas-sodju 0,8 % (w/v): ħoll 8 g tal-klorur tas-sodju fl-ilma u ddilwixxi sa 1000 ml; sterilizza.

4.4. Il-metanol.

4.5. Taħlita tan-newtralizzant tal-fosfat (4.2)/il-metanol (4.4): 80/20 (v/v).

4.6. Soluzzjoni metanolika Tween 80 0,5 % (w/v): ħoll 5 g Tween 80 fil-metanol (4.4) u ddilwixxi bil-metanol sa 1000 ml.

4.7. Is-sustanza standard: virginiamycin ta’ attività magħrufa.

5. Soluzzjonijiet standard

Ħoll kwantità peżata b’mod eżatt tas-sustanza standard (4.8) fil-metanol (4.4) u ddilwixxi bil-metanol (4.4) biex tagħti soluzzjoni stock litikkontjeni 1000 μg virginiamycin għal kull ml.

Maħżuna fi fjasketta magħluqa f’4 °C, din is-soluzzjoni hi stabbli għal sa ħamest ijiem.

Minn din is-soluzzjoni stock ipprepara b’dilwizzjoni suċċessiva bit-taħlita (4.5) s-soluzzjonijiet li ġejjin:

s8 | 1 | μg/ml |

s4 | 0,5 | μg/ml |

s2 | 0,25 | μg/ml |

s1 | 0,125 | μg/ml |

6. Preparazzjoni ta’ l-estratt u soluzzjonijiet assay

6.1. L-estrazzjoni

6.1.1. Prodotti b’kontenut ta’ virginiamycin sa 100 mg/kg

Iżen kwantità tal-kampjun ta’ 50 g, żid 200 ml tas-soluzzjoni (4.6) u ħawwad għal 30 minuta. Ħallih joqgħod u jiċċentrifuga, ħu 20 ml tas-soluzzjoni supernatanti u evapora sa madwar 5 ml f’evaporatur rotary f’temperatura li ma teċċedix 40 °C. Iddilwixxi r-residwu bit-taħlita (4.5) sabiex tottjeni kontenut ta’ virginiamycin ta’ 1 mg/ml (= u8).

6.1.2. Prodotti b’ kontenut ta’ virginiamycin ikbar minn 100 mg/kg

Iżen kwantità tal-kampjun li ma teċċedix 10,0 g u li tikkontjeni bejn 1 u 50 mg virginiamycin, żid 100 ml tas-soluzzjoni (4.6) u ħawwad għal 30 minuta. Ħalliha toqgħod jew tiċċentrifuga, imbagħad iddiluwixi s-soluzzjoni supernatanti bit-taħlita (4.5) biex tottjeni kontenut mistenni tal-virginiamycin ta’ 1 mg g/ml (= u8).

6.2. Soluzzjonijiet assay

Mis-soluzzjoni u8 ipprepara soluzzjonijiet u4 (kontenut mistenni: 0,5 m g/ml), u2 (kontenut mistenni: 0,25 mg/ml) u1 (kontenut mistenni: 0,125 mg/ml) permezz ta’ dilwizzjoni suċċessiva (1 + 1) mat-taħlita (4.5).

7. Proċedura assay

7.1. Inokulazzjoni ta’ l-assay medium

Laqqam l-assay medium (4.1) bis-sospensjoni tal-batterja (3.2) f’madwar 50 °C. Bi provi preliminari fuq pjanċi medium (4.1) iddetermina l-kwantità tas-sospensjoni tal-batterja meħtieġa biex tagħti l-akbar żoni u dawk l-iktar ċari ta’ inibizzjoni mal-konċentrazzjonijiet varji ta’ virginiamycin.

7.2. Il-preparazzjoni tal-pjanċi

Id-diffużjoni permezz ta’ l-agar hija mwettqa fi pjanċi bl-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni standard (s8, s4, s2 u s1) u l-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni assay (u8, u4, u2 u u1). Dawn l-erba’ konċentrazzjonijiet ta’ estratt u standard għandhom neċessarjament jitqiegħdu f’kull pjanċa. Għal dan l-iskop, agħżel pjanċi kbar biżżejjed biex jippermettu mill-inqas tmien toqbiet b’dijametru ta’ 10 sa 13-il mm u mhux inqas minn 30 mm bejn iċ-ċentri li għandhom isiru fil-medium ta’ l-agar. It-test jista’ jitwettaq fuq pjanċi li jikkonsistu f’folja tal-ħġieġ b’ċirku ta’ superfiċi ta’ l-aluminju jew tal-plastik imqiegħed fuq, 200 mm fid-dijametru u 20 mm għoli.

Ferragħ fil-pjanċi kwantità tal-medium (4.1), imlaqqam bħal f’7.1, biex tagħti saff madwar 2 mm oħxon (60 ml għal pjanċa ta’ 200 mm djametru). Ħalliha toqgħod f’pożizzjoni livell, taqqab it-toqob u qiegħed fihom volumi mkejla eżatt ta’ soluzzjonijiet ta’ analiżi u standard (bejn 0,10 u 0,15 ml għal kull toqba, skond id-djametru). Applika kull konċentrazzjoni mill-inqas erba’ darbiet sabiex kull determinazzjoni hi soġġetta għal evalwazzjoni ta’ 32 żona ta’ inibizzjoni.

7.3. L-inkubazzjoni

Inkuba l-pjanċi għal 16 sa 18-il siegħa f’ 30 ± °C.

8. L-evalwazzjoni

Kejjel id-djametru taż-żoni ta’ inibizzjoni sa l-eqreb 0,1 mm. Irreġistra l-kejl medju għal kull konċentrazzjoni fuq karta grafika semilogaritimika li turi l-logaritmu tal-konċentrazzjonijiet f’relazzjoni mad-dijametri taż-żoni ta’ inibizzjoni. Pinġi l-linji ta’ l-aħjar qagħda kemm tas-soluzzjoni standard u kemm ta’ l-estratt, per eżempju bħal taħt.

Iddetermina l-punt ta "l-aħjar qagħda" għal-livell standard l-iktar baxx (SL) bl-użu tal-formula:

(a)

SL =

7s

+ 4s

+ s

- 2s

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għall-livell standard l-iktar għoli (SH) bl-użu tal-formula:

(b)

SH =

7s

+ 4s

+ s

- 2s

Bl-istess mod, ikkalkula l-punti ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell ta’ l-estratt l-iktar baxx (UL) u l-livell l-iktar għoli ta’ l-estratt (UH) billi tissostitwixxi U1, U2, U4 uU8 għal S1, S2, S4 u S8 fil-formuli ta’ hawn fuq.

Irreġistra l-valuri kkalkolati SL u SH fuq l-istess karta grafika u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għas-soluzzjoni standard. Bl-istess mod, irreġistra UL u UH u għaqaqdhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għall-estratt.

Fl-assenza ta’ xi interferenza l-linji għandhom ikunu paralleli. Għal skopijiet prattiċi l-linji jistgħu jiġu kkunsidrati paralleli jekk il-valuri (SH-SL) u (UH-UL) ma jvarjawx b’iktar minn 10 % mill-valur medju tagħhom.

Jekk il-linji jinstab li mhumiex paralleli, jew l-U1 u s-S1 jew l-U8 u s-S8 jistgħu jitwarrbu u s-SL, s-SH, l-UL u l-UH ikkalkulati, bl-użu tal-formuli alternattivi, biex jagħtu l-linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda":

(a′) SL = | 5s1 + 2s2 - s46 | jew | 5s2 + 2s4 - s86 |

(b′) SH = | 5s4 + 2s2 - s16 | jew | 5s8 + 2s4 - s26 |

u bl-istess mod għal UL u UH. L-istess kriterju ta’ paralelliżmu għandu jiġi ssodisfat. Il-fatt li r-riżultat ġie kkalkolat minn tliet livelli għandu jiġi nnutat fir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala paralleli, ikkalkula l-logaritmu ta’ l-attività relattiva (log A) permezz ta’ waħda mill-formuli li ġejjin, jiddependi fuq jekk tlieta jew erba’ livelli intużawx għall-istima tal-paralelliżmu.

Għal erba’ livelli

× 0,602

u

+ u

+ s

+ s

- u

- u

- s

- s

2

Għal tliet livelli

× 0,401

u

+ s

- u

- s

1

jew

(d′)

Log A =

× 0,401

u

+ s

- u

- s

Attività ta’ l-estratt kampjun = attività ta’ l-istandard relevanti × A

(u8 = s8 × A)

Jekk l-attività relattiva tinsab barra l-firxa ta’ 0,5 sa 2,0, imbagħad irrepeti l-assay bl-aġġustamenti approprjati għall-konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għas-soluzzjonijiet standard. Meta l-attività relattiva ma tistax tinġjieb fil-firxa meħtieġa, kull riżultat ottenut għandu jiġi kkunsidrat bħala bejn wieħed u ieħor u dan għandu jiġi nnutat fuq ir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala mhux paralleli, irrepeti d-determinazzjoni. Jekk il-paralelliżmu xorta ma jintlaħaqx, id-determinazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mhux sodisfaċenti.

Esprimi r-riżultat f’milligrammi ta’ virginiamycin għal kull kilogramma ta’ għalf.

9. Ir-rata ta’ repetizzjoni

Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet paralleli mwettqa fuq l-istess kampjun mill-istess analist m’ għandhiex taqbeż:

- 2 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ virginiamycin sa 10 mg/kg,

- 20 % relata ma’ l-ogħla valur għal kontenuti ta’ 10 sa 25 mg/kg,

- 5 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ 25 sa 50 mg/kg,

- 10 % relatat ma’ l-ogħla valur għal kontenuti l fuq minn 50 mg/kg."

[1] 1 mg virginiamycin hija ekwivalenti għal 1000 unità UK.

[2] Jistgħu jintużaw metodi oħrajn sakemm ikun ġie stabbilit li jagħtu sospensjonijiet batterjali simili.

[3] Kull medium tal-kultura kummerċjali ta’ kompożizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jiġi użat.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

"1. ID-DETERMINAZZJONI TA’ BACITRACIN TAŻ-ŻINGU

– b’diffużjoni f’medium ta’ l-agar -

1. L-iskop u l-qasam ta’ applikazzjoni

Il-metodu huwa għad-determinazzjoni ta’ bacitracin taż-żingu f’għalf u f’taħlitiet minn qabel. Il-limitu ta’ determinazzjoni’l iktar baxx huwa 5 mg/kg (5 ppm) [1].

2. Il-prinċipju

Il-kampjun huwa estratt b’pH 2 b’taħlita ta’ metanol/ilma/aċidu idrokloriku, u soluzzjoni tas-sulfide tas-sodju. L-addizzjoni tas-sulfide tas-sodju hija biex tippreċipita xi minerali solubili tar-ramm li jistgħu jinterefrixxu ma’ l-assay. L-estratt jinġjieb għall-pH 6,5, konċentrat (meta neċessarju) u dilwit. L-attività antibijotika tagħha hija determinata bil-kejl tad-diffużjoni ta’ bacitracin taż-żingu f’medium ta’ l-agar imlaqqam bil-Micrococcus luteus (flavus). It-tixrid jintwera permezz tal-formazzjoni ta’ żoni ta’ inibizzjoni tal-mikro-organiżmu. Id-dijametru ta’ dawn iż-żoni għandu jiġi meqjus bi proporzjon dirett għal-logaritmu tal-konċentrazzjoni antibijotika tul il-firxa tal-konċentrazzjonijiet antibijotiċi impjegati.

3. Il-mikro-organiżmu: Micrococcus luteus (flavus) ATCC 10240

3.1. Iż-żamma tal-kultura stock

Laqqam it-tubi li jikkontjenu inklinazzjonijiet tal-medium tal-kultura (4.1) bil-Micrococcus luteus u inkubahom għal 24 siegħa fi 30 °C. Aħżen il-kultura fi friġġ f’madwar 4 °C. Erġa’ laqqam kull ġimagħtejn

3.2. Il-preparazzjoni tas-sospensjoni tal-batterja [2]

Aħsad it-tkabbir minn inklinazzjoni ta’ l-agar ippreparata riċentement (3.1) b’2 sa 3 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) Uża din is-sospensjoni sabiex tlaqqam 250ml tal-medium tal-kultura (4.1) kontenut fi fjasketta Roux u inkuba għal 18 sa 20 siegħa fi 30 °C. Aħsad it-tkabbir f’25ml tas-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) u ħallat. Iddilwixxi s-sospensjoni għal 1/10 bis-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) It-trasmissjoni ħafifa tas-sospensjoni għandha tkun madwar 75 %, imkejla f’650 nm f’ċellola ta’ 1 ċm kontra s-soluzzjoni tal-klorur tas-sodju (4.3) Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm għal ġimgħa f’madwar 4 °C.

4. Medja ta’ kultura u riaġenti

4.1. Il-medium tal-kultura [3]

Peptone tal-laħam | 6,0 g |

Trittonjnu | 4,0 g |

Estratt tal-ħmira | 3,0 g |

Estratt tal-laħam | 1,5 g |

Glukosju | 1,0 g |

Agar | 10,0 sa 20,0 g |

Ilma | 1000 ml |

pH 6,5 sa 6,6 (wara l-isterilizzazzjoni) | |

4.2. L-assay medium [4]

Trittonu | 10,0 g |

Estratt tal-ħmira | 3,0 g |

Estratt tal-laħam | 1,5 g |

Glukosju | 1,0 g |

Agar | 10,0 sa 20,0 g |

Tween 80 | 1 ml |

Ilma | 1000 ml |

pH 6,5 (wara l-isterilizzazzjoni). | |

4.3. Soluzzjoni tal-klorur tas-sodju 0,8 % (w/v): ħoll 8 g tal-klorur tas-sodju fl-ilma u ddilwixxi sa 1000 ml; sterilizza.

4.4. Taħlita ta’ metanol/ilma/aċidu idrokloriku (4.6):

80/17,5/2,5 (v/v/v).

4.5. Newtralizzant tal-fosfat, pH 6,5:

Fosfat ta’ l-idroġenu tal-potassju K2HPO4 | 22,15 g. |

Fosfat tad-didroġenu tal-potassju KH2PO4 | 27,85 g. |

Ilma sa | 1000 ml. |

4.6. Aċidu idrokloriku (d: 1,18 sa 1,19).

4.7. Aċidu idrokloriku (0,1 M).

4.8. Idrossidu tas-sodju 1 M soluzzjoni.

4.9. Sulfide tas-sodju madwar 0,5 M soluzzjoni.

4.10. Soluzzjoni vjola tal-Bromocresol 0,04 % (w/v): ħoll 0,1 g tal-bromocresol vjola f’18,5 ml ta’ 0,01 M soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju. Żid il-volum sa 250 ml bl-ilma u ħallat.

4.11. Sustanza standard: bacitracin taż-żingu ta’ attività magħrufa (in i. u.).

5. Soluzzjonijiet standard

Iżen kwantità ta’ bacitracin standard taż-żingu (4.11) li tikkorrispondi għal 1050 i.u. (skond l-attività indikata). Żid 5 ml ta’ 0,1 M aċidu idrokloriku (4.7) u ħallih joqgħod għal 15-il minuta. Żid 30 ml ilma, aġġusta l-pH għal 4,5 bin-newtralizzant tal-fosfat (4.5) (madwar 4 ml), żid sa volum ta’ 50 ml bl-ilma u ħawwad sewwa (1 ml = 21 i.u.).

Minn din is-soluzzjoni prinċipali ipprepara b’dilwizzjoni suċċessiva b’newtralizzant tal-fosfat (4.5) is-soluzzjonijiet li ġejjin:

s8 | 0,42 | i.u./ml |

s4 | 0,21 | i.u./ml |

s2 | 0,105 | i.u./ml |

s1 | 0,0525 | i.u./ml |

6. Preparazzjoni ta’ l-estratt u soluzzjonijiet assay

6.1. L-estrazzjoni

6.1.1. Taħlitiet minn qabel u għalf minerali

Iżen kwantità ta’ kampjun ta’ 2,0 sa 5,0 g, żid 29,0 ml tat-taħlita (4.4) u 1,0 ml tas-soluzzjoni tas-sulfide tas-sodju (4.9) u ħawwad ftit. Ikkontrolla li l-pH hija madwar 2. Ħawwad għal 10 minuti, żid 30ml tan-newtralizzant tal-fosfat (4.5), ħawwad għal 15-il minuta u ċentrifuga. Ħu alikwot adattat tas-soluzzjoni supernatanti u aġġusta l-pH sa 6,5 permezz tas-soluzzjoni ta’ l-idrossidu ta’ 1M (4.8) b’metru tal-pH jew bis-soluzzjoni vjola tal-bromocresol (4.10) bħala indikatur. Iddilwixxi bin-newtralizzant tal-fosfat (4.5) biex tottjeni kontenut mistenni tal-bacitracin taż-żingu ta’ 0,42 i.u./ml (= u8).

6.1.2. Konċentrati tal-proteina

Iżen kwantità ta’ kampjun ta’ 10,0 g, żid 49,0 ml tat-taħlita (4.4) u 1,0 ml tas-soluzzjoni tas-sulfide tas-sodju (4.9) u ħawwad ftit. Ikkontrolla li l-pH hija madwar 2. Ħawwad għal 10 minuti. Żid 5 ml tan-newtralizzant tal-fosfat (4.5), ħawwad għal 15-il minuta u ċentrifuga. Ħu volum adattat tas-soluzzjoni supernatanti u aġġusta l-pH sa 6,5 permezz tas-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju 1M (4.8) b’metru tal-pH jew bis-soluzzjoni vjola tal-bromocresol (4.10) bħala indikatur. Evapora sa bejn wieħed u ieħor nofs il-volum f’evaporatur rotary f’ temperatura li ma taqbiżx il− 35oC.

Iddilwixxi bin-newtralizzant tal-fosfat (4.5) biex tottjeni kontenut mistenni tal-bacitracin taż-żingu ta’ 0,42 i.u./ml (= u8).

6.1.3. Għalf ieħor

Iżen kwantità ta’ kampjun ta’ 10,0 g (20,0 g għal kontenut mistenni tal-bacitracin taż-żingu ta’ 5 mg/kg). Żid taħlita ta’ 24,0 ml mit-taħlita (4.4) u 1,0 ml tas-soluzzjoni tas-sulfide tas-sodju (4.9) u omoġenizza għal 10 minuti. Żid 5 ml tan-newtralizzant tal-fosfat (4.5), ħawwad għal 15-il minuta u ċentrifuga. Ħu 20ml tas-soluzzjoni supernatanti u aġġusta l-pH sa 6,5 permezz tas-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju 1M (4.8) b’metru tal-pH jew bis-soluzzjoni vjola tal-bromocresol (4.10) bħala indikatur. Evapora sa madwar 4 ml f’evaporatur rotary f’temperatura li ma teċċedix 35 oC. Iddilwixxi r-residwu bin-newtralizzant tal-fosfat (4.5) sabiex tottjeni kontenut mistenni tal-bacitracin taż-żingu ta’ 0,42 i.u./ml (= u8).

6.2. Soluzzjonijiet assay

Mis-soluzzjoni u8 ipprepara soluzzjonijiet u4 (kontenut mistenni: 0,21 i.u./ml), u2 (kontenut mistenni: 0,105 i.u./ml) u u1 (kontenut mistenni:/ml) permezz ta’ dilwizzjoni suċċessiva (1 + 1) b’newtralizzant tal-fosfat (4.5).

7. Proċedura assay

7.1. Inokulazzjoni ta’ l assay medium

Laqqam l-assay medium (4.1) bis-sospensjoni tal-batterja (3.2) f’madwar 50 °C. Bi provi preliminari fuq pjanċi bl-assay medium (4.1) iddetermina l-kwantità tas-sospensjoni tal-batterja meħtieġa biex tagħti l-akbar żoni u dawk l-iktar ċari ta’ inibizzjoni mal-konċentrazzjonijiet varji ta’ bacitracin taż-żingu.

7.2. Il-preparazzjoni tal-pjanċi

Id-diffużjoni permezz ta’ l-agar hija mwettqa fi pjanċi bl-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni standard (s8, s4, s2 u s1) u l-erba’ konċentrazzjonijiet tas-soluzzjoni assay (u8, u4, u2 u u1). Dawn l-erba’ konċentrazzjonijiet ta’ estratt u standard għandhom neċessarjament jitqiegħdu f’kull pjanċa. Għal dan l-iskop, agħżel pjanċi kbar biżżejjed biex jippermettu mill-inqas tmien toqbiet b’dijametru ta’ 10 sa 13-il mm u mhux inqas minn 30 mm bejn iċ-ċentri li għandhom isiru fil-medium ta’ l-agar. It-test jista’ jitwettaq fuq pjanċi li jikkonsistu f’folja tal-ħġieġ b’ċirku ta’ superfiċi ta’ l-aluminju jew tal-plastik imqiegħed fuq, 200 mm fi dijametru u 20 mm għoli.

Ferragħ fil-pjanċi kwantità tal-medium (4.2) imlaqqam bħal fil-punt 7.1, biex jagħti saff madwar 2 mm oħxon (60 ml għal pjanċa ta’ 200 mm djametru), Ħallih joqgħod f’pożizzjoni livell, taqqab it-toqob u qegħidhom f’volumi mkejla eżatt ta’ soluzzjonijiet assay u standard (bejn 0,10 u 0,15ml għal kull toqba, skond id-dijametru). Applika kull konċentrazzjoni mill-inqas erba’ darbiet sabiex kull determinazzjoni hi soġġetta għal evalwazzjoni ta’ 32 żona ta’ inibizzjoni.

7.3. L-inkubazzjoni

Inkuba l-pjanċi għal 16 sa 18-il siegħa fi 30 ± °C

8. L-evalwazzjoni

Kejjel id-djametru taż-żoni ta’ inibizzjoni sa l-eqreb 0,1 mm. Irreġistra l-kejl medju għal kull konċentrazzjoni fuq karta grafika semilogaritimika li turi l-logaritmu tal-konċentrazzjonijiet f’relazzjoni mad-dijametri taż-żoni ta’ inibizzjoni. Pinġi l-linji ta’ l-aħjar qagħda ta’ kemm is-soluzzjoni standard u l-estratt, per eżempju bħal taħt.

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell standard l-iktar baxx (SL) bl-użu tal-formula:

(a)

SL =

7s

+ 4s

+ s

- 2s

Iddetermina l-punt ta’ "l-aħjar qagħda" għall-livell standard l-iktar għoli (SH) bl-użu tal-formula:

(b)

SH =

7s

+ 4s

+ s

- 2s

Bl-istess mod, ikkalkula l-punti ta’ "l-aħjar qagħda" għal-livell ta’ l-estratt l-iktar baxx (UL) u l-livell l-iktar għoli ta’ l-estratt (UH) billi tissostitwixxi U1, U2, U4 uU8 għal S1, S2, S4 u S8 fil-formuli ta’ hawn fuq.

Irreġistra l-valuri kkalkolati SL u SH fuq l-istess karta grafika u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għas-soluzzjoni standard. Bl-istess mod, irreġistra UL u UH u għaqqadhom biex tagħti l-linja ta’ "l-aħjar qagħda" għall-estratt.

Fl-assenza ta’ xi interferenza l-linji għandhom ikunu paralleli. Għal skopijiet prattiċi l-linji jistgħu jiġu kkunsidrati paralleli jekk il-valuri (SH-SL) u (UH-UL) ma jvarjawx b’iktar minn 10 % mill-valur medju tagħhom.

Jekk il-linji jinstab li mhumiex paralleli, jew l-U1 u s-S1 jew l-U8 u s-S8 jistgħu jitwarrbu u s-SL, s-SH, l-UL u l-UH ikkalkulati, bl-użu tal-formuli alternattivi, biex jagħtu l-linji alternattivi ta’ "l-aħjar qagħda":

(a′) SL = | 5s1 + 2s2 - s46 | jew | 5s2 + 2s4 - s86 |

(b′) SH = | 5s4 + 2s2 - s16 | jew | 5s8 + 2s4 - s26 |

u l-istess għal UL u UH. L-istess kriterju ta’ paralelliżmu għandu jiġi ssodisfat. Il-fatt li r-riżultat ġie kkalkolat minn tliet livelli għandu jiġi nnutat fir-rapport finali. Meta l-linji huma kkunsidrati bħala paralleli, ikkalkula l-logaritmu (log A) ta’ l-attività relattiva (A) permezz ta’ waħda mill-formuli li ġejjin, jiddependi fuq jekk tlieta jew erba’ livelli intużawx għall-istima tal-paralelliżmu.

Għal erba’ livelli

× 0,602

u

+ u

+ s

+ s

- u

- u

- s

- s

2

Għal tliet livelli

× 0,401

u

+ s

- u

- s

1

jew

(d′)

log A =

× 0,401

u

+ s

- u

- s

Attività ta’ l-estratt kampjun = attività ta’ l-istandard rilevanti × A

(u8 = s8 × A)

Jekk l-attività relattiva tinsab barra l-firxa ta’ 0,5 sa 2,0, imbagħad irrepeti l-assay bl-aġġustamenti approprjati għall-konċentrazzjonijiet ta’ l-estratt jew, jekk dan mhuwiex possibbli, għas-soluzzjonijiet standard. Meta l-attività relattiva ma tistax tinġieb fil-firxa meħtieġa, kull riżultat ottenut għandu jiġi kkunsidrat bħala bejn wieħed u ieħor u dan għandu jiġi nnutat fuq ir-rapport finali.

Meta l-linji huma kkunsidrati bħala mhux paralleli, irrepeti d-determinazzjoni. Jekk il-paralelliżmu xorta ma jintlaħaqx, determinazzjoni sodisfaċenti ma tkunx intlaħqet.

Esprimi r-riżultat f’milligrammi ta’ bacitracin taż-żingu għal kull kilogramma ta’ għalf.

9. Ir-rata ta’ repetizzjoni

Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet imwettqa fuq l-istess kampjun, mill-istess analist, m’għandhiex taqbeż:

- 2 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ bacitracin taż-żingu sa 10 mg/kg,

- 20 % relata ma’ l-ogħla valur għal kontenuti ta’ 10 sa 25 mg/kg,

- 5 mg/kg, f’valur assolut, għal kontenuti ta’ 25 sa 50 mg/kg,

- 10 % relatat ma’ l-ogħla valur għal kontenuti’ l fuq minn 50 mg/kg."

[1] 1 mg għalf ta’ grad ta’ bacitracin taż-żingu hija ekwivalenti għal 42 unità internazzjonali (i.u.).

[2] Jistgħu jintużaw metodi oħrajn sakemm ikun ġie stabbilit li jagħtu sospensjonijiet simili tal-batterja.

[3] Kull medium kummerċjali tal-kultura ta’ kompożizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża.

[4] Kull medium kummerċjali tal-kultura ta’ kompożizzjoni simili u li jagħti l-istess riżultati jista’ jintuża.

--------------------------------------------------

Top