Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R1979

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1979/82 tad-19 ta' Lulju 1982 dwar il-metodu analitiku sabiex ikun determinat l-użin tal-kontenut solidu tal-meraq tad-tadam għall-finijiet tan-Nota 4 tal-Kapitolu 20 tat-Tariffa Doganali Komuni

ĠU L 214, 22.7.1982, pp. 12–14 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/1979/oj

31982R1979



Official Journal L 214 , 22/07/1982 P. 0012 - 0014
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0132
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 9 P. 0100
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0132
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 9 P. 0100


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1979/82

tad-19 ta' Lulju 1982

dwar il-metodu analitiku sabiex ikun determinat l-użin tal-kontenut solidu tal-meraq tad-tadam għall-finijiet tan-Nota 4 tal-Kapitolu 20 tat-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jestabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

Filwaqt li, sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandha ssir dispożizzjoni għall-klassifikazzjoni tal-meraq tad-tadam;

Filwaqt li n-Nota 4 tal-Kapitlu 20 tat-Tariffa Doganali Komuni mehmuża mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1883/82 [3], tipprovdi li l-klassifikazzjoni tal-meraq tad-tadam jiddependi mill-użin tal-kontenut solidu tiegħu;

Filwaqt li huwa meħtieġ li jkun addottat metodu analitiku biex ikun iddeterminat l-użin tal-kontenut solidu;

Filwaqt li fuq il-bażi ta' studji u esperimenti, il-metodu deskritt fl-Anness ta' dan ir-Regolament instab li jiżgura l-aħjar riżultati;

Filwaqt li l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Għall-finijiet tan-Nota 4 tal-Kapitolu 20 tat-Tariffa Doganali Komuni, l-użin tal-kontenut solidu tal-meraq tad-tadam għandu jkun iddeterminat bil-metodu espress fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-42 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fid-19 ta' Lulju 1982.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[3] ĠU L 207, tal-15.7.1982, p. 4.

--------------------------------------------------

ANNESS

1. GĦAN U QASAM TA' L-APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu jippermetti li jiġi stabilit il-piż tal-kontenut xott tal-meraq tat-tadam.

2. DEFINIZZJONI

Il-piż tal-kontenut xott tal-meraq tat-tadam ifisser il-fdal miksub billi jitnixxef il-kampjun skond il-metodu deskritt hawn taħt.

3. PRINĊIPJU

It-telf fil-massa minħabba t-tnixxif jiġi stabilit billi jitħallat sewwa l-kampjun ma' trab diatomaċju jew ma' materjal simili, billi titnixxef minn qabel it-taħlita biex imbagħad titnixxef ġo forn tat-tnixxif permezz ta' vakwu għal sagħtejn b'temperatura ta' 70 ± 1 °C u għal bejn wieħed u ieħor 6; 6 kPa (66 mbar).

4. REAĠENTI

4.1. Trab diatomaċju jew materjal simili.

4.2. Ilma distillat

5. APPARAT

5.1. Apparat tat-tnixxif

5.1.1. Forn tat-tnixxif bil-vakwu b'regolamentazzjoni awtomatika tat-temperatura, termometru u kejl tal-vakwu. Dan il-form tat-tnixxif għandu jkun iddisinjat b'tali mod li differenzi fit-temperatura f'diversi pożizzjonijiet tal-kxaxen ma jiskorrux 2 °Ċ

5.1.2. Forn tat-tnixxif b'tagħmir għall-ventilazzjoni, regolamentazzjoni awtomatika tat-temperatura u termometru. Id-disinn ta' dan il-forn għat-tnixxif għandu jkun tali li jiżgura ċirkolazzjoni ħafifa ta'l-arja ta' ġo fih u biżżejjed bdil ta'l-arja ma'l-arja ta' barra minnu, biex b'hekk joħloq tbattil ta'l- umdità.

5.1.3. Jekk ikunu meħtieġa, dawn li ġejjin ukoll:

Banju bl-ilma.

5.2. Stallazzjoni għat-tnixxif ta'l-arja, li tikkonsisti minn kolonna tat-tnixxif ippakkjata bil-ġel tas-silika attivata friska jew desikkant ekwivalwenti li jkun fih indikatur ta'l-umdità. Il-kolonna tat-tnixxif tkun ikkonnettjata f'sensiela waħda ma' washbottle mimli bl-aċidu sulfuriku kkonċentrat, li huwa stess ikun ġie kkonnettjat, għal skopijiet ta' tnixxif, mal-fomm li minnu tinġibed l-arja tal-forn tat-tnixxif. Washbottle vojt, li jservi bħala kontenitur tas-sigurtà, għandu jitwaħħal fuq quddiem u fuq wara tal-washbottle li jkun fih l-aċidu sulfuriku kkonċentrat.

5.3. Pompa tal-vakwu li permezz tagħha vakwu ta' mill-anqas 6;6 kPa (66 mbar) jista' jinżamm fil-forn tat-tnixxif (5.1.1).

5.4. Dixx tal-metall bil-qiegħ ċatt li ma jsaddadx b'dijametru ta' mill-anqas 100mm u għoli ta' mill-anqas 30mm iffittjat b'għatu li jissiġilla sew.

5.5. Bastun tal-ħġieġ

5.6. Desikkatur bil-ġel tas-silika attivitata friska jew desikkant ekwivalenti li jkun fih indikatur ta'l-umdità.

5.7. Miżien ta'l-analiżi.

6. PROĊEDURA

6.1. Iżen madwar 1:5gm trab diatomaċew (4.1.) ġo dixx (5.4). Poġġi d-dixx miftuħ ġo forn tat-tnixxif bl-għatu u nixxef għal 30 minuta f'temperatura ta' 110 ± 3 °C. Qiegħed l-għatu fuq id-dixx u poġġih fid-desikkatur (5.6), ħallih jibred u iżnu bir-reqqa.

6.2. Iżen bir-reqqa madwar 15-il gramma tal-kampjun għal ġod-dixx. Iżnu malajr biex tevita t-telf ta' l-umdità.

6.3. Ħallat il-materjal tal-kampjun mat-trab diatomeċew (4.1) billi tuża l-bastun tal-ħġieġ u stira t-taħlita bl-istess għoli fid-dixx. Biex tiġi stirata sew, tista' tħoll it-taħlita bl-ilma distillat (4.2). Laħlaħ il-bastun tal-ħġieġ bl-ilma distillat.

6.4. Waqt li tuża wieħed mill-metodi spjegati hawn taħt, nixxef il-kampjun li qed tittestja sakemm dan ikun jidher xott.

6.4.1. Qiegħed id-dixx li jkun fih il-kampjun li qed tittestja fuq il-banju bil-misħun jagħli (5.1.3).

6.4.2. Daħħal id-dixx li fih il-kampjun li qed tittestja fil-forn tat-tnixxif f'temperatura ta' 70oĊ (5.1.2).

6.4.3. Poġġi d-dixx li fih il-kampjun li qed tittestja fil-forn tat-tnixxif bil-vakwu (5.1.1) f'temperatura ta' 70oĊ u niżżel il-pressjoni għal madwar 41;3 kPa (413 mbar).

6.5. Poġġi d-dixx li fih il-kampjun parzjalment imnixxef li qed tittestja fil-forn tat-tnixxif bil-vakwu (5.1.1). Niżżel il-pressjoni għal madwar 6;6 kPa (66;6 mbar) li tikkorrispondi għal minn tnejn sa erba' bżieżaq ta'l-arja kull sekonda ġol aċidu sulfuriku kkonċentrat).

Ħalli l-kampjun li qed tittestja jinxef għal sagħtejn f'temperatura ta' 70 ± 1 °C.

Agħlaq il-linja tal-vakwu u daħħal arja xotta bil-mod sakemm tintlaħaq pressjoni atmosferika.

6.6. Ħu d-dixx magħluq li jkun fih il-kampjun imnixxef li qed tittestja mill-ewwel ġod-desikkatur u iżnu malli tintlaħaq temperatura ambjentali.

7. PREŻENTAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Formula u metodu kif jiġu kkalkulati r-riżultati

Il-perċentwal tal-piż imnixxef tal-kontenut jiġi kkalkulat permezz ta'l-ekwazzjoni li ġejja:

% tal - piż niexef tal - kontenut =

× 100

m

fejn:

m0 = massa oriġinali tal-kampjun li qed tittestja fi g,

m1 = massa tad-dixx bit-trab diatomċew, l-għatu u l-fdal imnixxef fi g,

m2 = massa tad-dixx bit-trab diatomċew u l-għatu u f’g,

--------------------------------------------------

Top