Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982L0434

    It-Tieni Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Mejju 1982 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-metodi ta’ l-analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-kompożizzjoni ta’ prodotti kosmetiċi

    ĠU L 185, 30.6.1982, p. 1–28 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/04/1990

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1982/434/oj

    31982L0434



    Official Journal L 185 , 30/06/1982 P. 0001 - 0028
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0071
    Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0179
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 12 P. 0071
    Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0179


    It-Tieni Direttiva tal-Kummissjoni

    ta’ l-14 ta’ Mejju 1982

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-metodi ta’ l-analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-kompożizzjoni ta’ prodotti kosmetiċi

    (82/434/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif emendata bid-Direttiva 79/661/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi d-Direttiva 76/768/KEE titlob għall-testijiet uffiċjali tal-prodotti kosmetiċi bl-għan li jkunu assigurati li l-kundizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw il-komposizzjoni ta’ prodotti kosmetiċi jkunu milħuqa;

    Billi, l-metodi ta’ analiżi neċessarji għandhom jinkitbu mill-aktar fis possibbli; billi, l-ewwel pass lejn il-kisba ta’ dan il-għan huwa diġà meħud bid-definizzjoni ta’ ċerti metodi fid-Direttiva tal-Kummissjoni 80/1335/KEE [3], it-tieni pass għandu jkun id-definizzjoni tal-metodi għall-identifikazzjoni ta’ xi sustanzi li jġibu l-ossidazzjoni, u d-determinazzjoni tal-perossidu idroġenu fi prodotti kosmetiċi tax-xagħar, l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni semi-kwantitattiva ta’ ċerti koloranti li jġibu l-ossidazzjoni fiż-żebgħa tax-xagħar, l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni tan-nitrat, l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni tal-formaldehyde ħieles, d-determinazzjoni ta’ resorcinol fix-shampoo u f’lotions tax-xagħar, u d-determinazzjoni tal-metanol f’relazzjoni ma’ l-etanol jew il-propan-2-ol;

    Billi, l-misuri stabbiliti b’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-adattazzjoni tad-Direttiva 76/768/KEE għall-progress tekniku,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jassiguraw li, waqt it-testijiet uffiċjali ta’ prodotti kosmetiċi:

    - l-identifikazzjoni ta’ aġenti ossidizzanti u d-determinazzjoni tal-perossidu ta’ l-idroġenu fil-prodotti tax-xagħar,

    - l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni semi-kwantitattiva ta’ ċerti koloranti ossidizzanti fiż-żebgħa tax-xagħar,

    - l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni tan-nitrat,

    - l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ formaldehyde ħieles,

    - id-determinazzjoni ta’ resorcinol fix-shampoo u l-lotions tax-xagħar,

    - id-determinazzjoni tal-metanol f’relazzjoni ma’ l-etanol jew il-propan-2-ol

    jitwettqu bi qbil mal-metodi deskritti fl-Anness.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1983.

    Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni ta’dan.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 1982.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz Narjes

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

    [2] ĠU L 192, tal-31.7.1976, p. 35.

    [3] ĠU L 383, tal-31.12.1980, p.27.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    I. IDENTIFIKAZZJONI TA’ AĠENTI OSSIDIZZANTI U D-DETERMINAZZJONI TAL-PEROSSIDU TA’ L-IDROĠENU FIL-PRODOTTI TAL-KURA TAX-XAGĦAR

    GĦAN U KAMP

    Id-determinazzjoni jodometrika tal-perossidu tal-idroġenu fil-kosmetiċi hija possibbli biss fl-assenza ta’ aġenti oħra ossidizzanti, li jiffurmaw il-jodju mill-joduri. Konsegwentement, qabel id-determinazzjoni jodometrika tal-perossidu tal-idroġenu, hemm bżonn li jiġu osservati u identifikati ta’ l-aġenti ossidizzanti l-oħra presenti. Din l-identifikazzjoni tinqasam b’żewġ fażijiet; l-ewwel waħda tkopri l-persulfati, il-bromati u l-perossidu tal-idroġenu u t-tieni tkopri l-perossidu tal-barju.

    A. IDENTIFIKAZZJONI TAL-PERSULFATI, L-BROMATI U L-PEROSSIDU TAL-IDROĠENU

    1. PRINĊIPJU

    Il-persulfat tas-sodju, il-persulfat tal-potassju u l-persulfat ta’ l-ammonju; il-bromat tal-potassju, l-bromat tas-sodju u l-perossidu tal-idroġenu – jekk joriġinaw jew le mill-perossidu tal-barju – huma identifikati permezz ta’ kromatografija tal-karta dixxendenti, fejn isir użu ta’ żewġ solventi ta’ l-iżvilupp.

    2. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analatika.

    2.1. 0.5 % (m/v) soluzzjonijiet akweji ta’ referenza tat-taħlitiet li ġejjin:

    2.1.1. Persulfat tas-sodju

    2.1.2. Persulfat tal-potassju

    2.1.3. Persulfat ta’ l-ammonju

    2.1.4. Bromat tal-potassju

    2.1.5. Bromat tas-sodju

    2.1.6. Perossidu tal-idroġenu

    2.2. Solvent ta’ l-iżvilupp A, 80 % (v/v) etanol

    2.3. Solvent ta’ l-iżvilupp B, benżin – metanol – 3-metil butan–1-ol – ilma (34: 38: 18: 10 bil-volum)

    2.4. Aġent ta’ osservazzjoni A, 10 % (m/v) ta’ soluzzjoni akweja ta’ jodur tal-potassju

    2.5. Aġent ta’ osservazzjoni B, 1 % (m/v) ta’ soluzzjoni akweja ta’ lamtu

    2.6. Aġent ta’ osservazzjoni Ċ, 10 % (m/m) aċidu idrokloriku

    2.7. 4N aċidu idrokloriku

    3. APPARAT U TAGĦMIR

    3.1 Karta tal-kromatografija (Karta Whatman Nru 3 u Nru 4 jew l-ekwivalenti tagħhom)

    3.2. Mikropipetta, 1 μl

    3.3. Garafini normali, 100 ml

    3.4. Filtri skanalati

    3.5. Apparat għal kromatografija tal-karta dixxendenti

    4. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

    4.1. Prodotti li jinħallu fl-ilma

    Agħmel żewġ soluzzjonijiet minn kull kampjun billi ddewweb 1 g u 5 g tal-prodott, rispettivament, ġo 100 ml ta’ ilma. Uża 1 μl minn kull waħda minn dawn is-soluzzjonijiet biex tagħmel il-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5.

    4.2. Prodotti li jinħallu fl-ilma bil-qjies

    4.2.1. Iżen 1 g u 5 g tal-kampjun u xerred f’50 ml ta’ ilma, żid sa 100 ml bl-ilma f’kull każ u ħawwad. Iffiltra ż-żewġ taħlitiet minn ġo filtru skanalat (3.4) u uża 1 μl minn kull wieħed mill-filtrati sabiex tagħmel il-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5.

    4.2.2. Ipprepara għal darb’oħra żewġ taħlitiet ta’ kull kampjun billi xxerred 1 g u 5 g ġo 50 ml ta’ ilma, agħmel aċiduż b’taħlita ta’ aċidu idrokloriku (2.7), żid sa 100 ml bl-ilma u ħawwad. Iffiltra t-taħlitiet minn ġo filtru skanalat (3.4) u uża 1 μl minn kull wieħed miż-żewġ filtrati sabiex tagħmel il-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5.

    4.3. Kremi

    Xerred 5 g u 20 g ta’ kull prodott ġo 100 ml ta’ ilma u uża t-taħlitiet biex tagħmel il-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5.

    5. METODU

    5.1. Qiegħed kwantità adattata ta’ solventi A (2.2) u B (2.3) ġo żewġ tankijiet tal-kromatografija separati sabiex tagħmel il-kromatografija tal-karta dixxendenti. Xarrab it-tankijiet tal-kromatografija għal ta’ l-anqas 24 siegħa bil-fwar ta’ solvent.

    5.2. Applika 1 μl ta’ soluzzjoni waħda ta’ kampjun u ta’ soluzzjoni ta’ referenza ppreparata skond it-Taqsimiet 4 u 2.1 ma’ kull xifer ta’ strixxa mill-karta tal-kromatografija (Whatman Nru 3 jew ekwivalenti) twila 40 ċm u wiesa’ 20 ċm (3.1) jew format ieħor adattat u evapora s-soluzzjoni fl-arja.

    5.3. Poġġi l-istrixxa tal-kromatografija (5.2) fit-tank tal-kromatografija mimli bis-solvent ta’ l-iżvilupp A (5.1) u żviluppa sakemm it-tarf ta’ quddiem tas-solvent ikun avvanza b’35 ċm (madwar 15-il siegħa).

    5.4. Irrepeti l-proċedura deskritta fit-Taqsimiet 5.2 u 5.3, billi tuża karta tal-kromatografija (Whatman Nru 4 jew ekwivalenti) (3.1) u s-solvent ta’ l-iżvilupp B. Ikkromatografa sakemm it-tarf ta’ quddiem tas-solvent ikun avvanza b’ 35 ċm (madwar 5 siegħat).

    5.5. Wara l-iżvilupp, neħħi l-kromatogrammi u nixxifhom fl-arja.

    5.6. Ikxef il-marki żgħar fil-kromatogramm billi tisprejjaħ suċċessivament bi:

    5.6.1. aġent ta’ osservazzjoni A (2.4) segwit malajr wara, bl-aġent ta’ l-osservazzjoni B (2.5). Il-marki zgħar tal-persulfati għandhom issa jidhru fil-kromatogramm u jkunu segwiti bil-marki żgħar tal-perossidu idroġenu. Immarka l-marki żgħar b’lapes;

    5.6.2. l-aġent ta’ l-osservazzjoni Ċ (2.6) fuq il-kromatogrammi miksuba skond it-Taqsima 5.6.1; il-preżenza ta’ bromati għandha issa tkun indikata b’marki zgħar kaħlanija li jagħtu fil-griż fil-kromatogramm.

    5.7. Taħt il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq relatati mas-solventi ta’ l-iżvilupp A (2.2) u B (2.3), il-valuri Rf tas-sustanzi ta’ referenza (2.1) huma approssimattivament kif ġej:

    | Solvent ta’ l-iżvilupp A (2.2) | Solvent ta’ l-iżvilupp B (2.3) |

    Persulfat tas-sodju | 0.40 | 0.10 |

    Persulfat tal-potassju | 0.40 | 0.02 + 0.05 |

    Persulfat ta’ l-ammonju | 0.50 | 0.10 + 0.20 |

    Bromat tas-sodju | 0.40 | 0.20 |

    Bromat tal-potassju | 0.40 | 0.10 + 0.20 |

    Perossidu idroġenu | 0.80 | 0.80 |

    B. IDENTIFIKAZZJONI TAL-PEROSSIDU TAL-BARJU

    1. PRINĊIPJU

    Il-perossidu tal-barju huwa identifikat bil-formazzjoni tal-perossidu ta’ l-idroġenu wara l-aċidifikazzjoni tal-kampjun (A.4.2), u bil-preżenta tal-jone tal-barju:

    - fl-assenza ta’ persulfati (A), billi wieħed iżid taħlita ta’ aċidu sulfuriku ma’ porzjon tas-soluzzjoni tal-kampjun ta’ l-aċidu (B.4.1), bħala riżultat ta’ liema hija ffurmata materja solida bajda ta’ sulfat tal-barju. Il-preżenza ta’ joni tal-barju fil-kampjun (B.4.1) hija għal darb’oħra kkonfermata bil-kromatografija tal-karta bil-mod deskritt hawn taħt (B.5),

    - meta l-perossidu tal-barju u l-persulfati huma preżenti silumtanjament (B.4.2) bit-trattament tal-fdal tas-soluzzjoni (B.4.2) ġo l-alkali; wara t-taħlil ġo l-aċidu idrokloriku, l-preżenza tal-joni tal-barju hija kkonfermata fis-soluzzjoni tat-tidwib (B.4.2.3) bil-kromatografija tal-karta u/jew bis-separazzjoni tas-sulfat tal-barju.

    2. REAĠENTI

    2.1. Metanol

    2.2. 36 % (m/m) aċidu idrokloriku kkonċentrat

    2.3. 6N aċidu idrokloriku

    2.4. 4N aċidu sulfuriku

    2.5. Melħ disodium ta’ l-aċidu Rhodizonic

    2.6. Klorur tal-barju (BaC12. 2H2O)

    2.7. Karbonat tas-sodju anidru

    2.8. 1 % (m/v) ta’ soluzzjoni ta’ l-ilma ta’ klorur tal-barju

    2.9. Solvent ta’ l-iżvilupp li jikkonsisti f’metanol, aċidu idrokloriku kkonċentrat (konċentrazzjoni 36 %) u ilma (80: 10: 10 bil-volum)

    2.10. Aġent ta’ l-osservazzjoni, 0.1 % (m/v) ta’ soluzzjoni ta’ l-ilma ta’ melħ ta’ l-aċidu rhodizonic disodium, li trid tiġi ppreparata immedjatament qabel l-użu.

    3. APPARAT U TAGĦMIR

    3.1. Mikropipetta, 5 μl

    3.2. Griġjoli tal-platinu

    3.3. Garafini normali, 100 ml

    3.4. Karta tal-kromatografija Schleicher u Schull 2043 b, jew ekwivalenti. Naddaf il-karta billi tiżviluppaha matul il-lejl ġo tank tal-kromatografija dixxendenti (A.3.5.) li jkun fih solvent ta’ l-iżvilupp (B.2.9) u mbagħad nixxef

    3.5. Karta ta’ filtru skanalat

    3.6. L-apparat tas-soltu użat biex issir il-kromatografija tal-karta axxendenti.

    4. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

    4.1. Prodotti li fihom il-persulfati huma assenti

    4.1.1. Xerred 2 g tal-prodott ġo 50 ml ta’ l-ilma u ġib il-pH tat-taħlita għal madwar 1 bl-aċidu idrokloriu (B.2.3).

    4.1.2. Itrasferixxi t-taħlita bl-ilma ġo garafina normali ta’ 100 ml, żid sal-marka bl-ilma u ħawwad. Uża din it-taħlita għall-analiżi tal-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5 u għall-identifikazzjoni tal-barju bis-separazzjoni tas-sulfat.

    4.2. Prodotti li fihom il-persulfati huma preżenti

    4.2.1. Xerred 2 g tal-prodott ġo 100 ml ta’ l-ilma u ffiltra.

    4.2.2. Żid mar-residwu mnixxef minn seba’ sa għaxar darbiet il-piż tiegħu ta’ karbonat tas-sodju (B.2.7), ħawwad, u dewweb it-taħlita ġo griġjol tal-platinu (B.3.2) għal nofs siegħa.

    4.2.3. Kessaħ fit-temperatura tal-kamra, dewweb it-tidwiba ġo 50 ml ta’ l-ilma u ffiltra (B.3.5).

    4.2.4. Dewweb ir-residwu mit-tidwiba ġo l-aċidu idrokloriku (B.2.3) u żid għal 100 ml bl-ilma. Uża din is-soluzzjoni għall-analiżi tal-kromatografija tal-karta deskritta fit-Taqsima 5 u għall-identifikazzjoni tal-barju bis-separazzjoni tas-sulfat.

    5. METODU

    5.1. Poġġi kwantità adattata ta’ solvent ta’ l-iżvilupp (B.2.9) ġo tank għal-kromatografija tal-karta axxendenti u xarrab it-tank għal ta’ l-anqas 15-il siegħa.

    5.2. Fuq biċċa karta tal-kromatografija - trattata minn qabel kif deskritt fit-Taqsima B.3.4 - applika 5 μl ta’ kull waħda mis-soluzzjonijiet ippreparati skond it-Taqsimiet B.4.1.2 u B.4.2.4 u s-soluzzjoni ta’ referenza B.2.8 fuq tliet trufijiet.

    5.3. Nixxef il-kampjun u l-marki żgħar ta’ referenza fl-arja. Żviluppa l-kromatogramma sakemm it-tarf ta’ quddiem tas-solvent ikun tela’ 30 ċm.

    5.4. Neħħi l-kromatogramm mit-tank u nixxef fl-arja.

    5.5. Ikxef il-marki żgħar fuq il-kromatogramma billi tisprejja l-karta bl-aġent ta’ l-osservazzjoni B.2.10. Fil-preżenza tal-barju, fuq il-kromatogramma jidhru marki żgħar ħomor b’valur RF ta’ madwar 0.10.

    Ċ. DETERMINAZZJONI TAL-PEROSSIDU TA’ L-IDROĠENU

    1. PRINĊIPJU

    Id-determinazzjoni jodometrika tal-perossidu ta’ l-idroġenu hija bbażata fuq ir-reazzjoni li ġejja:

    H

    O

    + 2H

    + 2I

    → I

    − 2H

    O

    Din il-konverżjoni tipproċedi bil-mod imma tista’ tiġi aċċellerata bl-addizzjoni tal-molibdata ta’ l-ammonju. Il-jodju ffurmat huwa ddeterminat titrimetrikament kontra t-tiosulfat tas-sodju u huwa kejl tal-kontenut tal-perossidu ta’ l-idroġenu.

    2. DEFINIZZJONI

    Il-kontenut tal-perossidu ta’ l-idroġeni mkejjel bil-mod deskritt hawn taħt huwa espress bħal persentaġġ bil-massa (% m/m) tal-prodott.

    3. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika.

    3.1. 2N aċidu sulfuriku

    3.2. Jodju tal-potassju

    3.3. Molibdata ta’ l-ammonju

    3.4. 0.1 N tiosulfat tas-sodju

    3.5. 10 % (m/v) ta’ soluzzjoni ta’ jodju tal-potassju, li trid tiġi ppreparata mill-ġdid immedjatament qabel l-użu

    3.6. 20 % (m/v) ta’ soluzzjoni ta’ molibdata ta’ l-ammonju

    3.7. 1 % (m/v) ta’ soluzzjoni tal-lamtu

    4. APPARAT U TAGĦMIR

    4.1. Tazzi taż-żennuna, 100 ml

    4.2. Buretta, 50 ml

    4.3. Garafini normali, 250 ml

    4.4. Ċilindri tal-kejl, 25 u 100 ml

    4.5. Pipetti ta’ marka waħda, 10 ml

    4.6. Garafini ta’ għamla konika, 250 ml

    5. METODU

    5.1. Ġo garafina ta’ 100 ml iżen u itfa’ 10 g (m gramm) tal-prodott, li fih bejn wieħed u ieħor 0.6 g ta’ perossidu ta’ l-idroġenu. Ittrasferixxi l-kontenuti ma’ l-ilma ġo garafina normali ta’ 250 ml, żid bl-ilma sal-marka u ħawwad.

    5.2. Itrasferixxi 10 ml tas-soluzzjoni tal-kampjun b’pipetta (5.1) ġo garafina ta’ għamla konika ta’ 250 ml (4.6) u żid suċċessivament 100 ml ta’ 2N aċidu sulfuriku (3.1), 20 ml tas-soluzzjoni ta’ jodju tal-potassju (3.5) u tliet qatriet tas-soluzzjoni ta’ molibdata ta’ l-ammonju (3.6).

    5.3. Iddoża l-jodju ffurmat immedjatament kontra 0.1N tas-soluzzjoni ta’ tiosulfat tas-sodju (3.4) u eżatt qabel jintlaħaq it-tarf żid ftit millilitri tas-soluzzjoni tal-lamtu bħala indikatur (3.7). Irreġistra l-konsum ta’ 0.1N ta’ tiosulfat tas-sodju (3.4) f’millilitri (V).

    5.4. Bil-manjiera deskritta fit-Taqsimiet 5.2 u 5.3, wettaq determinazzjoni fil-bjank, billi tissostitwixxi l-10 ml tas-soluzzjoni tal-kampjun b’10 ml ta’ ilma. Irreġistra l-konsum ta’ 0.1N tat-tiosulfat tas-sodju fid-determinazzjoni fil-bjank (Vo ml).

    6. KALKOLU

    Ikkalkola l-kontenut tal-perossidu ta’ l-idroġeni tal-prodott bħala persentaġġ bil-massa (% m/m) bl-għajnuna tal-formola li ġejja:

    % ta’ perossidu ta’ l-idroġeni | = V − Vo × 1,7008 × 250 × 100m × 10 × 1000 |

    = V − Vo × 4,252m |

    meta:

    m = il-kwantità fi grammi tal-prodott analizzat (5.1),

    Vo = il-konsum f’millilitri tas-soluzzjoni ta’ tiosulfat 0.1N f’determinazzjoni fil-bjank (5.4),

    V = il-konsum f’millilitri tas-soluzzjoni ta’ tiosulfat fit-titrazzjoni tas-soluzzjoni tal-kampjun (5.3).

    7. REPETIBBILITÀ [1]

    Għal prodott li fih madwar 6 % ta’ perossidu ta’ l-idroġeni d-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet imwettqa b’mod parallella fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi l-valur assolut ta’ 0.2 %.

    II. IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI SEMI-KWANTITATTIVA TA’ ĊERTI KOLORANTI LI JĠIBU L- OSSIDAZZJONI FIŻ-ŻEBGĦA TAX-XAGĦAR

    1. GĦAN U KAMP

    Dan il-metodu huwa adattat għall-identifikazzjoni u d-determinazzjoni semi-kwatitattiva tas-sustanzi li qegħdin ġo żebgħa tax-xagħar f’forma ta’ krema jew likwida:

    Sustanzi | Simboli |

    Phenylenediamines

    o-Phenylenediamine | (OPD) |

    m-Phenylenediamine | (MPD) |

    p-Phenylenediamine (L-Anness V) | (PPD) |

    Methylphenylediamines

    4-Methyl-1,2-phenylediamines (toluene-3,4-diamine) | (OTD) |

    4-Methyl-1,3-phenylediamines (toluene-2,4-diamine) | (MTD) |

    2-Methyl-1,4-phenylediamines (toluene-2,5-diamine) | (PTD) |

    Diaminophenols

    2,4-diaminophenol | (DAP) |

    Hydroquinone

    1,4 Benzenediol | (H) |

    a-Naphtol | (α-N) |

    Pyrogallol

    1,2,3-trihydroxybenzene | (P) |

    Resorcinol

    1,3-dihydroxybenzene | (R) |

    2. PRINĊIPJU

    Koloranti li jġibu l-ossidazzjoni huma estratti f’pH 10 b’96 % ta’ etanol minn żebgħat fil-forma ta’ krema jew likwidu u identifikati bi kromatografija ta’ saff baxx, ta’ dimensjoni waħda jew bi-dimensjonali.

    Għad-determinazzjoni semi-kwantitattiva ta’ dawn is-sustanzi, il-kromatogramm tal-kampjuni huwa kkomparat permezz ta’ erba’ sistemi ta’ żvilupp ma’ dawk għas-sustanzi ta’ referenza prodotti fl-istess ħin u taħt kundizzjonijiet l-aktar simili possibbli.

    3. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika.

    3.1. Etanol, anidru

    3.2. Aċetun

    3.3. Etanol, 96 % v/v

    3.4. d

    = 0,91

    = 0.91)

    3.5. L(+)-aċidu askorbiku

    3.6. Kloroform

    3.7. Cyclohexane

    3.8. Nitroġenu, grad tekniku

    3.9. Toluene

    3.10. Benżin

    3.11. n-Butanol

    3.12. Butan-2-ol

    3.13. Aċidu ipofosforiku, 50 % v/v soluzzjoni

    3.14. Reaġent Diazo. Jew:

    - 3-Nitro-1-benzenediazonium chlorobenzenesulphonate (forma ta’ melħ stabilizzata) bħal f’Red 2 Jn - Francolor,

    - naphthalenebenozoate, (forma stabilizzata ta’ melħ) bħal fir-Reaġent NNCD – Nru. ta’ referenza 74150 FLUKA,

    jew ekwivalenti.

    3.15. Nitrat tal-fidda

    3.16. p-Dimethylaminobenzaldehyde

    3.17. 2,5-Dimethylphenol

    3.18. Klorur tal-ħadid eżaidrat

    3.19. Aċidu idrokloriku, 10 % m/v soluzzjoni

    3.20. Sustanzi ta’ referenza

    Is-sustanzi ta’ referenza huma murija fil-paragrafu 1 "Għan u kamp". Fil-każ ta’ taħlitiet ta’ ammina, is-sustanzi ta’ referenza tridu tkunu jew tal-bażi idroklorika (mono jew di) jew tal-bażi ħielsa.

    3.21. Soluzzjonijiet ta’ referenza 0.5 % (m/v)

    Soluzzjoni ta’ 0.5 % (m/v) ta’ kull wieħed mis-sustanzi ta’ referenza fit-Taqsima 3.20 tiġi ppreparata.

    Iżen u itfa’ 50 mg ± 1 mg tas-sustanza ta’ referenza ġo garafina normali ta’ 10 ml.

    Żid 5 ml ta’ 96 % etanol (3.3) u 250 mg ta’ aċidu askorbiku (3.5).

    Agħmel is-soluzzjoni alkalina biż-żieda tas-soluzzjoni ta’ ammonja (3.4) biex tagħti pH apparenti ta’ 10 (ittestja bil-karta indikattiva).

    Żid għal 10 ml b’96 % etanol (3.3) u ħawwad.

    Is-soluzzjonijiet jistgħu jinżammu għal ġimgħa ġo post frisk ’il bogħod mid-dawl.

    F’ċerti każi, wara ż-żieda ta’ l-aċidu askorbiku u l-ammonja, preċipitat jista’ jifforma. Dan għandu jitħalla joqgħod qabel jitkompla l-proċess.

    3.22. Solventi ta’ żvilupp

    3.22.1. Aċetun – kloroform – toluene (35: 25: 40 bil-volum)

    3.22.2. Kloroform – cyclohexane– etanol assolut – 25 % ammonja (80: 10: 10: 1 bil-volum).

    3.22.3. Benżin – butan-2-ol – ilma (50: 25: 25 bil-volum). Ħawwad sewwa billi tħabbat u uża l-fażi l-aktar għolja wara li tissepara fit-temperatura tal-kamra (minn 20 sa 25 °C).

    3.22.4. n-Butanol – kloroform – reaġent M (7: 70: 23 bil-volum). Issepara bil-galbu fit-temperatura tal-kamra (minn 20 to 25 °C) u uża l-fażi l-aktar baxxa.

    Preparazzjoni tar-reaġent M

    Soluzzjoni ta’ l-ammonja 25 % (v/v) | 24 volum |

    Aċidu ipofosforiku, 50 % (3.13) | volum wieħed |

    Ilma | 75 volum |

    Nota

    Is-solventi ta’ l-iżvilupp li fihom l-ammonja jridu jitħawdu b’taħbit sewwa immedjatament qabel jintużaw.

    3.23. Sprejjijiet indikaturi

    3.23.1. Reaġent Diazo

    Agħmel soluzzjoni ta’ l-ilma ta’ 5 % (m/v) tar-reaġent magħżul (3.14). Din is-soluzzjoni għandha tiġi ppreparata mill-ġdid eżatt qabel tintuża.

    3.23.2. Reaġent ta’ Ehrlich

    Dewweb 2 g ta’ p-diamethylaminobenzaldehyde (3.16) ġo 100 ml ta’ soluzzjoni ta’ ilma ta’ 10 % (m/v) ta’ aċidu idrokloriku (3.19).

    3.23.3. 2,5 -dimethylphenol – exa-idrat tal-klorur tal-ħadid

    Soluzzjoni 1: Dewweb 1 g ta’ dimethylphenol (3.17) ġo 100 ml ta’ 96 % etanol (3.3).

    Soluzzjoni 2: Dewweb 4 g ta’ exa-idrat ta’ klorur tal-ħadid (3.18) ġo 100 ml ta’ 96 % etanol (3.3).

    Għall-iżvilupp, dawn is-soluzzjonijiet huma sprejjati separatament, l-ewwel is-soluzzjoni 1, imbagħad is-soluzzjoni 2.

    3.23.4. Nitrat tal-fidda ammonijaku

    25 % ta’ ammonja (3.4) hija miżjuda ma’ 5 % (m/v) ta’ soluzzjoni ta’ l-ilma tan-nitrat tal-ħadid (3.15) sakemm il-materja solida kemm xejn iddub. Dan ir-reaġent irid jiġi ppreparat immedjatament qabel jintuża.

    M’għandux jinżamm.

    4. APPARAT

    4.1. It-tagħmir tas-soltu ta’ l-laboratorju għall-kromatografija ta’ saff baxx.

    4.1.1. Għatu tal-plastik jew tal-ħġieġ, kostruwit b’tali mod li l-folja kromatografika tista’ tiġi mdawwra bin-nitroġenu matul l-applikazzjoni tal-marki u t-tnixxif. Din il-prekawzjoni hija neċessarja minħabba s-suxxettibilità għall-ossidazzjoni ta’ ċerti koloranti.

    4.1.2. Mikro-siringa, 10 μl, iggradwata f’diviżjonijiet ta’ 0.2 μl, b’labra ta’ qata’ kwadra, jew, aħjar, dispensatur repettitiv ta’ 50 μl immuntat fuq pedestal b’morsa b’tali mod li l-folja tista’ tinżamm taħt in-nitroġenu.

    4.1.3. Lastri rqaq ta’ ġell tas-silika, lesti biex jintużaw ta’ ħxuna ta’ 0.25 mm, b’forma ta’ 20 x 20 ċm (Macherey and Nagel, Silica G-HR, mqiegħda fuq rfid tal-plastik, jew ekwivalenti)

    4.2. Magna ċentrifuga, 4000 rev./min.

    4.3. Tubi ċentrifugi, 10 ml b’tappijiet li jinvitaw PTFE-lined, jew ekwivalenti.

    5. PROĊEDURA

    5.1. Trattament tal-kampjuni tal-verifika

    Warrab l-ewwel 2 jew 3 ċm ta’ krema maħruġa mit-tubu.

    Poġġi dawn li ġejjin fit-tubu ċentrifugu (4.3) li qabel ikun ġie maħsul bin-nitroġenu: 300 mg ta’ aċidu askorbiku ma’ 3 g krema jew 3g liwidu omoġenizzat.

    Żid 25 % ta’ ammonia taqtira-taqtira (3.4) sakemm il-pH ikun 10. Żid sa 10ml b’96 % etanol (3.3).

    Omoġenizza taħt in-nitroġenu (3.8), għalaq b’tapp u mbagħad iċċetrifuga b’ 4000 rev./min. għal 10 minuti.

    Uża l-likwidu supernatanti.

    5.2. Kromatografija

    5.2.1. L-immarkar tal-pjanċi

    F’atmosfera ta’ nitroġenu (3.8), applika fuq folja tal-kromatografija (4.1.3) 1 μl ta’ kull wieħed mis-soluzzjonijiet ta’ referenza deskritti hawn fuq, f’disa’ punti li qiegħdin bejn wieħed u ieħor 1.5ċm ’il bogħod minn xulxin fuq linja li qiegħda approssimattivament 1.5 ċm mit-tarf tal-folja.

    Dawn il-marki tas-soluzzjoni ta’ referenza jkunu rranġati kif ġej:

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 |

    R | P | H | PPD | DAP | PTD | OPD | OTD | MPD |

    MTD | a-N | | | | | | | |

    B’żieda, applika fil-punti 10 u 11 rispettivament 2 μl tal-kampjuni tas-soluzzjoni tat-test miksuba skond it-Taqsima 5.1.

    Żomm il-pjanċa taħt in-nitroġenu (3.8) sal-mument meta tkun kromatografata.

    5.2.2. Żvilupp

    Poġġi l-lasta f’tank li qabel ikun ġie maħsul bin-nitroġenu (3.8), mxarrab b’wieħed mill-erba’ solventi (3.22) u ħalliha tiżviluppa fit-temperatura tal-kamra (minn 20 sa 25 °C) fid-dlam sakemm in-naħa ta’ quddiem tas-solvent tkun mxiet madwar 15-il ċm mil-linja tal-bażi.

    Neħħi l-pjanċa u nixxef taħt in-nitroġenu (3.8) fit-temperatura tal-kamra.

    5.2.3. Sprejjar

    Sprejja l-folja immeddjament b’wieħed mill-erba’ soluzzjonijiet speċifikati f’3.23.

    5.2.4. Identifikazzjoni

    Qabbel il-valur Rf u l-kulur miksub mill-kampjun ma’ dawk tas-sostanzi ta’ referenza kromatografati.

    It-Tabella I tagħti bħala eżempji l-valuri Rf u l-kuluri għal kull sustanza skond is-solvent u l-indikatur użat.

    Il-konfermazzjoni ta’ l-identifikazzjoni dubjuża tista’ kultant tinkiseb permezz ta’ metodu ta’ spiking, billi wieħed iżid is-soluzzjoni tas-sustanza ta’ referenza ma’ l-estratt tal-kampjun.

    5.2.5. Stima semi-kwantitattiva

    Qabbel viżwalment l-intensità tal-marki żgħar għal kull sustanza identifikata f’5.2.4 ma’ skala adattata tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi ta’ referenza.

    Jekk il-konċentrazzjoni ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi li jinstabu fil-kampjun hija eċċessiva, ħallat l-estratt tal-kampjun u erġa’ kejjel.

    TABELLA I

    Valuri ta’ Rf u l-kuluri miskuba immedjatament wara l-isprejjar

    Nota:

    1. OPD jidher biss b’mod dgħajjef; is-solvent (3.22.3) irid jintuża biex jisseparah b’mod ċar mill-OTD.

    2. (*) Jindika l-aħjar żvilupp ta’ kulur.

    Sustanza ta’ referenza (3.20) | Solventi ta’ l-iżvilupp | Sprejjijiet indikaturi |

    fValuri R | Kuluri li rriżultaw |

    (3.22.1) | (3.22.2) | (3.22.3) | (3.22.4) | Diazo (3.23.1) | Ehrlich (3.23.2) | Dimethylpheho l (3.23.3) | AgNO (3.23.4) |

    OPD | 0.62 | 0.60 | 0.30 | 0.57 | kannella ċar | --- | --- | kannella ċar |

    MPD | 0.40 | 0.60 | 0.47 | 0.48 | kannella fil-vjola (*) | isfar | kannella ċar | kannella ċar |

    PPD | 0.20 | 0.50 | 0.30 | 0.48 | kannella | aħmar jgħajjat (*) | vjola | griż |

    OTD | 0.60 | 0.60 | 0.53 | 0.60 | kannella | oranġjo ċar | kannella ċar | kannella fil-griż |

    MTD | 0.40 | 0.67 | 0.45 | 0.60 | kannella fl-aħmar (*) | isfar | kannella | iswed |

    PTD | 0.33 | 0.65 | 0.37 | 0.70 | kannella | oranġjo | vjola (*) | griż |

    DAP | 0.07 | --- | 0 | 0.05 | kannella (*) | oranġjo | vjola | kannella |

    H | 0.50 | 0.35 | 0.80 | 0.20 | --- | oranġjo | vjola | iswed (*) |

    α-N | 0.90 | 0.80 | 0.90 | 0.75 | kannella fl-oranġjo | --- | vjola (*) | iswed |

    P | 0.37 | --- | 0.67 | 0.05 | kannella | vjola ċar ħafna | kannella ċar ħafna | kannella (*) |

    R | 0.50 | 0.37 | 0.80 | 0.17 | oranġjo (*) | vjola ċar | kannella ċar ħafna | kannella ċar |

    6. EŻAMINAZZJONI BIL-KROMATOGRAFIJA TA’ SAFF BAXX BI-DIMENSJONALI

    Din il-proċedura ta’ kromatografija bi-demensjonali tirrikjedi l-użu ta’ standards u reaġenti addizzjonali.

    6.1. Soluzzjonijiet u sustanzi ta’ referenza addizzjonali

    6.1.1. β-naphtol (β-N)

    6.1.2. 2-aminophenol (OAP)

    6.1.3. 3-aminophenol (MAP)

    6.1.4. 4-aminophenol (PAP)

    6.1.5. 2-nitro-1,4-phenylenediamine (2-NPPD)

    6.1.6. 4-nitro-1,2-phenylenediamine (4-NOPD)

    Ipprepara soluzzjoni ta’ 0.5 % m/v ta’ kull wieħed mis-sustanzi ta’ referenza addizzjonali kif deskritti f’3.2.1.

    6.2. Solvent ta’ l-iżvilupp addizzjonali

    6.2.1. Aċetat ta’ l-etile – cyclohexane – soluzzjoni ta’ l-ammonja, 25 % (65: 30: 0.5 bil-volum)

    6.3. Sistema ta’ l-indikazzjoni addizzjonali

    Poġġi reċipjent tal-ħġieġ ġo tank ta’ l-iżvilupp għall-kromatografija ta’ saff baxx, żid madwar 2 g ta’ jodju kristallizzat u għalaq it-tank b’għatu adattat.

    6.4. Kromatografija

    6.4.1. Pinġi żewġ linji, kif muri fil-Figura 1, fuq is-superfiċi assorbenti tal-pjanċa ta’ saff baxx (4.1.3).

    6.4.2. Taħt atmosfera ta’ nitroġenu (4.1.1) applika minn 1 sa 4 estratti ta’ μl (5.1) fil-punt tal-bażi (Figura 1) li hi 2 ċm miż-żewġ naħat. Il-kwantita ta’ l-estratt tiddependi mill-intensità tal-marki żġħar fuq il-kromatogrammi 5.2.

    6.4.3. Aqsam bejn il-punti 2 u 3 (Figura 1) il-koloranti ta’ l-ossidazzjoni identifikati jew preżunti li huma identifikati permezz ta’ 5.2 (distanza ta’ bejn il-punti ta’ 1.5 ċm). Applika 2 μl ta’ kull waħda mis-soluzzjonijiet ta’ referenza - apparti minn DAP li minnha jrid jiġi applikat 6 μl. Ikkonduċi l-operazzjoni taħt in-nitroġenu (6.4.2).

    6.4.4. Irrepeti l-operazzjoni li hemm f’6.4.3 fuq il-punti tal-bażi 4 u 5 (Figura 1) u żomm il-pjanċa taħt in-nitroġenu sal-mumenti meta tkun kromatografata (distanza ta’ bejn il-punti ta’ 1.5 ċm).

    6.4.5. Aħsel it-tank kromatografiku bin-nitroġenu (3.8) u fih poġġi kwantita adattata ta’ solvent ta’ l-iżvilupp 3.22.2. Poġġi l-pjanċa (6.4.4) fit-tank u żviluppaha fl-ewwel direzzjoni ta’ elużjoni (Figura 1), fid-dlam.

    Agħmel elużjoni sakemm in-naħa ta’ quddiem tas-solvent tilħaq il-linja mmarkata fuq il-pjanċa (approssimattivament 13 ċm).

    6.4.6. Neħħi l-pjanċa mit-tank u poġġiha fit-tank kromatografiku li qabel ikun inħasel bin-nitroġenu biex jiġi evaporat is-solvent ta’ l-elużjoni għal ta’ l-anqas 60 minuta.

    6.4.7. B’tubu tat-test iggradwat, poġġi kwantità adattata ta’ solvent ta’ l-elużjoni (6.2) f’tank li jkun ġie maħsul bin-nitroġenu (3.8), poġġi l-pjanċa mdawwra f’90º ġot-tank (6.4.6) u kkromatografa fit-tieni direzzjoni (fid-dlam ukoll) sakemm in-naħa ta’ quddiem tas-solvent tilħaq il-linja mpinġija fuq is-superfiċi assorbenti. Neħħi l-pjanċa mit-tank u evapora s-solvent ta’ l-elużjoni fl-arja.

    6.4.8. Poġġi l-pjanċa għal 10-il minuta ġot-tank tal-kromatografija bi fwar tal-jodju (6.3) u interpreta l-kromatogramm ta’ żewġ direzzjonijiet bl-użu tal-valuri Rf u tal-kulur tas-sustanzi ta’ referenza kromatografati fl-istess ħin (it-Tabella II sservi ta’ gwida għall-valuri Rf u għall-kuluri).

    Nota

    Biex tikseb il-kolorazzjoni massima tal-marki żgħar ħalli l-kromatogramm espost għall-atmosfera għal nofs siegħa wara l-iżvilupp.

    6.4.9. Il-preżenza ta’ koloranti ta’ ossidazzjoni misjuba f’6.4.8 tista’ tiġi kkonfermata definittivament billi jiġu rrepetuti l-operazzjonijiet deskritti f’6.4.1 u 6.4.8 u billi wieħed iżid fil-punt tal-bażi 1 fuq l-ammont ta’ l-estratt speċifikat f’6.4.2 μl tas-sustanzi ta’ referenza identifikati f’6.4.8. Jekk ma tinstab l-ebda marka meta mqabbel mal-kromatogramm miksub f’6.4.8, l-interpretazzjoni tal-kromatogramm 6.4.8 hija korretta.

    TABELLA II

    Kulur tas-sustanzi ta’ referenza wara l-kromatografija u bil-fwar tal-jodju

    Sustanzi ta’ referenza | Kulur wara l-iżviluppar bil-fwar tal-jodju |

    R | beige |

    P | kannella |

    α-N | vjola |

    β-N | kannella ċar |

    H | kannella fil-vjola |

    MPD | kannella fl-isfar |

    PPD | kannella fil-vjola |

    MTD | kannella skur |

    PTD | kannella fl-isfar |

    DAP | kannella skur |

    OAP | oranġjo |

    MAP | kannella fl-isfar |

    PAP | kannella fil-vjola |

    2-NPPD | kannella |

    4-NOPD | oranġjo |

    +++++ TIFF +++++

    III. IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI TAN-NITRAT

    A. IDENTIFIKAZZJONI

    1. GĦAN U KAMP

    Dan il-metodu huwa adattat għall-identifikazzjoni tan-nitrat fi prodotti kosmetiċi b’mod partikolari fi kremi u pastes.

    2. PRINĊIPJU

    Il-preżenza tan-nitrat hija indikata bil-formazzjoni ta’ derivattivi kulurita ma’ 2-aminobenzaldehyde phenylhydrazone (Nitrin ®).

    3. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika.

    3.1. d

    = 1,84

    = 1.84) ma’ 11 ml ta’ l-ilma ddistillat.

    3.2. d

    = 1,19

    = 1.19) ma’ 11 ml ta’ l-ilma ddistillat.

    3.3. Metanol

    3.4. Soluzzjoni ta’ 2-aminobenzaldenyde phenylhydrazone (reaġent Nitrin ®) fil-metanol.

    Iżen 2.0 g ta’ Nitrin ® u ttrasferixxi dan b’mod kwanitattiv ġo garafina normali ta’ 100 ml. Żid fi kwantita ta’ qtar 4 ml tat-taħlita ta’ aċidu idrokloriku (3.2) u ħawwad. Żid sal-marka bil-metanol u ħawwad kollox sakemm is-soluzzjoni tkun kompletament ċara. Aħżen is-soluzzjoni ġo flixkun tal-ħġieġ kannella (4.3).

    4. APPARAT

    4.1. Tazzi taż-żennuna, 50 ml

    4.2. Garafina normali, 100 ml

    4.3. Flixkun tal-ħgieġ kannella, 125 ml

    4.4. Pjanċa tal-ħġieġ, 10 x 10 ċm

    4.5. Spatula tal-plastik

    4.6. Karta poruża 10 x 10 ċm

    5. PROĊEDURA

    5.1. Ferrex parti mill-kampjun li jrid jiġi eżaminat b’mod indaqs fuq il-pjanċa tal-ħġieġ (4.4) b’tali mod li tgħatti s-superfiċi bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 1 ċm.

    5.2. Xarrab folja ta’ karta poruża (4.6) fl-ilma ddistillat. Ifrixha fuq il-kampjun u agħfas il-karta poruża ’l isfel bl-ispatula tal-plastik (4.5).

    5.3. Stenna għal madwar minuta u applika fiċ-ċentru tal-karta poruża:

    - żewġ qatriet tat-taħlita ta’ aċidu sulfuriku (3.1),

    - segwiti b’żewġ qatriet tas-soluzzjoni Nitrin ® (3.4).

    5.4. Wara ħames jew għaxar sekondi, neħħi l-karta poruża u eżaminaha fid-dawl tal-jum. Il-preżenza tan-nitrat hija indikata permezz ta’ tilwin vjola fl-aħmar.

    Jekk il-kontenut tan-nitrat huwa baxx, il-kulur vjola fl-aħmar jinbidel f’isfar wara 5 sekondi sa 15-il sekonda. Din il-bidla ta’ kulur isseħħ biss wara minuta jew tnejn jekk kwantitajiet kbar ta’ nitrat huma preżenti.

    6. KUMMENT

    L-intensità tal-kulur vjola fl-aħmar u l-ħin li jgħaddi sal-bidla fl-isfar tista’ tagħti indikazzjoni tal-kontenut ta’ nitrat tal-kampjun.

    B. DETERMINAZZJONI

    1. GĦAN

    Il-metodu jiddiskrivi d-determinazzjoni tan-nitrat fi prodotti kosmetiċi.

    2. DEFINIZZJONI

    Il-konenut ta’ nitrat ta’ kampjun, determinat skond dan il-metodu, huwa espress f’% bil-massa ta’ nitrat tas-sodju.

    3. PRINĊIPJU

    Wara li tħallat il-kampjun bl-ilma u wara li dan jiċċara, in-nitrat preżenti huwa magħmul li jirreaġixxi mas-sulphanilamide u N-1-naphthylethylenediamine u d-densità ottika tal-kulur miksuba hija mkejla f’538 nm.

    4. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika.

    4.1. Reaġenti ta’ kjarifikazzjoni: dawn ir-reaġenti ma jistgħux jintużaw għal aktar minn ġimgħa wara li jkunu ġew ippreparati.

    4.1.1. Reaġent Carrez I:

    Dewweb 106 g ta’ potassium cyanoferrate (II) K4Fe(CN)6.3H2O, f’ilma ddistillat u ħallat mal-ilma sa 1000 ml.

    4.1.2. Reaġent Carrez II:

    Dewweb 219,5 g ta’ aċetat taż-żingu, Zn(CH3COO)2.2H2O u 30 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali f’ilma ddistillat u ħallat mal-ilma sa 1000 ml.

    4.2. Soluzzjoni ta’ nitrat tas-sodju:

    Dewweb 0,500 g ta’ nitrat tas-sodju ġo ilma ddistillat ġo flixkun volumetriku ta’ 1000 mlu ħallat bl-ilma sal-marka. Dewweb 10,0 ml ta’ din is-soluzzjoni standard mil-ħażna ma’ 500 ml; 1 ml tas-soluzzjoni ta’ l-aħħar = 10 mikrogrammi ta’ NaNO2.

    4.3. Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju 1N

    4.4. 0.2 % tas-soluzzjoni sulphanilamide hydrochloride:

    Dewweb 2.0 g ta’ sulphanilamide ġo 800 ml ta’ ilma, billi ssaħħan. Kessaħ u żid 100 ml ta’ aċidu idrokloriku kkonċentrat waqt li tkun qed tħawwad. Ħallat bl-ilma sa 1000 ml.

    4.5. 5N aċidu idrokloriku

    4.6. Reaġent N-1-naphtyl:

    Din is-soluzzjoni trid tiġi ppreparata fil-ġurnata li fiha tkun sejra tintuża. Dewweb 0.1 g ta’ N1-naphthylethylenediamine dihydrochloride ġo l-ilma u ħallat mal-ilma sa 100 ml.

    5. APPARAT

    5.1. Miżien analitiku

    5.2. Flixken volumetriċi ta’ 100, 250, 500 u 1000 ml

    5.3. Pipetti bil-bozza jew gradwati

    5.4. Ċilindri tal-kejl ta’ 100 ml

    5.5. Karti porużi skanalati, li ma fihomx nitrat, ta’ dijametru ta’ 15 ċm

    5.6. Banjumarija

    5.7. Spettrofotometru b’ċelluli ottiċi b’tul tal-passaġġ ta’ 1 ċm

    5.8. Arloġġ tal-pH

    5.9. Mikroburetta ta’ 10 ml

    5.10. Vażetti biż-żennuna ta’ 250 ml

    6. PROĊEDURA

    6.1. Iżen madwar 0,5 g (m gramm) għal preċiżjoni ta’ 0,1 mg ta’ kampjun omoġenizzat, itrasferixxi l-ilma ddistillat jaħraq b’mod kwantitattiv ġo garafina ta’ 250 ml (5.10) u żid il-volum sa approssimattivament 150 ml b’ilma ddistillat jaħraq. Poġġi l-garafina (5.10) ġo banjumarija (5.6) f’80 ºC għal nofs siegħa. Matul dan il-perjodu, ta’ kull tant ħawwad il-kontenuti.

    6.2. Kessaħ għat-temperatura tal-kamra u żid, suċċessivament, waqt li tħawwad, 2 ml tar-reaġent Carrez I (4.1.1) u 2 ml tar-reaġent Carrez II (4.1.2).

    6.3. Żid is-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (4.3) u ġib il-pH għal 8.3. (Uża l-arloġġ tal-pH (5.8)). Itrasferixxi l-kontenuti, b’mod kwantitattiv ġo flixkun volumetriku ta’ 250 ml (5.2) u żid b’ilma ddistillat sal-marka.

    6.4. Ħawwad il-kontenuti u ffiltra minn ġol-karta poruża skanalata (5.5).

    6.5. Ittrasferixxi b’pipetta (5.3) aliquot adattata (V ml) ta’ filtrat ċar, imma mhux aktar minn 25 ml, ġo flixkun volumetriku ta’ 100 ml (5.2) u żid l-ilma ddistillat sa’ volum ta’ 60 ml.

    6.6. Wara li tħawwad, żid 10,0 ml tas-soluzzjoni ta’ sulphanilamide hydrochloride (4.4) u mbagħad 6.0 ml ta’ aċidu idrokloriku 5N (4.5) Ħawwad u ħalli joqgħod għal ħames minuti. Żid 2,0 ml tar-reaġent N-1-naphtyl (4.6), ħawwad u ħalli joqgħod għal tliet minuti. Dewweb bl-ilma sal-marka u ħawwad.

    6.7. Ipprepara verifika fil-bjank billi tirrepeti l-operazzjonijiet 6.5 u 6.6 mingħajr iż-żieda tar-reaġent N-1-naphthyl (4.6).

    6.8. Kejjel (5.7) id-densita ottika f’538 nm tas-soluzzjoni miksuba taħt 6.6 billi tuża’ soluzzjoni fil-bjank (6.7) bħala referenza.

    6.9. Aqra mill-graf ta’ kalibrar (6.10) il-kontenut tan-nitrat tas-sodju f’mikrogrammi għal 100 ml tas-soluzzjoni (m 1 mikrogrammi) li jikkorrispondu għad-densità ottika mkejla f’6.8.

    6.10. Bl-użu ta’ 10 μg għal kull ml tas-soluzzjoni tan-nitrat tas-sodju (4.2), ipprepara graf tal-kalibrar għall-konċentrazzjonijiet ta’ 0, 20, 40, 60, 80, 100 μg tan-nitrat tas-sodju għal kull 100 ml.

    7. KALKOLU

    Ikkalkola l-kontenut ta’ nitrat tas-sodju fil-kampjun f’persentaġġ mal-massa bl-għajnuna ta’ din il-formula:

    % NaNO

    =

    × m

    × 10

    ×

    =

    m1V × m × 40

    fejn:

    m = il-massa tal-kampjun fi grammi meħuda għall-analiżi (6.1),

    m1 = il-kontenut tan-nitrat tas-sodju f’mikrogrammi misjub f’6.9,

    V = in-numru ta’ millimetri tal-filtrat użat għall-kejl (6.5).

    8. RIPETIBBILITÀ [2]

    Għal kontenut ta’ madwar 72 % tan-nitrat tas-sodju, d-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet f’parallel magħmula fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi l-valur assolut ta’ 0,005 %.

    IV. IDENTIFIKAZZJONI U DETERMINAZZJONI TA’ FORMALDEHYDE LIBERU

    1. GĦAN U KAMP

    Dan il-metodu jiddeskrivi l-identifikazzjoni u d-determinazzjoni ta’ formaldehyde liberu. Huwa applikabbli għall-prodotti kosmetiċi kollha u jinkludi tliet partijiet:

    1.1. Identifikazzjoni

    1.2. Determinazzjoni bil-kolorimetrija tal-pentan-2,4-dione

    Dan il-metodu mhux adekwat meta l-formaldehyde huwa kkombinat jew polimerizzat, bħal fil-każ ta’ donaturi tal-formaldehyde. Jekk ir-riżultati jeċċedu l-konċentrazzjoni massima permissibbli, għandu jintuża l-metodu li ġej.

    1.3. Determinazzjoni bil-bisulfat

    B’dan il-metodu, il-formaldehyde f’ħafna mit-taħlitiet ikkumbinati jew polimeriċi mhux ikkunsidrat. Dankollu, ċerti taħlitiet li mhux stabbli (per eżempju, hexamethylene tetramine) huma ddeterminati. Aktar minn hekk, l-kejl ta’ l-alkalinità huwa diffiċli fil-preżenza ta’ soluzzjoni buffer.

    2. DEFINIZZJONI

    Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu tal-kampjun iddeterminat skond dan il-metodu huwa espress bħala persentaġġ bil-massa

    3. PRINĊIPJU

    3.1. Parti I – Identifikazzjoni

    Formaldehyde f’sustanza ta’ aċidu sulfuriku ibiddel ir-reaġent ta’ Schiff, f’roża jew f’lewn vjola.

    3.2. Parti II – Determinazzjoni bil-pentane-2,4-dione

    Il-formaldehyde jirreaġixxi mall-petan-2,4-dione fil-preżenza ta’ aċetat ta’ l-ammonju biex jifforma 3,5-diacetyl-1,4-dihydrolutidine. Dan jiġi estratt bil-butan-1-ol u l-assorbenza ta’ l-estratt hija mkejla f’410 nm.

    3.3. Parti III – Determinazzjoni bil-bisulfat

    Il-formaldehyde jirreaġixxi mas-sulfat f’sustanza ta’ aċidu f’0 ºC biex jifforma taħlita addizzjonali. Il-protoni żejda huma ddożati bl-idrossidu tas-sodju. Il-protoni kkunsmati jiffurmaw il-bażi tal-kalkolu biex tiġi ddeterminata l-kwantita ta’ formaldehyde. Test fil-bjank mingħajr sulfat jippermetti li tiġi kkalkulata l-alkalinità jew l-aċidità tas-sostanza.

    4. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta’ purità analitika.

    4.1. Aċidu aċetiku glaċjali

    4.2. Aċetat ta’ l-ammonju anidru;

    4.3. Butan-1-ol

    4.4. Aċidu sulfuriku, bejn wieħed u ieħor 2N

    4.5. Soluzzjoni ta’ sulfat tas-sodju 0.1 M ippreparata friska

    4.6. 100 mg ta’ rosalinina tar-reaġent ta’ Schiff huma mkejla ġo garafina u mdewwba ġo 75 ml ta’ l-ilma f’80 °C.

    d

    = 1,19

    = 1,19). Żid sa 100 ml.

    (Dan ir-reaġent ma jibqax tajjeb wara ġimgħatejn.)

    4.7. Reaġent Pentan-2,4-dione

    Ġo flixkun volumetriku ta’ 1000 ml dewweb:

    150 g | aċetat ta’ l-ammonju (4.2) |

    2 ml | pentan-2.4-dione (ddistillat frisk taħt pressjoni mnaqqsa – ma jridx juri l-ebda assorbiment f’410 nm) |

    3 ml | aċidu aċetiku glaċjali (4.1). |

    Żid bl-ilma sa 1000 ml (pH tas-soluzzjoni: madwar 6.4)

    Dan ir-reaġent irid ikun ippreparat frisk.

    4.8. Soluzzjoni standard ta’ aċidu sulfuriku, 0,1 N

    4.9. Soluzzjoni standard ta’ idrossidu tas-sodju, 0,1 N

    4.10. Soluzzjoni ta’ jodju, 0,1N

    4.11. Tiosulfat tas-sodju, 0,1N

    4.12. Soluzzjoni tal-ħażna tal-formaldehyde

    Ferra 5 g ta’ bejn 37 sa 40 % tas-soluzzjoni ta’ formaldehyde go flixkun volumetriku ta’ 1000 ml u żid sa 1000 ml.

    Iddetermina s-saħħa ta’ din is-soluzzjoni kif ġej: Neħħi 10,00 ml; żid 25,00 ml ta’ soluzzjoni standard ta’ jodju 0,1N (4.10) u 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju 1N.

    Ħalli joqgħod għal ħames minuti.

    Żid 11 ml ta’ 1N HC1 u ddoża l-eċċess tas-soluzzjoni standard ta’ jodju 0,1N (4.10) bis-soluzzjoni standard ta’ tiosulfat tas-sodju 0,1N (4.11), billi tuża soluzzjoni ta’ lamtu bħala indikatur.

    1 ml tas-soluzzjoni ta’ jodju 0,1NM (4.10) hija ekwivalenti għal 1,5 mg ta’ formaldehyde.

    4.13. Soluzzjoni referenza ta’ formaldehyde

    Trasferixxi bl-użu ta’ pipetta 5,00 ml tas-soluzzjoni tal-ħażna (4.12) ġo flixkun ggradwat ta’ 100 ml u żid sa 100 ml b’ilma mingħajr minerali.

    Trasferixxi bl-użu ta’ pipetta 5,00 ml tas-soluzzjoni ta’ hawn fuq ġo flixkun ggradwat ta’ 500 ml u żid sa 500 ml b’ilma mingħajr minerali.

    1 ml ta’ din is-soluzzjoni fiha madwar 1 μg ta’ formaldehyde.

    Ikkalkola eżatt il-kontenut.

    4.14. Soluzzjoni Thymolphthalein, 0,1 g/100 ml ta’ 50 % etanol

    4.15. Soluzzjoni ta’ reaġent ta’ referenza: bħala reaġent 4.7 mingħajr il-pentan-2,4-dione

    5. APPARAT

    5.1. Apparat normali tal-laboratorju

    5.2. Filtru li jissepara f’fażijiet, Whatman 1 PS (jew ekwivalenti)

    5.3. Magna ċentrifuga

    5.4. Spektrofometru

    5.5. Ċelluli tal-ħġieġ b’linja ottika ta’ 1 ċm

    5.6. Potenzjometru bi grafika li żżomm id-dettalji

    5.7. Elettrodi tal-ħġieġ/tal-calomel (huwa rrakommandat li jintużaw elettrodi speċjali ta’ temperatura baxxa).

    6. PROĊEDURA

    6.1. Identifikazzjoni

    6.1.1. Iżen 2 g tal-kampjun tat-test ġo garafina ta’ 10 ml

    6.1.2. Żid żewġ qatriet ta’ aċidu sulfuriku 2N (4.4) u 2 ml tar-reaġent ta’ Schiff (4.6) (meta jintuża, dan ir-reaġent irid ikun assolutament mingħajr kulur).

    Ħawwad u ħalli joqgħod għal ħames minuti.

    6.1.3. Jekk sfumatura roża jew ta’ kulur vjola tiġi osservata fi żmien ħames minuti, il-formaldehyde huwa preżenti b’eċċes ta’ 0,01 % u għandu jiġi ddeterminat bil-proċedura ta’ 6.2 u, jekk ikun hemm bżonn, bil-proċedura 6.3.

    6.2. Determinazzjoni bil-kolorimetrija tal-pentan-2,4-dione

    6.2.1. Soluzzjoni tal-kampjun

    6.2.1.1. Ġo garafina volumetrika ta’ 100 ml iżen sa 0,001g, kwantita (m fi grammi) tal-kampjun tat-test li jikkorrispondi ma’ kwantità preżunta ta’ formaldehyde ta’ madwar 150 mikrogrammi.

    6.2.1.2. Żid sa 100 ml b’ilma mingħajr minerali u ħawwad.

    6.2.1.3. Ma’ garafina ta’ 50 ml Erlenmeyer żid:

    soluzzjoni ta’ 10,00 ml minn 6.2.1.2,

    5,00 ml tar-reaġent pentan-2,4-dione (4.7),

    ilma mingħajr minerali għal volum finali ta’ 30 ml.

    6.2.2. Soluzzjoni ta’ referenza

    L-interferenza possibli kkawżata minn kulur fl-isfond tiġi eliminata bl-użu ta’ din is-soluzzjoni ta’ referenza.

    Ma’ garafina ta’ 50 ml Erlenmeyer żid:

    soluzzjoni ta’ 10,00 ml minn 6.2.1.2,

    5,00 ml tas-soluzzjon tar-reaġent ta’ referenza (4.15),

    ilma mingħajr minerali għal volum finali ta’ 30 ml.

    6.2.3. Soluzzjoni fil-bjank

    Ma’ garfina ta’ 50 ml Erlenmeyer żid:

    5.00 ml tar-reaġent pentan-2,4-dione (4.7),

    ilma mingħajr minerali għal volum finali ta’ 30 ml.

    6.2.4. Determinazzjoni

    6.2.4.1. Ħawwad il-garafini minn 6.2.1.3, 6.2.2 u 6.2.3 u għaddashom ġo banjumarija ta’ 60 ºC għal eżattament 10 minuti. Ħalli jiksaħ għal żewġ minuti f’banju ta’ ilma bis-silġ.

    6.2.4.2. Ittrasferixxi ġo lmiebet ta’ separazzjoni ta’ 50 ml li fihom 10,00 ml ta’ butan-1-ol (4.3). Laħlaħ kull garafina b’3 sa 5 ml ta’ l-ilma u żid it-tlaħliħ tal-ilmiebet. Ħawwad it-taħlita vigorożament għal eżattament 30 sekonda. Ħalliha tissepara.

    6.2.4.3. Iffiltra ġoċ-ċelluli ta’ kejl minn ġo filtru li jissepara l-fażijiet. L-azzjoni taċ-ċentrifuga (5000 rev./min. għal ħames minuti) hija inqas prattika u ddum aktar.

    6.2.4.4. Kejjel id-densità ottika A1 f’410 nm ta’ l-estratt tas-soluzzjoni tal-kampjun minn 6.2.1.3 kontra l-estratt tas-soluzzjoni ta’ referenza 6.2.2.

    6.2.4.5. B’mod simili, kejjel l-estratt tas-soluzzjoni fil-bjank minn 6.2.3 kontra butan-1-ol (A2).

    Nota

    Dawn l-operazzjonijiet kollha għandhom isiru fi żmien 25 minuta mill-mument meta l-garafini Erlenmeyer jiġu mpoġġija ġo banjumarija ta’ 60 oC.

    6.2.5. Kurva ta’ kalibrar

    6.2.5.1. Ġo garafina ta’ 50 ml Erlenmeyer poġġi:

    5,00 ml tas-soluzzjoni normali (4.13),

    5,00 ml tar-reaġent pentan-2,4-dione (4.7),

    ilma mingħajr minerali għal volum finali ta’ 30 ml.

    6.2.5.2. Kompli kif deskritt fit-Taqsima 6.2.4.5, kejjel id-densità ottika kontra l-butan-1-ol (4.3).

    6.2.5.3. Irrepeti l-proċedura b’10, 15, 20 u 25 ml tas-soluzzjoni normali.

    6.2.5.4. Biex tikseb il-valur żero pproċedi bħal f’6.2.4.5.

    6.2.5.5. Ibni il-kurva tal-ikkalibrar wara li tnaqqas il-valur żero (6.2.4.5) minn kull waħda mid-densitajiet ottiċi miksuba fi 6.2.5.2 u 6.2.5.3. Il-Liġi ta’ Beers hija valida sa 30 μg ta’ formaldehyde.

    6.3. Determinazzjoni bil-bisulfat

    6.3.1. Preparazzjoni tal-kampjun tat-test

    6.3.1.1. Għat-test

    Ġo garafina tat-tara iżen sa l-eqreb 0,001 g kwantità tal-kampjun tat-test (m grammi) li jikkorrispondu mal-kwantità preżunta ta’ bejn 3 u 20 mg ta’ formaldehyde.

    6.3.1.2. Għat-test ta’ referenza

    B’mod simili, iżen kampjun tat-test ta’ referenza (m grammi).

    6.3.2. Determinazzjoni

    6.3.2.1. Poġġi 50,00 ml ta’ sulfat tas-sodju 0,1 M (4.5) ġo garafina ta’ 100 ml u żid 10,00 ml ta’ aċidu sulfuriku 0,1N (4.8). Ħawwad.

    6.3.2.2. Għaddas il-garafina ġo taħlita ta’ silg u melħ sabiex it-temperatura tat-totalità tinżamm f’+2 oC. Ferra fil-kampjun tat-test 6.3.1.1.

    6.3.2.3. Ittritra malajr bil-potenzjometrija bl-idrossidu tas-sodju 0,1N (4.9), billi tibqa tħawwad il-ħin kollu u billi t-temperatura tinżamm bejn + 2 u + 4 ºC (il-punt newtrali qiegħed bejn pH 9 u 11). Ħalli V1 ikun il-volum ta’ l-idrossidu tas-sodju 0,1N (4.9) meħud.

    6.3.3. Test fil-bjank

    Innitrata soluzzjoni ppreparata addizzjonali bħal fi 6.3.2.1 skond il-kundizzjonijiet deskritti f’6.3.2.

    Ħalli V2 ikun il-volum ta’ l-idrossidu tas-sodju 0,1N (4.9) meħud.

    6.3.4. Test ta’ referenza

    Iddetermina l-aċidità jew l-alkalinità tal-kampjun b’titrazzjoni potenzjometrika bl-idrossidu tas-sodu 0,1N (4.9) jew bl-aċidu sulfuriku 0,1N (4.8) fil-kampjun tat-test m'. Ħalli v' ikun il-volum ta’ l-idrossidu tas-sodju 0,1N jew l-aċidu sulfuriku 0,1N meħud.

    6.3.5. Noti

    Osservazzjoni stretta tal-kundizzjonijiet tat-test hija importanti.

    Huwa possibbli li tagħmel id-determinazzjoni fil-preżenza ta’ thymolphthalein (4.14) bħala indikatur.

    7. PREŻENTAZZJONI TAR-RIŻULTATI

    7.1. Kalkolu tal-metodu kolorimetriku

    7.1.1. Naqqas A2 minn A1 u aqra mill-kurva tal-kalibrar (6.2.5.5) l-ammont Ċ, f’mikrogrammi, ta’ formaldehyde fis-soluzzjoni tat-test (6.2.1.3).

    7.1.2. Ikkalkola l-kontenut ta’ formaldehyde tal-kampjun bħala pesentaġġ mal-massa (% m/m) bl-għajnuna tal-formola li ġejja:

    kontenut ta’ formaldehyde fi % =

    10

    × m

    7.2. Il-kalkolazzjoni tat-titrazzjoni tal-bisulfat

    Irrelata l-volum ta’ l-idrossidu tas-sodju 0,1N (4.9) jew ta’ aċidu sulfuriku 0,1N (4.8) meħud fit-test ta’ referenza mal-massa m:

    v =

    v′ · mm′

    Għall-prodott newtrali v huwa, ovvjament, żero.

    7.2.1. Fil-każ ta’ prodott aċiduż:

    kontentu ta’ formaldehyde f’% =

    0,30

    V2 − V1 + vm

    7.2.2. Fil-każ ta’ prodott alkaliniku:

    kontentu ta’ formaldehyde f’% =

    0,30

    V2 − V1 − vm

    7.3. Kumment

    Jekk ir-riżultati taż-żewġ metodi huma differenti, għandha tittieħed biss il-figura l-aktar baxxa.

    8. REPETIBBILITÀ [3]

    Għal kontenut ta’ formaldehyde ta’ 0,2 %, id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet parallelment maħduma fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi 0,005% għall-metodu kolorimetriku u 0,05 % għall-metodu tal-bisulfat.

    V. DETERMINAZZJONI TAR-RESORCINOL FIX-SHAMPOOS U FIL-LOTIONS TAX-XAGĦAR

    1. GĦAN U KAMP

    Dan il-metodu jispeċifika d-determinazzjoni kromatografika tal-gass tar-resorcinol fix-shampoo u fil-lotion tax-xagħar. Dan il-metodu huwa adattat għall-konċentrazzjonijiet ta’ 0,1 sa 2,0 % bil-massa fil-kampjun.

    2. DEFINIZZJONI

    Il-kontenut ta’ resorcinol fil-kampjun kif determinat skond dan il-metodu jiġi espress bħala persentaġġ mal-massa.

    3. PRINĊIPJU

    Ir-resorcinol u 3,5-dihydroxytoluene, (5-methylresocrinol) miżjud bħala standard intern, huma sseparati mill-kampjun bil-kromatografija ta’ saff baxx. Iż-żewġ taħlitiet huma iżolati billi jinbarxu l-marki żgħar tagħhom minn fuq il-pjanċa ta’ saff baxx u bl-estrazzjoni bil-metanol. Fl-aħħar it-taħlitiet estratti huma mnixxfa, silylated u ddeterminati bil-kromatografija tal-gass.

    4. REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha iridu jkunu ta’ purità analitika.

    4.1. Aċidu idrokloriku 25 % (m/m)

    4.2. Metanol

    4.3. Etanol 96 % (v/v)

    4.4. Folji TLC tal-ġel siliku magħmulin bil-lest (plastika jew aluminju) b’indikatur floroxxenti. Irrendi inattiv kif ġej: sprejja l-folji tas-silika ordinarji miksija minn qabel bl-ilma sakemm jinksew. Ħalli l-folji sprejjati jinxfu fl-arja fit-temperatura tal-kamra minn siegħa sa tliet siegħat.

    Nota

    Jekk il-pjanċi ma jiġux inattivati jista’ jidher telf ta’ resorcinol permezz ta’ l-assorbiment irriversibbli fuq is-silika.

    4.5. Solventi ta’ l-iżvilupp; aċetun – kloroform – aċidu aċetiku (20: 75: 5 bil-volum).

    4.6. Soluzzjoni normali ta’ resorcinol; dewweb 400 mg ta’ resorcinol ġo 100 ml ta’ 96 % etanol (4.3) (1 ml jikkorrispondi għal 4000 μg resorcinol).

    4.7. Soluzzjoni normali interna: dewweb 400 mg 3,5-dihydroxytoluene (DHT) ġo 100 ml ta’ 96 % etanol (4.3) (1 ml jikkorrispondi għal 4000 μg DHT).

    4.8. Taħlita normali; ħawwad 10 ml tas-soluzzjoni 4.6 u 10 ml tas-soluzzjoni 4.7 ġo garafina volumetrika ta’ 100 ml, żid sal-marka b’96 % etanol (4.3) u ħawwad (1 ml jikkorrispondi għal 400 μg resorcinol u 400 μg DHT).

    4.9 Aġenti silylating:

    4.9.1. N,O-bis-(trimethylsilyl)trifluoroacetamide (BSTFA)

    4.9.2. Hexamethyldisilazane (HMDS)

    4.9.3. Trimethylchlorosilane (TMCS)

    5. APPARAT

    5.1. Apparat tas-soltu għall-kromatografija ta’ saff baxx u tal-gass

    5.2. Oġġetti tal-ħġieġ

    6. PROĊEDURA

    6.1. Preparazzjoni tal-kampjun

    6.1.1. Iżen bir-reqqa ġo garafina ta’ 150 ml, porzjon tat-test (m grammi) tal-prodott li fih approssimattivament minn 20 sa 50 mg resorcinol.

    6.1.2. Aċidifika bl-aċidu idrokloriku (4.1) sakemm it-taħlita tkun aċidu (hemm bżonn approssimattivament minn 2 sa 4 ml), żid 10 ml (40 mg DHT) tas-soluzzjoni normali interna (4.7) u ħawwad. Itrasferixxi ġo garafina volumetrika ta’ 100 ml bl-etanol (4.3) żid sal-marka bl-etanol u ħawwad.

    6.1.3. Applika 250 μl tas-soluzzjoni (6.1.2) fuq il-folja tas-silika inattivata (4.4) bħala linja kontinwa ta’ tul ta’ approsimattivament 8 ċm. Ħu ħsieb li l-linja tkun l-aktar dejqa possibbli.

    6.1.4. Applika 250 μl tat-taħlita normali (4.8) fuq l-istess pjanċa bl-istess mod (6.13).

    6.1.5. Illokalizza fuq żewġ punti tal-linja tat-tluq 5 μl ta’ kull waħda mis-soluzzjonijiet 4.6 u 4.7 sabiex tgħin fil-lokalizzazzjoni wara l-iżvilupp tal-folja.

    6.1.6. Żviluppa l-folja ġo tank unlined (unsaturated) mimli bis-solvent ta’ l-iżvilupp 4.5 sakemm in-naħa ta’ quddiem tas-solvent tkun laħqet linja ta’ 12-il ċm ’l bogħod mit-tarf tal-linja; normalment din tieħu madwar 45 minuta. Nixxef il-folja fl-arja u llokalizza ż-żona ta’ resorcinol/DHT taħt dawl UV ta’ frekwenza qasira (254 nm). Iż-żewġ taħlitiet għandhom approssimattivament l-istess valuri Rf. Immarka l-istrixxi b’lapes f’distanza ta’ 2 mm mill-marka ta’ demarkazzjoni skura tan-naħa ta’ barra fuq l-istrixxi. Neħħi dawn iż-żoni u iġbor l-assorbenti ta’ kull strixxa ġo flixkun ta’ 10 ml.

    6.1.7. Oħroġ l-assorbent li fih il-kampjun u l-assorbent li fiha t-taħlita normali, kull wieħed bil-mod li ġej:

    żid 2 ml ta’ metanol (4.2) u oħroġ l-estratt għal siegħa billi tħawwad il-ħin kollu. Iffiltra t-taħlita u rrepeti l-estrazzjoni għal 15-il minuta oħra b’2 ml ta’ metanol.

    6.1.8. Ikkombina l-estratti u evapora s-solvent billi tnixxef matul il-lejl ġo vakum li jnixxef mimli b’sustanza li tnixxef. Tapplikax sħana.

    6.1.9. Silylate r-residwi (6.18) jew kif indikat f’ 6.1.9.1 jew f’6.1.9.2.

    6.1.9.1. Żid 200 μl BSTFA (4.9.1) b’mikrosiringa u ħalli t-taħlita ġo reċipjent magħluq għal 12-il siegħa fit-temperatura tal-kamra.

    6.1.9.2. Żid suċċessivament 200 μl HMDS (4.9.2) u 100 μl TMCS (4.9.3) b’mikrosiringa u saħħan it-taħlita għal 30 minuta f’60 ºC ġo reċipjent magħluq. Kessaħ it-taħlita.

    6.2. Kromatografija tal-gass

    6.2.1. Kondizzjonijiet kromatografiċi

    Il-kolonna trid tipproduċi reżoluzzjoni, R, egwali jew aħjar minn 1.5, meta:

    R =

    2 d′

    w

    + w

    2

    fejn:

    r1 u r2 = il-ħinijiet ta’ ritenzjoni f’minuti ta’ żewġ apiċi,

    w1 u w2 = il-wisgħat ta’ l-istess apiċi f’nofs l-għoli, f’mm,

    d’ = il-veloċità tal-grafika f’mm fil-minuta.

    Il-kolonna u l-kundizzjonijiet kromatografiċi tal-gass li ġejjin instabu adattati:

    Kolonna | materjal: | azzar inossidabbli |

    tul: | 200 ċm |

    dijametru intern: | ˜ 3 mm |

    mili: | 10 % OV-17 fuq Chromosorb WAW ta’ malja bejn 100 u 120 |

    Strument li jaqbad il-jonizzazzjoni tal-fjamma

    Temperaturi:

    kolonna: | 185 ºC (isotermiku) |

    strument ji jaqbad: | 250 ºC |

    port tal-injezzjoni: | 250 ºC |

    Gass li jġorr: | nitroġenu |

    ċirkolazzjoni: | 45 ml/min |

    Għall-issettjar taċ-ċirkolazzjoni ta’ l-idroġenu u ta’ l-arja segwi l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.

    6.2.2. Injetta minn 1 sa 3 μl tas-soluzzjoni miksuba minn 6.1.9 fil-kromatografu tal-gass. Wettaq ħames injezzjonijiet għal kull soluzzjoni (6.1.9), kejjel iż-żoni ta’ l-apiċi, oħroġ il-medja ta’ dawn u kkalkula l-medja taż-żona ta’ l-apiċi: S = iż-żona ta’ l-apiċi tar-resorcinol/iż-żona ta’ l-apiċi DHT.

    7. KALKOLAZZJONI

    Il-konċentrazzjoni tar-resorcinol fil-kampjun, espressa bħala % mal-massa (% m/m), hija mogħtija bi:

    % resorcinol =

    ×

    SKampjunSTaħlita normali

    fejn:

    M = il-porzjon tat-test fi grammi (6.1.1),

    SKampjun = l-ogħla proporzjon medju ta’ l-erja skond 6.2.2 għas-soluzzjoni tal-kamjun,

    STaħlita normali = l-ogħla proporzjon medju ta’ l-erja skond 6.2.2 għat-taħlita standard.

    8. REPETIBBILITÀ [4]

    Għall-kontenut ta’ resorcinol ta’ madwar 0,5 % id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ determinazzjonijiet fuq bażi parallella magħmula fuq l-istess kampjun m’għandhiex teċċedi l-valur assolut ta’ 0,025 %.

    VI. DETERMINAZZJONI TAL-METANOL B’RELAZZJONI MA’ ETANOL JEW MAL-PROPAN-2-OL

    1. GĦAN U KAMP

    Dan il-metodu jiddiskrivi l-analiżi kromatografika tal-gass tal-metanol fit-tipi kollha ta’ prodotti kosmetiċi (inklużi l-aerosols).

    Jistgħu jiġu ddeterminati livelli relattivi ta’ minn 0 sa 10 %.

    2. DEFINIZZJONI

    Il-kontenut ta’ metanol iddeterminat b’dan il-metodu huwa espress fi % bil-massa ta’ metanol b’relazzjoni ma’ l-etanol jew il-propan-2-ol.

    3. PRINĊIPJU

    Id-determinazzjoni hija magħmula bil-kromatografija tal-gass.

    4. REAĠENTI

    Uża reaġenti ta’ grad analitiku.

    4.1. Metanol

    4.2. Etanol assolut

    4.3. Propan-2-ol

    4.4. Kloroform, meħlus minn kull etanol bil-ħasil bl-ilma

    5. APPARAT

    5.1. Kromatografu tal-gass:

    flimkien ma strument li jaqbad tat-tip Katarometru għall-kampjuni ta’ l-aerosol,

    flimkien ma strument li jaqbad il-jonizzazzjoni tal-fjamma għall-kampjuni li ma humiex aerosol.

    5.2. Garafini volumetriċi, 100 ml

    5.3. Pipetti, 2 ml, 20 ml, 0 sa 1 ml

    5.4. Mikrosiringi minn 0 sa 100 μl u minn 0 sa 5 μl

    u (għall-kampjuni ta’ l-aerosol biss) siringa ssiġillata kontra l-gass b’valvola regolabbli (ara l-proċedura tal-kampjunar, Figura 5 [5].

    6. PROĊEDURA

    6.1. Preparazzjoni tal-kampjun

    6.1.1. Il-kampjuni tal-prodotti aerosol huma miġbura skond il-Kapitolu II ta’ l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1335/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1980 [6] imbagħad analizzati bil-kromatografija tal-gass skond il-kundizzjonijiet ta’ 6.2.1.

    6.1.2. Il-kampjuni ta’ prodotti li mhumiex aerosol miġbura skond il-Kapitolu II imsemmi hawn fuq huma mħallta bl-ilma sa livell ta’ minn 1 sa 2 % ta’ ethanol jew propan-2-ol, imbagħad analizzati bil-kromatografija tal-gass skond il-kundizzjonijiet ta’ 6.2.2.

    6.2. Kromatografija tal-gass

    6.2.1. Għall-kampjuni ta’ aerosol l-istrument tas-sejbien, il-katarometru, huwa wżat.

    6.2.1.1. Il-kolonna hija mimlija b’10 % ta’ Hallcomid M18 fuq Chromosorb WAW, malja ta’ bejn 100 u 200.

    6.2.1.2. Il-kolonna trid tipproduċi reżoluzzjoni, R, egwali jew aħjar minn 1,5, meta:

    R = 2

    d′ r

    − d′ r

    w

    + w

    2

    fejn:

    r2 u r2 = il-ħinijiet ta’ retenzjoni f’minuti ta’ żewġ apiċi,

    w2 u w2 = il-wisgħat ta’ l-istess apiċi f’nofs l-għoli, f’mm,

    d’ = il-veloċità tal-grafika f’mm fil-minuta.

    6.2.1.3. Il-kundizzjonijiet li ġejjin jippermettu li tinkiseb din ir-riżoluzzjoni:

    Kolonna | materjal: | azzar inossidabbli |

    tul: | 3,5 metri |

    dijametru: | 3 mm |

    Kurrent tal-pont tal-Katarometru | 150 mA |

    Gass bħala portatur: | Ħelium |

    pressjoni: | 1,5 bar |

    tnixxija: | 45 ml/min. |

    Temperaturi:

    id-dħul ta’ l-injezzjoni | 150 °C |

    strument li jaqbad | 150 °C |

    kolonna tal-forn | 65 oC |

    Il-kejl ta’ l-apiċe taż-żona jista’ jkun imtejjeb b’integrazzjoni elettronika

    6.2.2. Għall-kampjuni li mhumiex aerosol:

    6.2.2.1. Il-kolonna hi mimlija bi Chromosorb 105 jew Porapak QS u jintuża l-istrument li jaqbad il-jonizzazzjoni tal-fjamma.

    6.2.2.2. Il-kolonna trid tipproduċi reżoluzzjoni, R, egwali jew aħjar minn 1,5, meta:

    R = 2

    d′ r

    − d′ r

    w

    + w

    2

    r1 u r2 = il-ħinijiet ta’ retenzjoni f’minuti ta’ żewġ apiċi,

    w1 u w2 = il-wisgħat ta’ l-istess apiċi f’nofs l-għoli, f’mm,

    d’ = il-veloċità tal-grafika f’mm fil-minuta.

    6.2.2.3. Din ir-riżoluzzjoni inkisbet billi ntużaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Kolonna | materjal: | azzar inossidabbli |

    tul: | 2 metri |

    dijametru: | 3 mm |

    Sensittività elettrometrika: | 8 x 10-10 A |

    Gassijiet:

    bħala portaturi: | nitroġenu |

    pressjoni: | 2,1 bar |

    ċirkolazzjoni: | 40 ml/minuta. |

    Gass awżiljarju: | idroġenu |

    pressjoni: | 1,5 bar |

    ċirkolazzjoni: | 20 ml/minuta. |

    Temparaturi:

    port tal-injezzjoni: | 150ºC |

    strument li jaqbad: | 230oC |

    kolonna tal-forn: | minn 120 sa 130 oC |

    7. GRAFIKA NORMALI

    7.1. Għall-proċedura tal-kromatografija tal-gass 6.2.1 (kolonna Hallcomid M18) uża t-taħlitiet normali li ġejjin. Ipprepara dawn it-taħlitiet billi tkejjel bil-pipetti imma sib l-ammont eżatt bl-użin immedjat tal-pipetta jew tal-garafina wara kull addizzjoni.

    Saħħa relattiva (m/m %) | Metanol (ml) | Etanol jew propan-2-ol (ml) | Kromoform miżjud sal-volum ta’ |

    approssimament 2,5 % | 0,5 | 20 | 100 ml |

    approssimament 5,0 % | 1,0 | 20 | 100 ml |

    approssimament 7,5 % | 1,5 | 20 | 100 ml |

    approssimament 10,0 % | 2,0 | 20 | 100 ml |

    Injetta minn 2 sa 3 μl ġol-kromatografu billi tuża l-kondizzjonijiet ta’ 6.2.1.

    Ikkalkula l-ogħla proporzjon ta’ l-erja (metanol/etanol) jew (metanol/propan-2-ol) għal kull taħlita. Ipplottja graff normali billi tuża:

    assi-X: | % ta’ metanol f’relazzjoni ma’ l-etanol jew il-propan-2-ol, |

    assi-Y: | l-ogħla proporzjon ta’ l-erja (metanol/etanol) jew (metanol/propan-2-ol). |

    7.2. Għall-proċedura tal-kromatografija tal-gass 6.2.2 (Porapak QS jew Chromosorb 105) uża t-taħlitiet normali li ġejjin. Ipprepara dawn it-taħlitiet billi tkejjel bil-mikrosiringa u bil-pipetta, imma sib l-ammont eżatt bl-użin immedjat tal-pipetta jew tal-garafina wara kull addizzjoni.

    Saħħa relattiva (m/m %) | Metanol (μl) | Etanol jew propan-2-ol (ml) | Ilma miżjud sal-volum ta’ |

    approssimament 2,5 % | 50 | 2 | 100 ml |

    approssimament 5,0 % | 100 | 2 | 100 ml |

    approssimament 7,5 % | 150 | 2 | 100 ml |

    approssimament 10,0 % | 200 | 2 | 100 ml |

    Injetta minn 2 sa 3 μl ġo kromatografu billi tuża l-kundizzjonijiet ta’ 6.2.2.

    Ikkalkola l-ogħla proporzjon ta’ l-erja (metanol/etanol) jew (metanol/propan-2-ol) għal kull taħlita. Ipplottja graff normali billi tuża:

    assi-X: | % ta’ metanol f’relazzjoni mal-etanol jew il-propan-2-ol, |

    assi-Y: | l-ogħla proporzjon ta’ l-erja (metanol/etanol) jew (metanol/propan-2-ol). |

    7.3. Il-graff normali trid tkun linja dritta.

    8. REPETIBBILITÀ [7]

    Għal kontenut ta’ 5 % ta’ metanol relattiv ma’ l-etanol jew il-propan-2-ol, id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ determinazzjonijiet f’parallel magħmula fuq l-istess kampjun ma tistax teċċedi l-0,25 %.

    [1] Ara Norm ISO 5725.

    [2] Ara Norm ISO 5725.

    [3] Ara Norm ISO 5725.

    [4] Ara Norm ISO 5725.

    [5] ĠU L 383, tas-31.12.1980, p. 27.

    [6] ĠU L 383, tas-31.12.1980, p. 27.

    [7] Ara Norm ISO 5725.

    --------------------------------------------------

    Top