Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982D0460

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ġunju 1982 dwar suppliment għall-Anness IV tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tar-Renu kontra tniġġis kimiku

ĠU L 210, 19.7.1982, p. 8–9 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1982/460/oj

Related international agreement

31982D0460



Official Journal L 210 , 19/07/1982 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0116
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 10 P. 0116
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0213


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-24 ta' Ġunju 1982

dwar suppliment għall-Anness IV tal-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tar-Renu kontra tniġġis kimiku

(82/460/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/586/KEE tal-25 ta'Lulju 1977 [4], il-Komunità Ekonomika Ewropea ikkonkludiet il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis Kimiku (minn hawn ‘iżjed il quddiem imsejħa "l-Konvenzjoni Kimika") u l-Ftehim Addizzjonali għall-Ftehim iffirmat f'Berne fid-29 ta' April 1963 dwar il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis (minn hawn iżjed ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Internazzjonali");

Billi, skond l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Kimika, il-Kummissjoni Internazzjonali għandha tipproponi, permezz ta' emendi għall-Anness IV tal-Konvenzjoni, valuri ta' limiti għar-rimi ta' ċerti sustanzi fil-wiċċ ta' l-ilmijiet tal-baċin tar-Renu; billi skond l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Kimika tinħtieġ l-adozzjoni unanima tal-Partijiet Kontraenti biex jidħlu fis-seħħ dwan l-emendi:

Billi l-Kummissjoni Internazzjonali ħejjiet valuri ta' limiti għall-merkurju fl-għamla ta' rakkomandazzjoni maħsuba biex tissupplimenta l-Anness IV tal-Konvenzjoni Kimika;

Billi hu mixtieq li l-Komunità, bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni Kimika, tadotta r-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis maħsuba biex tissupplimenta l-Anness IV tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976, qiegħda b'dan tiġi adottata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test tar-rakkomandazzjoni hu mehmuz.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jgħarraf lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera, skond il-proċeduri preskritti fil-Konvenzjoni Kimika, bl-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmula fil-Lussemburgu, 24 ta' Ġunju 1982.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Aerts

[1] ĠU C 180, tat-18.7.1980, p. 10.

[2] ĠU C 291, ta' l-10.11.1980, p. 57.

[3] ĠU C 348, tal-31.12.1980, p. 1.

[4] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 35.

--------------------------------------------------

Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis li tissupplimenta l-Anness IV tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis,

Wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tar-Renu kontra t-Tniġġis Kimiku, iffirmata fit-3 ta' Diċembru 1976,

Wara li kkunsidrat b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4 5 u 14 tagħha,

Tipproponi lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni li l-Anness IV tal-Konvenzjoni tat-3 ta' ikun supplimentat kif ġej fir-rigward ta' merkurju:

VALURI TA' LIMITI

(L-Artikolu 5)

Sustanza jew grupp ta' sustanzi | Oriġini | Valur ta' limitu f'termini ta' konċentrazzjoni massima ta' sustanza | Valur ta' limitu f'termini ta' kwantità massima ta' sustanza | Limitu ta' żmien dwar rimi eżistenti | Rimarki. |

Merkurju | Stabbilimenti ta' elettrolisi kloralkali | Il-limiti ta' valuri f'termini ta' konċentrazzjoni massima huma kkalkolati billi jkunu diviżi il-limiti ta' valuri f'termini tal-kwantità massima ta' merkurju bil-kwantità ta' ilma wżat kull tunellata metrika tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' klorin | Medja massima ta' 0-5 grammi ta' merkurju kull tunellata metrika tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' klorin. Medja ta' żewġ granelli merkurju kuljum kull tunnellata metrika tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' klorin | fl-1 ta' Lulju 1983. | Il-valuri ta' limiti preskritti fil-kolonni ta' qabel għandhom jiġu applikati għal merkurju li jkun ġej minn attività ta' produzzjoni u li għalhekk għandhom ikunu mħarsa mill-ħruġ ta' l-impjant tal-produzzjoni. Dwar il-metodi ta' kejl, analiżi u teħid ta' kampjuni, ara r-rakkomandazzjoni (tal-Kummissjoni Internazzjonali datata 28 ta' Diċembru 1979 |

Skond l-Artikoli 14 sa 19 tal-Konvenzjoni, il-miżuri preskritti fit-tabella t'hawn fuq għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jkunu unanimament adottati mill-Partijiet Kontrenti tal-Konvenzjoni. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw l-adozzjoni tagħhom lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera, li għandu jikkonferma li jkun irċieva n-notifikazzjoni.

--------------------------------------------------

Top