Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R1946

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 li jirrestrinġi l-għajnuniet ta' investiment għall-produzzjoni tal-ħalib

ĠU L 197, 20.7.1981, p. 32–32 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/1946/oj

31981R1946



Official Journal L 197 , 20/07/1981 P. 0032 - 0032
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0186
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0186


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1946/81

tat-30 ta' Ġunju 1981

li jirrestrinġi l-għajnuniet ta' investiment għall-produzzjoni tal-ħalib

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/159/KEE tas-17 ta' April 1972 fuq il-modernizzazzjonijiet ta' l-iriezett [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 81/528/KEE [5], jipprovdi għall-għoti ta' għajnuna għall-investimenti meħtieġa għat-twettiq ta' pjan ta' żvilupp; billi, biex jitqies l-oġġettiv ta' l-ekwilibriju tas-suq fil-Komunità, m'għandiex tingħata għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni tal-ħalib ħlief taħt ċerti kondizzzjonijiet speċifiċi.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għajnuniet għall-investiment fil-produzzjoni tal-ħalib għandhom ikunu projbiti ħlief fil-każ ta' dawk mogħtija lill-bdiewa li jimplimentaw pjan ta' żvilupp skond id-Direttiva 72/159/KEE, jew pjanijiet ta' titjib ta' l-irżiezet fil-qafas ta' miżuri komuni.

2. L-għajnuniet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għall-investiment b'tali mod li jippermetti li jintlaħaq id-dħul magħmul paragunabbli definit f'Artikolu 4(2) tad-Direttiva 72/159/KEE għal numru massimu ta' 1.5 unitajiet ta' xogħol il-bniedem kull razzett, u għandhom ikunu suġġetti għal kondizzjoni li l-investiment ma jżidx in-numru ta' baqar tal-ħalib fl-aħħar tal-pjan għal iżjed minn 40 kull unità ta' xogħol il-bniedem.

Iżda, għal iriezett b'iżjed minn 1.5 unitajiet ta' xogħol il-bniedem, jistgħu jingħataw għajnuniet għall-investimenti b'tali mod li jippermettu ż-żieda fin-numru ta' baqar tal-ħalib b'mhux iżjed minn 15 % fl-aħħar tal-pjan.

3. L-Istati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuniet ta' investiment lil bdiewa li ma jipppreżentawx pjan ta' l-iżvilupp sakemm l-investiment ma jżidx in-numru ta' baqar tal-ħalib għal iżjed minn 40 kull razzett.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Braks

[1] ĠU Ċ 124, tas- 17.5.1979, p. 1.

[2] ĠU Ċ 85, tat- 8.4.1980, p. 57.

[3] ĠU Ċ 53, tat- 3.3.1980, p. 22.

[4] ĠU L 96, tat-23.4.1972, p. 1.

[5] Ara paġna 41 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

--------------------------------------------------

Top