Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981L0333

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April ta’ l-1981 li temenda d-Direttiva 79/490/KEE li tadotta għal-progress id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’ jaqsmu mat-tankijiet ta’ karburant likwidu u l- protezzjoni tal-qiegħ fuq wara ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 131, 18.5.1981, p. 4–5 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1981/333/oj

    31981L0333



    Official Journal L 131 , 18/05/1981 P. 0004 - 0005
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0116
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0177
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0116
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0177


    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

    tat-13 ta' April ta' l-1981

    li temenda d-Direttiva 79/490/KEE li tadotta għal-progress id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x' jaqsmu mat-tankijiet ta' karburant likwidu u l- protezzjoni tal-qiegħ fuq wara ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (81/333/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 80/1267/KEE ([2]), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE ta' l-20 ta' Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x' jaqsmu mat-tankijiet ta' karburant likwidu u l-ta' protezzjoni tal-qiegħ fuq wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ([3]) kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/490/KEE ([4]), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi, l-esperjenza wriet li l-kliem kurrenti tal-punt II.5.2 ta' l-Anness għad-Direttiva 79/490/KEE li tirrigwarda l-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara ta' vetturi fil-kategoriji M1, M2, M3, N1, O1 u O2 huma kemmxejn vagi fir-rigward tal-wisa'li dwarha għandha tkun sodisfatta il-ħtieġa; billi dan jista' jwassal għall-ħtiġiet minn servizzi ta' l-istandardizzazzjoni differenti b'riskju ta' kontradizzjonijiet mad-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE ([5]) li għandha x'taqsam ma' l-isporġenzi esterni ta' vetturi f'kategorija M1, kif ukoll ta' ostakli tekniċi għall-kummerċ,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 79/490/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

    It-test tal-punt II.5.2 ta' l-Anness għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

    II.5.2. Kwalunkwe vettura f'waħda mill-kategoriji M1, M2, M3, N1, O1, jew O2 (kategoriji skond il-klassifikazzjoni internazzjonali stipulata fin-nota (b) ta' l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE) tkun ikkunsidrata li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punt II.5.1:

    - jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-punt II.5.3, jew

    - jekk l-għoli mill-art tal-parti ta' wara tal-vettura mhux mgħobbija ma taqbiżx 55ċm matul il-wisa' li mhuwiex inqas minn dak tal-fus ta' wara b'iktar minn 10ċm fuq kull naħa (eskluż kwalunkwe tip ta' nfieħ tat-tyre 'il barra viċin għall-art.)

    Meta hemm iktar minn fus wieħed fuq wara, il-wisa' li għandu jkun ikkunsidrat huwa dak ta ' l-usa'.

    Din il-ħtieġa għandha tkun sodisfatta għall-inqas f'linja f'distanza ta' mhux iktar minn 45 ċm mill-estremità ta' wara tal-vettura.'

    Artikolu 2

    Qabel l-1 ta' Ottubru ta' l-1981, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, it-13 April ta' l-1981.

    Għall-Kummissjoni

    Karl-Heinz NARJES

    Membru tal-Kummissjoni

    ______________

    [1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [2] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 34.

    [3] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 23 u ĠU L 65, tal-15.3.1979, p. 42.

    [4] ĠU L 128, tas-26.5.1979, p. 22.

    [5] ĠU L 266, tat-2.10.1974, p. 4.

    Top