Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R2966

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2966/80 tal-14 ta' Novembru 1980 li jemenda ċerti Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal u l-laħam tal-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-Regolamenti (KEE) Nri 827/68 u 950/68

    ĠU L 307, 18.11.1980, p. 5–7 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/10/1989

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/2966/oj

    31980R2966



    Official Journal L 307 , 18/11/1980 P. 0005 - 0007
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0184
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0172
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 19 P. 0172
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0194
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0194


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2966/80

    tal-14 ta' Novembru 1980

    li jemenda ċerti Regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal u l-laħam tal-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-Regolamenti (KEE) Nri 827/68 u 950/68

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni wżata għall-prodotti tal-agrikoltura [1], u b'mod partikolari Artikolu 2 ta' dan,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [2] kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2916/79 [3], u b'mod partikolari Artikoli 10(5) u 12 (7) ta' dan,

    Billi l-verżjoni Daniża tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [4], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2538/80 [5], fir-rigward tas-subtitoli 01.01 A I, 01.02 A I u 01.03 A I li għandu l-kliem "til avlsbrug" (użat għat-tnissil) minflokk "racerene avlsdyr" (annimali ta' nisel pur), kif hemm miktub fit-test fil-lingwi l-oħrajn;

    Billi t-tieni paragrafu tal-1 A (ċ) tan-noti addizzjonali tal-Kapitolu 2 fit-test Daniż tat-Tariffa Doganali Komuni li għandha l-frażi "… forudsætning af, at denne vægt ikke overstiger…" (… kemm il-darba l-piż ma jeċċediex…); billi din il-frażi għandha tinqara korrettament "… forudsætning af, at denne forskel ikke overstiger…" (… kemm il-darba d-differenza ma teċċediex…) bħal fit-testi fil-lingwi l-oħrajn;

    Billi t-test Daniż tat-Tariffa għandu jkun konformi mat-test fil-lingwi l-oħrajn;

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1272/80 tat-22 ta' Mejju 1980 fuq il-konklużjoni tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali u Soċjalista tal-Jugoslavja dwar in-negozju u l-kooperazzjoni fin-negozju [6] jipprovdi fit-Titolu I B għal dmirijiet preferenzjali għal ċerti prodotti tal-agrikoltura, b'mod partikolari għall-prodotti miksuba miċ-ċanga u l-vitella u li jaqgħu fi ħdan is-subtitoli tat-Tariffa Doganali Komuni 01.02 A II a); 02.01 A II a) 1 aa), 2 aa) u 3 aa); billi t-taxxi speċjali ġew imħassra għal dawn il-prodotti u minħabba f'hekk dawn is-subtitoli jistgħu jitħassru;

    Billi, għalkemm sistemi preferenzjali li jirriżultaw mid-diversi atti adottati mill-Komunità jifformaw parti integrali tat-Tariffa Doganali Komuni, jidher xieraq li ma jiġux inklużi f'dan ir-Regolament;

    Billi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq f'ċerti prodotti mniżżlin f'Anness II tat-Trattat [7], kif emendat tal-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1837/80 [8], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/79 tad-29 ta' Ottubru 1979 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [9], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1423/78 [10] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1837/70 tas-27 ta' Ġunju 1980 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-ngħaġ u l-laħam tal-mogħoż, in-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni hija wżata biex tagħmel distinzjoni bejn kategoriji ta' oġġetti u biex tiddeskrivi l-prodotti;

    Billi emendi fit-test Daniż lin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni jeħtieġu aġġustamenti lir-Regolamenti (KEE) Nri 805/68, 827/68, 2759/75 u 1837/80; billi, barra minn hekk, ftit minn dawn ir-Regolament jużaw minflok it-termini "… bortset fra racerene avlsdyr" (… għajr għall-animali ta' tnissil pur) u "racerene avlsdyr" (annimali ta' tnissil pur) it-termini "… ikke til avlsbrug" (… mhux użati għat-tnissil) u "til avlsbrug" (użati għat-tnissil); billi r-Regolamenti għandhom jużaw l-istess termini bħal fit-Tariffa Doganali Komuni;

    Billi l-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni ġie kkonsultat sa fejn l-emendi fit-test Daniż huma konċernati;

    Billi I-miżuri msemmiga f'dan ir-regolament huma bi gbil na' l-opinjoni tal-Kumitat għoż-żjut u x-Xaħmijiet tal-Ħrief u l-baqar.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    It-Tariffa Doganali Komuni annessa ma’ dan ir-Regolament (KEE) Nru 950/68 qed tkun hawnhekk emendata kif ġej:

    1. Fit-test Daniż:

    (a) kontra s-subtitoli 01.01 A I, 01.02 A I, 01.03 A I, id-deskrizzjoni: "Til avlsbrug (a)" hija mibdula mid-deskrizzjoni "Racerene avlsdyr (a)".

    (b) fin-noti addizzjonali fil-Kapitolu 2, taħt it-tieni paragrafu tal-1 A (ċ), il-kliem "… forudsætning af, at denne vægt ikke overstiger…" huma mibdulin bil-kliem "… forudsætning af, at denne forskel ikke overstiger…".

    2. Fil-lingwi kollha:

    (a) is-subtitoli 01.02 A II u 02.01 A II (a) huma mibdulin b'dan li ġej:

    Numru tal-intestatura | Deskrizzjoni | Rata tad-Dazju |

    % awtonomu jew imposta (L) | Konvenzjonali % |

    1 | 2 | 3 | 4 |

    01.02 | Annimali ħajjin tal-ispeċi bovina: | | |

    B.Speċi domestċi: | | |

    I.(mhux mibdula) | | |

    II.oħrajn … | 16 + (L) (b) (*) | (ċ) (d) |

    02.01 | Skart tal-laħam u li jittiekel ta' annimali li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 01.01, 01.02, 01.03 jew 01.04, frisk mkessaħ jew iffriżat: | | |

    ALaħam: | | |

    I(mhux mibdul) | | |

    IITa' annimali bovini: | | |

    (b)Frisk jew mkessaħ | | |

    1.Karkassi, nofs karkassi jew robbujiet "kumpensati" … | 20 + (L) (*) | (a) |

    2.Biċċiet ta' quddiem separati u mhux separati … | 20 + (L) (*) | (a) |

    3.Biċċiet ta' wara separati u mhux separati … | 20 + (L) (*) | (a) |

    4.(mhux mibdula) | | |

    (b) Notament "(a)" li jirreferi għas-subtitoli ta' qabel 02.01 A II a) 1 aa), 2 aa) u 3 aa) u n-notament "(b)" li jirreferi għas-subtitoli ta' qabel 01.02 A II a); 02.01 A II a) 1 aa), 2 aa) u 3 aa) huma mħassrin.

    Għalhekk:

    - in-notamenti "(ċ)", "(d)" u "(e)" li jirreferu għas-subtitoli 01.02 A II isiru "(b)", "(ċ)" u "(d)" rispettivament

    u

    - in-notamenti "(ċ)", "(d)", "(e)", "(f)" u "(g)" li jirreferu għas-subtitoli 02.01 A II a) u b) isiru "(a)", "(b)", "(ċ)", "(d)" u "(e)" rispettivament

    u

    l-ittri "(ċ)", "(d)", "(e)", "(f)", u "(g)", fil-kolonni 2, 3 u 4 dwar is-subtitoli 02.01 A II a) 4 u 02.01 A II b) isiru "(a)", "(b)", "(ċ)", "(d)" u "(e)" rispettivament.

    Artikolu 2

    It-Test Daniż tar-Regolament (KEE) Nru 805/68, Artikolu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    1. Fil-paragrafu 1:

    (a) fis-subtitolu 01.02 A II il-kliem "… ikke til avlsbrug" huwa mibdul bil-kliem "… bortset fra racerene avlsdyr";

    (b) fis-subtitolu 01.02 A I, il-kliem "… til avlsbrug" huwa mibdul bil-kliem "… racerene avlsdyr".

    2. Fil-paragrafu 2 (a) il-kliem "… ikke til avlsbrug" huma mibdulin mill-kliem "… bortset fra racerene avlsdyr".

    Artikolu 3

    Fit-Test Daniż tar-Regolament (KEE) Nru 827/68, l-Anness qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    Fis-subtitoli 01.01 A I u 01.03 A, id-deskrizzjoni "til avlsbrug (a)" hija mibdula bid-deskrizzjoni "racerene avlsdyr (a)".

    Artikolu 4

    Fit-Test Daniż tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, Artikolu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 1 taħt is-subtitolu 01.03 A II il-kliem "… ikke til avlsbrug" huwa mibdul bil-kliem "… bortset fra racerene avlsdyr".

    Artikolu 5

    Fit-Test Daniż tar-Regolament (KEE) Nru 1837/80, Artikolu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 1:

    1. fis-subtitolu 01.04B il-kliem "… ikke til avlsbrug" huwa mibdul bil-kliem "… bortset fra racerene avlsdyr".

    2. fis-subtitolu 01.04 A I, il-kliem "… til avlsbrug" huwa mibdul bil-kliem "… racerene avlsdyr".

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-jseħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1981.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Novembru 1980.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

    [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    [3] ĠU L 329, tal-24.12.1979, p. 15.

    [4] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

    [5] ĠU L 259, tat-2.10.1980, p. 24.

    [6] ĠU L 130, tas-27.5.1980, p. 1.

    [7] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16.

    [8] ĠU L 183, tas-16.7.1980, p. 1.

    [9] ĠU L 282, tal-1.11.1975, p. 1.

    [10] ĠU L 171, tat-28.6.1978, p. 18. Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella għaż-Żjut u x-Xaħmijiet

    --------------------------------------------------

    Top