Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980R2735

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2735/80 tas-27 ta’ Ottubru 1980 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1391/78 li jniżżel regoli emendati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ premium għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għall-qlib tal-merħliet li ta l-ħalib

    ĠU L 283, 28.10.1980, p. 5–5 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1980/2735/oj

    31980R2735



    Official Journal L 283 , 28/10/1980 P. 0005 - 0005
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0118


    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) NRU 2735/80

    TAS-27 TA' OTTUBRU 1980

    LI JEMENDA R-REGOLAMENT (KEE) NRU 1391/78 LI JNIŻŻEL REGOLI EMENDATI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAS-SISTEMA TA' PREMIUM GĦAN-NON-MARKETING TAL-ĦALIB U TAL-PRODOTTI TAL-ĦALIB U GĦALL-QLIB TAL-MERĦLIET LI TA L-ĦALIB

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1078/77 tas-17 ta' Mejju 1977 li jintroduċi sistema ta' premiums għan-non-marketing tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u għall-qlib tal-merħliet tal-ħalib ([1]), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1365/80 ([2]), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi, skond l-Artikolu 4 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1391/78 ([3]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1799/79 ([4]), kien possibbli li jintefgħu applikazzjonijiet għall-premium ta' non-marketing biss sal-15 ta' Settembru 1980, għalkemm bis-saħħa tar-Regolament (KEE) Nru 1365/80 is-sistema tal-konverżjonijiet tal-premiums ġiet estiża sa l-aħħar tas-sena tal-promozzjoni tal-ħalib ta' l-1980/81;

    Billi l-Artikolu 12a tar-Regolament (KEE) Nru 1391/78 jipprovdi l-benefiċċjarji tal-premium tal-konverżjoni bl-opportunita li wara jagħżlu s-sistema tal-premium tan-non-marketing; billi, f'dak il-każ, is-sitwazzjoni ta' dawk konċernati hija addattata għal dik li kienet tkun il-każ li kieku applikaw mill-bidu għall-premium tan-non-marketing;

    Billi, rigward il-benefiċċjarji tal-premium tal-qlib li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom mis-16 ta' Settembru 1980, għandu jkun speċifikat li, peress li s-sistema tal-premium tan-non-marketing tneħħiet, b'effett minn dik id-data, l-għażla riferuta hawn fuq ma kienitx disponibbli għalihom peress li ma kienx aktar possibbli għalihom li japplikaw għall-imsemmi premium mill-bidu;

    Billi, dwar il-benefiċċjarji tal-premium tal-qlib li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom qabel is-16 ta' Settembru 1980, li żżomm l-għażla disponibbli jevadu it-tneħħija tas-sistema tan-non-marketing minn dik id-data; billi, f'dawn iċ-ċirkostanzi, għandu jitniżżel li, meta jiskadi l-perjodu transitorju, l-imsemmija benefiċċjarji tal-premium tal-qlib ma jistgħux jibqgħu jeżerċitaw dik l-għażla;

    Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib ma tagħx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu 3 li ġej huwa hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 12a tar-Regolament (KEE) Nru 1391/78:

    3. Iżda, id-dikjarazzjoni riferita fil-paragrafu 1 tista' tkun preżentata lill-awtorità kompetenti biss sal-31 ta' Diċembru 1980 mill-benefiċċjarji tal-premium tal-qlib li tefgħu l-applikazzjoni tagħhom għall-imsemmi premium qabel is-16 ta' Settembru 1980. '

    Artikolu 2

    Dan ir-regolament jibda jseħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, is-27 t'Ottubru 1980.

    Għall-Kummissjoni

    Finn GUNDELACH

    Viċi-President

    _______________

    [1] ĠU L 131, tas-26.5.1977, p. 1.

    [2] ĠU L 140, tal-5.6.1980, p. 18.

    [3] ĠU L 167, ta' l-24.6.1978, p. 45.

    [4] ĠU L 206, ta' l-14.8.1979, p. 12.

    Top