This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31980R0565
Council Regulation (EEC) No 565/80 of 4 March 1980 on the advance payment of export refunds in respect of agricultural products
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli
ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5–7
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1713
Official Journal L 062 , 07/03/1980 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0003
Greek special edition: Chapter 03 Volume 28 P. 0050
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0182
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0182
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ta’ l-4 ta’ Marzu 1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilxxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta’ Ottubru 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1547/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 16(5) tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq rigward prodotti agrikoli, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 441/69 ta’ l-4 ta’ Marzu 1969 jistabbilixxi regoli ġenerali addizzjonali għall-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li huma suġġetti għal sistema ta’ prezzijiet waħdanija, esportati mhux ipproċċessati jew fil-forma ta’ ċerti oġġetti mhux koperti mill-Anness II tat-Trattat [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 269/78 [4], ġie emendat diversi drabi; billi l-esperjenza wriet li huwa mixtieq li jkun hemm iżjed emendi; billi, fl-interessi taċ-ċarezza, huwa mixtieq li r-regoli konċernati jiġu kkonsolidati; Billi r-Regolamenti li jistabbilixxu r-regoli ġenerali għall-għotja ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ tali rifużjonijiet jipprovdu li, sabiex tkun imħallsa r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, għandha tkun fornita prova li tali prodotti ġew esportati mill-Komunità; Billi, meta ħssegwi l-prinċipju fejn ikun assigurat bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti basiċi tal-Komunità bil-għan li jiġu esportati prodotti pproċessati jew oġġetti mniżżlin fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2682/72 [5], kif emendati l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 707/78 [6], lil pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti basiċi minn tali pajjiżi li huma ammessi taħt arranġamenti ta’ ipproċessar ġewwieni skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/73/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, fir-regolament jew azzjoni amministrattiva fir-rigward ta’ pproċessar ġewwieni [7], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 76/119/KEE [8], ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu jkun imħallas malli l-prodotti bażiċi tal-Komunità, li minnhom prodotti pproċessati jew oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni jiġu akkwistati, jiġu impoġġija taħt kontroll tad-dwana; Billi prodotti li huma koperti minn organizazzjoni komuni tas-suq u importati minn pajjiżi terzi jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet, jinġiebu taħt maħżen tad-dwana jew proċedura ta’ żona libera, l-ġbir tad-dazji fuq l-importazzjoni jkun sospis; billi għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni malli prodotti tal-Komunità jew oġġetti maħsubin għall-esportazzjoni jiddaħħlu taħt tali proċedura; Billi l-ħlas ta’ ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma jaffettwa bl-ebda mod il-kondizzjonijiet li taħthom jkun stabbilit dritt għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni; billi għandha tiddaħħal sigurtà sabiex tiggarantixxi l-ħlas lura ta’ somma ta’ mhux inqas mill-ammont imħallas fejn huwa sussegwentement stabbilit illi ma kienx hemm dritt għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni jew li l-prodotti jew l-oġġetti li fuqhom dawn il-miżuri ġew applikati ma ġewx esportati attwalment mill-Komunità fil-limiti taż-żmien stabbiliti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ġenerali għall-ħlas minn qabel l-esportazzjoni ta’ ammont ugwali għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq il-prodotti koperti mir-Regolamenti li ġejjin: - Regolament Nru 136/66/KEE (żjut u xaħmijiet), - Regolament (KEE) Nru 804/68 (ħalib u prodotti tal-ħalib), - Regolament (KEE) Nru 805/68 (ċanga u vitella), - Regolament (KEE) Nru 727/70 (tabakk nej), - Regolament (KEE) Nru 1035/72 (frott u ħxejjex), - Regolament (KEE) Nru 3330/74 (zokkor), - Regolament (KEE) Nru 2727/75 (ċereali), - Regolament (KEE) Nru 2759/75 (laħam tal-majjal), - Regolament (KEE) Nru 2771/75 (bajd), - Regolament (KEE) Nru 2777/75 (laħam tat-tjur), - Regolament (KEE) Nru 100/76 (prodotti tas-sajd), - Regolament (KEE) Nru 1418/76 (ross), - Regolament (KEE) Nru 516/77 (prodotti pproċċessati mill-frott u l-ħxejjex), - Regolament (KEE) Nru 337/79 (inbid). L- Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) "prodotti" tfisser il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1; "prodotti basiċi" tfisser il-prodotti maħsuba li jkunu esportati wara l-ipproċessar fi prodotti pproċessati jew f’oġġetti; (b) "prodotti pproċessati" tfisser prodotti: - miksuba mill-ipproċessar ta’ prodotti basiċi,u - li fuqhom tapplika r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni; (ċ) "oġġetti" tfisser l-oġġetti mniżżla fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2682/72. L- Artikolu 3 Il-prodotti li għalihom ħrifużjoni ugwali ta’ jew ikbar minn 0 ġiet iffissata jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn dan ir-Regolament. L- Artikolu 4 1. Ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu, fuq talba tal-parti konċernata, jitħallas malli l-prodotti basiċi jitqiegħdu taħt il-kontroll tad-dwana fejn jassiguraw illi l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti jkunu esportati fil-limitu taż-żmien mogħti. 2. L-arranġament ipprovdut f’dan l-Artikolu għandu japplika għall-prodotti pproċessati u l-oġġetti miksuba mill-prodotti basiċi basta li l-arranġamenti ta’ l-ipproċessar ġewwieni ma humiex projbiti għall-prodotti li huma paragunabbli. Madankollu, l-arranġament ma għandux japplika f’każijiet eċċezzjonali fejn il-prodotti pproċessati jew l-oġġetti huma miksuba mill-prodotti basiċi li jistgħu jkunu ddisponuti mingħajr diffikulta. 3. Inkwantu għall-proċeduri ta’ kontroll u r-rata tal-ġabra, l-prodotti basiċi għandhom ikunu suġġetti għall-istess regoli kif japplika fir-rigward ta’ pproċessar ġewwieni ta’ prodotti ta’ l-istess natura. 4. Ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun: (a) fil-każ ta’ prodotti pproċessati, r-rifużjoni applikabbli għall-prodott ipproċessat; (b) fil-każ ta’ oġġetti, r-rifużjoni ffissata speċifikament għal prodotti basiċi meta: - użati, jew - ikkunsidrati, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Komunità, li huma wżati għall-manifattura ta’ tali oġġetti. 5. Ir-rata tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandha, sakemm ma tkunx iffissata bil quddiem, tkun dik fis-seħħ fil-ġurnata li fiha l-prodotti bażiċi jinġiebu taħt il-kontroll tad-dwana. 6. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tkun iffissata bil quddiem, il-ġurnata li fiha l-prodotti basiċi jinġiebu taħt il-kontroll tad-dwana għandha tkun id-data operattiva biex ikun stabilit xi aġġustament li għandu jsir lir-rata ta’ rifużjoni applikabbli. 7. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tvarja skond l-użu jew id-destinazzjoni, r-rata li għandha tkun applikata għandha tkun l-inqas rata. Madankollu, jekk l-użu jew id-destinazzjoni tkun dikjarata, r-rata li għandha tiġi applikata għandha tkun dik iffissata għall-użu jew destinazzjoni li għaliha l-prodotti pproċessati jew l-oġġetti huma maħsuba. L- Artikolu 5 1. Ammont ugwali għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu, fuq talba tal-parti konċernata, jitħallas malli l-prodotti jew l-oġġetti jkunu jinġiebu taħt il-maħżen tad-dwana jew il-proċedura ta’ żona libera bl-għan li jiġu esportati fil-limitu taż-żmien mogħti. 2. L-arranġament ipprovdut f’dan l-Artikolu għandu japplika għall-prodotti u oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni mingħajr ma jkunu pproċessati iżjed meta l-prodotti jew l-oġġetti huma ta’ tip li jistgħu jiġu maħżuna. Madankollu, l-arranġament m’għandux japplika f’każijiet eċċezzjonali fejn il-prodotti jew l-oġġetti konċernati jistgħu jkunu ddisponuti mingħajr diffikulta. 3. Fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tvarja skond l-użu jew id-destinazzjoni, r-rata li għandha tiġi applikata għandha tkun l-inqas rata. Madankollu, jekk l-użu jew id-destinazzjoni tkun dikjarata, r-rata li għandha tiġi tapplikata għandha tkun dik iffissata għall-użu jew destinazzjoni li għaliha l-prodotti jew oġġetti huma maħsuba. L- Artikolu 6 Il-benefiċċju ta’ l-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għad-depositu ta’ sigurtà li tiggarantixxi ħlas lura ta’ ammont ugwali għall-ammont imħallas, flimkien ma’ ammont addizzjonali. Mingħajr preġudizzju għal każijiet force majeure, din is-sigurtà għandha tintilef fl-intier jew f’parti minnha: - fejn il-ħlas lura jkun għadu ma sarx meta l-esportazzjoni ma tkunx saret fi żmien il-perjodu msemmi fl-Artikoli 4(1) u 5 (1), jew - jekk ikun pruvat li m’hemmx dritt għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jew jekk kien hemm dritt għal rifużjoni iżgħar. L- Artikolu 7 L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-benefiċċju ta’ l-arranġament ipprovdut f’dan ir-Regolament jekk il-karattru ta’ l-applikant mhuwiex tali li jiggarantixxi li t-transazzjoni kollha tkun effettwata skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. F’kull Stat Membru, dan il-poter għandu jkun eżerċitat skond il-prinċipji applikabbli bħalissa f’dak l-Istat li jirregolaw l-anti diskriminazzjoni bejn l-applikanti u l-libertà ta’ negozju u l-industrija. L- Artikolu 8 Jekk meħtieġ, il-prodotti basiċi, il-prodotti u l-oġġetti li ma jibbenefikawx mill-arranġamenti pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu mniżżla f’lista li tkun stabbilita. L- Artikolu 9 Regolament (KEE) Nru 441/69 huwa hawnhekk imħassar b’effett mill-1 ta’ April 1980. Għandu, madankollu, jkompli japplika għall-transazzjonijiet li daħlu taħt dak ir-Regolament. L- Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ April 1980 għall-prodotti bażiċi, prodotti u oġġetti li jkunu daħlu taħt kontroll minn dik id-data. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1980. Għall-Kunsill Il-President G. Marcora [1] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 188, tas-26.7.1979, p. 1. [3] ĠU L 59, ta’ l-10.3.1969, p. 1. [4] ĠU L 40, ta’ l-10.2.1978, p. 7. [5] ĠU L 289, tas-27.12.1972, p. 13. [6] ĠU L 94, tat-8.4.1978, p. 7. [7] ĠU L 58, tat-8.3.1969, p. 1. [8] ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 58. --------------------------------------------------