Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0754

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 1980 li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf

    ĠU L 207, 9.8.1980, p. 36–36 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/754/oj

    31980L0754



    Official Journal L 207 , 09/08/1980 P. 0036 - 0036
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0286
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0286
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0084
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0084


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni

    tas-17 ta' Lulju 1980

    li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf

    (80/754/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Lulju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/692/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

    Billi, fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-għerf xjentifiku u tekniku, l-Anness II li jinsab mad-Direttiva 66/401/KEE għandu jiġi emendat għar-raġunijiet elenkati hawn taħt;

    Billi n-normi dwar il-kontenut massimu skond in-numru taż-żrieragħ ta' Rumes spp. għandhom jiġu addattati għan-normi tal-kwalità taż-żerriegħa normalment miksuba;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness II tad-Direttiva 66/401/KEE huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. Fis-Sezzjoni I (2) (A), it-test ta' l-intestatura tal-kolonna 14 huwa mibdul b'dan li ġej: "Rumex spp. Apparti minn Rumex acetosella u Rumex maritimus";

    2. Fis-Sezzjoni I (2) (B), it-test (n) huwa mibdul b'dan li ġej:"Id-detterminazzjoni taż-żrieragħ ta' Rumex spp. apparti minn Rumex acetosella u Rumex maritimus skond in-numru mhux meħtieġ li jitwettaq sakemm ma jkunx hemm dubju jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 14 ikunux ġew imħarsa;";

    3. Fis-Sezzjoni I (2) (A), it-test ta' l-intestatura tal-kolonna 4 huwa mibdul b'dan li ġej: "Rumex spp. Apparti minn Rumex acetosella u Rumex maritimus".

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolament u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1980.

    2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ż-żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf ma tkunx suġġetta għall-ebda restrizzjonijiet tas-suq minħabba d-dati differenti ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 17 ta' Lulju 1980.

    Għall-Kummissjoni

    Finn Gundelach

    Viċi-President

    [1] ĠU 125, tal- 11.7.1966, pġ. 2298/66.

    [2] ĠU L 205, tat-13.8.1979, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top