EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R1384

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1384/79 tal-25 ta' Ġunju 1979 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1108/70 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ĠU L 167, 5.7.1979, p. 1–6 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/02/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0144

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/1384/oj

31979R1384



Official Journal L 167 , 05/07/1979 P. 0001 - 0006
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0111
Greek special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 2 P. 0111
Spanish special edition: Chapter 07 Volume 2 P. 0188
Portuguese special edition Chapter 07 Volume 2 P. 0188


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1384/79

tal-25 ta' Ġunju 1979

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1108/70 li jintroduċi sistema ta' kontabilità għall-ispiża fuq infrastruttura f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummisjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonimiku u Soċjali [2],

Billi, sabiex tiġi istitwita skond il-politika ta' trasport komuni sistema ta' ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura, huwa meħtieġ li ssir magħrufa l-ispiża li saret fuq l-infrastruttura;

Billi sistema ta' kontabilità permanenti toffri l-aktar mezz addattat sabiex ikun magħruf xi spiża saret f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-infrastruttura;

Billi għal dan il-għan il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 [3], introduċa sistema ta' kontabilità permanenti għal dak l-infiq;

Billi għandha tiġi meqjusa l-esperjenza miksuba u l-iżvilupp fil-politika komuni tat-trasport; billi l-formoli tal-kontabilità, il-lista tat-tipi ta' infrastruttura u l-iskeda tal-prospetti li jirrigwardaw l-użu ta' l-infrastruttura stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 3

Il-kontijiet tan-nefqa fuq l-infrastruttura għandhom jinżammu għal kull waħda min-networks tal-ferroviji elenkati fl-Anness II(A.1) u għat-total tan-networks l-oħrajn elenkati fl-Anness II(A.2), kif ukoll għat-toroq kollha u għall-passaġġi fuq l-ilma interni miftuħa għat-traffiku pubbliku, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) toroq magħluqa għat-traffiku bil-mutur, jiġifieri, għall-vetturi b'kapaċita ta' ċilindrata daqs jew li taqbez il-50 ċm3;

(b) toroq użati esklussivament minn vetturi agrikoli jew tal-forestrija li jservu biss biex jipprovdu aċċess għall-operazzjonijiet agrikoli jew tal-forestrija;

(ċ) passaġġi fuq l-ilma interni li fuqhom it-traffiku huwa limitat għall-vapuri ta' piż mejjet ta' anqas minn 250 tunellata;

(d) passaġġi fuq l-ilma interni ta' karattru marittimu, kif elenkati fir-Regolament (KEE) Nru 281/71 [4]."

2. L-Artikolu 5(2)(a) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Għandhom jiġu preżentati kontijiet separati:

(a) fir-rigward tal-linji tal-ferroviji:

(i) għal kull waħda min-networks elenkati fl-Anness II(A.1);

(ii) għat-total tan-networks l-oħra kollha elenkati fl-Anness II(A.2). Madankollu, il-prospetti li għandhom x'jaqsmu man-networks għandhom jintbagħtu biss darba kull ħames snin, li għandhom jibdew mis-sena 1980."

3. It-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"— ħlasijiet lura ta' kapital u, separatament, l-imgħax fuq is-self kuntrattat qabel."

4. L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien li jibagħtu l-kontijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 u fir-rigward ta' l-istess perjodu, prospetti li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-infrastruttura skond it-Tabelli A, (1.1) u Ċ ta' l-Anness III.

Il-prospetti koperti bit-Tabelli B(1.2) u B(2) ta' dak l-Anness għandhom jintbagħtu biss darba kull ħames snin. Fil-każ tat-Tabella B(1.2) il-prospetti għandhom jintbagħtu għall-ewwel darba għas-sena 1980 u, fil-każ tat-Tabella B(2), il-prospetti għandhom jiġu sospiżi sakemm ix-xogħol fuq is-sistema ta' ħlasijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tagħmilhom meħtieġa."

5. L-Annessi I, II u III huma emendati skond l-Anness.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, fil-ħin u wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jadottaw dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kif jista' jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Meta Stat Membru hekk jitlob, jew meta il-Kummissjoni jidhrilha li huwa xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri konċernati dwar it-termini proposti tal-miżuri li għalihom jirreferi l-paragrafu preċedenti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Le Theule

[1] ĠU C 296, tal-11.12.1978, p. 57.

[2] ĠU C 128, tal-21.5.1979, p. 35.

[3] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 4.

[4] ĠU L 33, ta' l-10.2.1971, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Fil-B(2) ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70, is-subdiviżjonijiet 20 u 21 għandhom jiġu mħassra.

"

2. L-ANNESS II

SKEDA TAN-NETWORKS TAL-FERROVIJI, KATEGORIJI TA' TOROQ U PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI LI GĦALIHOM JIRREFERU L-ARTIKOLI 3 U 5(2)

A. 1. LINJI TAL-FERROVIJA - Networks prinċipali

Ir-Renju tal-Belġju

- Société nationale des chemins de fer belges (SNCB)/Nationale Maatschappij der Belgische Spoorwegen (NMBS)

Ir-Renju tad-Danimarka

- Danske Statsbaner (DSB)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

- Deutsche Bundesbahn (DB)

Ir-Repubblika Franċiża

- Société nationale des chemins de fer français (SNCF)

L-Irlanda

- Coras Iompair Eireann (CIE)

Ir-Repubblika Taljana

- Azienda autonoma delle ferrovie dello Stato (FS)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

- Société nationale des chemins de fer luxembourgeois (CFL)

Ir-Renju ta' l-Olanda

- N.V. Nederlandse Spoorwegen (NS)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq

- British Railways Board (BRB)

- Northern Ireland Railways Company Ltd (NIR)

A. 2. FERROVIJI - Networks miftuħa għat-traffiku pubbliku u konnessi man-network prinċipali (esklużi networks urbani)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Albtal-Verkehrs-Gesellschaft mbH

Alsternordbahn GmbH

Eisenbahn-Gesellschaft Altona-Kaltenkirchen-Neumünster

Augsburger Lokalbahn GmbH

Bayerische Landeshafenverwaltung

Bentheimer Eisenbahn AG

Birkenfelder Eisenbahn GmbH

Delmenhorst-Harpstedter Eisenbahn GmbH

DB, Bundesbahndirektion Frankfurt, Ne-Geschäftsführung

Deutsche Eisenbahn-GmbH

Dortmunder Eisenbahn

Elmshorn-Barmstedt-Oldesloer Eisenbahn AG

Verkehrsbetriebe Extertal - Extertalbahn GmbH

Filderbahn der Stuttgarter Straßenbahnen AG

Hafen- und Verkehrsbetriebe der Stadt Kiel

Häfen der Stadt Köln

Hafen- und Bahnbetriebe der Stadt Krefeld

Hersfelder Kreisbahn

Hohenzollerische Landesbahn AG

Verkehrsbetriebe Grafschaft Hoya GmbH

Hümmlinger Kreisbahn

Ilmebahn-Gesellschaft AG

Köln-Bonner Eisenbahnen AG

Kölner Verkehrs-Betriebe AG (Köln-Frechen-Benzelrather Eisenbahn)

Eisenbahn Köln-Mülheim-Leverkusen der Farbenfabriken Bayer AG

Krefelder Eisenbahn-Gesellschaft AG

Kreiswerke Gelnhausen GmbH - Verkehrsbetriebe

Meppen-Haselünner Eisenbahn

Merzig-Büschfelder Eisenbahn GmbH

Mindener Kreisbahnen

Bahnen der Stadt Monheim GmbH

Neukölln-Mittenwalder Eisenbahn-Gesellschaft

Neusser Eisenbahn

Niederrheinische Verkehrsbetriebe Akticngesellschaft NIAG

Nordfriesische Verkehrsbetriebe AG

Kreisbahn Osterode am Harz - Kreiensen

Osthannoversche Eisenbahnen AG

Osthavelländische Eisenbahn

Verkehrsbetriebe Peine-Salzgitter GmbH

Regentalbahn AG

Rhein-Sieg-Verkehrsgesellschaft

Verkehrsbetriebe des Kreises Schleswig-Flensburg

Siegener Kreisbahn GmbH

Südwestdeutsche Eisenbahnen AG

Tegernsee-Bahn AG

Trossinger Eisenbahn

Uetersener Eisenbahn-AG

Verden-Walsroder Eisenbahn GmbH

Vorwohle-Emmerthaler Verkehrsbetriebe GmbH

Bahngesellschaft Waldhof - Nebenbahn Waldhof/Sandhofen

Wanne-Bochum-Herner Eisenbahn

Werne-Bockum-Höveler Eisenbahn

Westfälische Verkehrsgesellschaft mbH

Westerwaldbahn

Wuppertaler Stadtwerke AG

Württembergische Eisenbahn-GmbH

Württembergische Nebenbahnen GmbH

Industriebahn der Stadt Zülpich

Hafenbahn Aschaffenburg

Brohltal-Eisenbahn GmbH

Kleinbahnverwaltung Gemeinde Edewecht

Hohenlimburger Kleinbahn

Oberrheinische Eisenbahn Gesellschaft AG

Wittlager Kreisbahn GmbH

Repubblika ta' l-Italja

Torino - Ceres

Ferrovie Nord Milano

Trento - Malè

Società Veneta Autoferrovie

Società Veneta per imprese e costruzioni pubbliche

Ferrovia Suzzara - Ferrara

Gestione Governativa Ferrovie Padane

Azienda Trasporti Consorziali di Modena

Azienda Trasporti Consorziali - Bologna

Acotral

Ferrovie Adriatico Appennino

Gestione Governativa Ferrovia Cancello - Benevento

Ferrotranviaria (SpA)

Ferrovie del Sud-Est

Ferrovie del Gargano

Gestione Governativa Ferrovia Circumetnea

Azienda Consorziale Trasporti - Reggio Emilia

La Ferroviaria italiana

Società Mediterranea strade ferrate umbro-aretine

Società nazionale di ferrovie e tranvie.

"

3. L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 1108/70 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

3.1. "TABELLA B - TOROQ

1.1. Vettura/kilometri magħmula kull sena fuq toroq barra żoni mibnija

+++++ TIFF +++++

1.2. Vettura/kilometri magħmula kull sena fuq toroq barra żoni mibnija"

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top