EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R0234

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti ta’ l-agrikoltura

ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2–3 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/234/oj

31979R0234



Official Journal L 034 , 09/02/1979 P. 0002 - 0003
Greek special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0058
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0131
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 15 P. 0131
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0173
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0173


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79

tal-5 ta’ Frar 1979

fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti ta’ l-agrikoltura

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 ta’ dan,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ ċerti prodotti mniżżlin fl-Anness II tat-Trattat [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1117/78 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 ta’ dan,

Wara li kkunsidrat l-proposta tal-Kummissjoni [3],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [4],

Peress illi l-prodotti li huma soġġetti għall-prezzijiet ta’ importazzjoni differenti għandu jkollhom deskrizzjoni separata fin-nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-prezzijiet ta’ importazzjoni; peress illi għal dan l-għan ħafna mir-Regolamenti bażiċi ta’ l-agrikoltura jipprovdu regoli speċifiċi għall-prezzijiet ta’ l-importazzjoni barra mid-dazji doganali;

Peress illi, fin-nuqqas ta’ tali disposizzjonijiet, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żerriegħa [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1346/78 [6] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzzzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [7], kif emendati l-aħħar br-Regolament (KEE) Nru 1766/78 [8], għandu jiġi għalhekk ikkumplimentat;

Peress illi n-nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni hija bbażata fuq in-nomenklatura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali; peress illi n-nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni għandha tkun aġġustata mhux biss f’konformità ma’ emendi tan-nomenklatura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali, iżda wkoll sabiex ikun assigurat li t-test tal-lingwi varji jun jaqbel; peress illi, anke jekk tali aġġustamenti huma ta’ natura teknika u ma jaffetwawx id-dazji doganali, f’ċerti każijiet għandhom ikunu introdotti bir-Regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 43 tat-Trattat;

Peress illi f’ħafna Regolamenti tal-Kunsill in-nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni hija użata bħala mezz biex ikun hemm distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ l-oġġetti u biex ikunu deskritti l-prodotti;

Peress illi l-emendi fin-nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni jistgħu jeħtieġu xi aġġustamenti lil dawn ir-Regolamenti;

Peress illi l-proċeduri eżistenti mhux dejjem jippermettu li r-Regolamenti involuti jkunu aġġustati malajr biżżejjed; peress illi, minħabba n-natura teknika ta’ dawn l-aġġustamenti, huwa mixtieq li jkun ipprovdut illi l-aġġustamenti jkunu jistgħu jsiru, wara konsultazzjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 38 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [9], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1562/78 [10], jew id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu mar-Regolamenti l-oħrajn fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti ta’ l-agrikoltura,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-disposizzjoni li ġejja se tkun miżjuda bħala l-Artikolu 8a tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 u bħala l-Artikolu 22a tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72:

"Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw lill-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffi li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni."

Artikolu 2

1. In-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-prodotti koperti minn organizzazzjoni komuni tas-suq jistgħu jkunu mibdula, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tan-Nomenklatura tat-Tariffi Doganali Komuni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u fl-Artikolu li jikkorrispondi f’Regolamenti oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq jekk tali aġġustamenti

- jsiru minħabba xi emenda fin-nomenklatura tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali, jew

- huma bżonnjużi biex jassiguraw il-konformità tat-test fil-lingwi varji.

2. Id-deskrizzjoni tal-prodotti u r-referenzi lill-intestaturi u lis-subintestaturi fir-Regolamenti tal-Kunsill jistgħu jkunu aġġustati skond l-istess proċedura, jekk tali aġġustamenti jsiru minħabba dawk li hemm fin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni rrifereta fil-paragrafu 1 jew minħabba xi azzjoni legali tal-Kunsill.

3. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kumitat mwaqqaf mill-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 136/66/KEE huwa hawhekk nominat bħala l-korp kompetenti dwar il-prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 827/68.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppublikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u huwa japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Frar 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Mehaignerie

[1] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16.

[2] ĠU L 142, tat-30.5.1978, p. 1.

[3] ĠU C 160, tas-6.7.1978, p. 10.

[4] ĠU C 239, tad-9.10.1978, p. 50.

[5] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[6] ĠU L 165, tat-22.6.1978, p. 1.

[7] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1.

[8] ĠU L 204, tat-28.7.1978, p. 12.

[9] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[10] ĠU L 185, tas-7.7.1978, p. 1.

--------------------------------------------------

Top