Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979D0505

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 1979 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim dwar l-importazzjoni ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali

    ĠU L 134, 31.5.1979, p. 13–13 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1979/505/oj

    Related international agreement

    31979D0505



    Official Journal L 134 , 31/05/1979 P. 0013 - 0013
    Greek special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0040
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 6 P. 0010
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 6 P. 0010


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-8 ta' Mejju 1979

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim dwar l-importazzjoni ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali

    (79/505/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim dwar l-importazzjoni ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali, magħruf bħala l-Ftehim ta' Firenze, imfassal fuq l-inizjattiva ta' l-Unesco, hu maħsub sabiex jiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kotba, pubblikazzjonijiet u materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali; billi għal dan il-għan il-Ftehim jinkludi fost l-oħrajn dispożizzjoni biex ma jkunux applikati dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti bħal dawn;

    Billi fis-26 ta' Novembru 1976 id-19-il Konferenza Ġenerali tal-Unesco adottat Protokoll mal-Ftehim ta' Firenze sabiex jestendi l-eżenzjoni mid-dazji doganali għal numru ta' oġġetti li sa dak l-waqt kienu esklużi minn din l-eżenzjoni; billi dan il-Protokoll, għalkemm jikkostitwixxi att li jikkomplementa l-Ftehim, għandu madanakollu, jitqies bħala dokument separat;

    Billi, mingħajr ħsara għall-possibilitajiet mogħtija minn paragrafu 16 (a) tal-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll huma konformi ma’ l-għanijiet tal-Komunità Ekonomika Ewropea; billi huwa għalhekk mixtieq li jiġi konkluż dan il-Protokoll u fl-istess waqt isiru d-dikjarazzjonijiet li għalihom jirreferi paragrafu 16 (a).

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-Protokoll tas-26 ta' Novembru 1976 għall-Ftehim dwar l-importazzjoni ta' materjal edukattiv, xjentifiku u kulturali huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    2. Meta l-Protokoll ikun firmat għandu jiġi dikjarat li l-Komunità:

    - m'għandhiex tkun marbuta minn Partijiet II u IV,

    - m'għandhiex tkun marbuta minn Annessi Ċ. 1, F, Ġ u Ħ.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Protokoll sabiex torbot lill-Komunià.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-att ta' aċċettazzjoni li hemm provdut għalih fil-paragrafu 14 (ċ) tal-Protokoll.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 1979.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. Bernard-Reymond

    --------------------------------------------------

    Top