This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31976D0641
76/641/EEC: Council Decision of 27 July 1976 amending Decision 73/391/EEC on consultation and information procedures in matters of credit insurance, credit guarantees and financial credits
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 li temenda d-Deċiżjoni 73/391/KEE dwar proċeduri ta’ konsultazzjonijiet u tagħrif fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu, garanziji ta’ kreditu u krediti finanzjarji
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 li temenda d-Deċiżjoni 73/391/KEE dwar proċeduri ta’ konsultazzjonijiet u tagħrif fi kwistjonijiet ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu, garanziji ta’ kreditu u krediti finanzjarji
ĠU L 223, 16.8.1976, pp. 25–26
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 17/11/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0789
Official Journal L 223 , 16/08/1976 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0026
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0026
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0134
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0134
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Lulju 1976 li temenda d-Deċiżjoni 73/391/KEE dwar proċeduri ta' konsultazzjonijiet u tagħrif fi kwistjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji (76/641/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi, bid-Deċiżjoni tiegħu 73/391/KEE [1], il-Kunsill stabbilixxa proċeduri ta' konsultazzjoni u tagħrif fi kwistjonijiet ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji; Billi d-disposizzjonijiet ta' l-imsemmija Deċiżjoni ġew applikati mill-1 ta' Jannar 1974; Billi huwa rakkomandabbli, kif joħroġ car mill-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' dawn il-proċeduri, li dawn isirulhom ċerti emendi, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 It-Taqsima A ta' l-Anness 1 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 73/391/KEE b'dan qed tinbidel b'dan li ġej: "A. Tul ta' krediti It-tul ta' kull kreditu mogħti, sew jekk kreditu tal-fornitur għall-kreditu finanzjarju, m'għandux jaqbeż il-ħames snin li jibdew minn dawn il-punti: 1. Oġġetti kapitali li jikkonsistu f'oġġetti individwali li jistgħu jintużaw weħidhom (per eżempju lokomotivi): - id-data medja, jew dati attwali, li fihom ix-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti f'pajjiżu. 2. Oġġetti kapitali għal impjanti kompleti jew fabbriki fejn il-fornitur m'għandu l-ebda responsabbiltà għall-ikkummissjunar: - id-data li fiha x-xerrej ikun sa jieħu pussess fiżiku ta' l-oġġetti kollha kemm huma (ħlief spare parts) provduti bil-kuntratt. 3. Kuntratti ta' kostruzzjoni fejn il-kuntrattur ma jkollu ebda responsabbiltà għall-ikkummissjonar: - id-data li fiha titlesta l-kostruzzjoni. 4. Kuntratti ta' stallazzjoni (jew kostruzzjoni) fejn il-fornitur (jew il-kuntrattur) ikollu responsabbiltà kontrattwali għall-ikkummissjonar: - id-data li fiha l-fornitur (jew il-kuntrattur) ikun lesta l-istallazzjoni (jew il-kostruzzjoni) u t-testijiet preliminari biex ikun żgurat li l-oġġett ikun lest biex jitħaddem, sew jekk l-istallazzjoni (jew kostruzzjoni) tingħata lix-xerrej f'dak iż-żmien u sew jekk le skond, it-termini tal-kuntratt u irrispettivament minn xi rabta li tkompli li l-fornitur (jew kuntrattur) jista' jkun daħal fiha, per eżempju li jiggarantixxi l-funzjonar effettiv jew biex iħarreġ l-impjegati lokali. 5. Fil-każ tal-punti 2, 3 u 4, fejn il-kuntratt jinvolvi l-esekuzzjoni separata tal-partijiet individwali tal-proġett: - id-data tal-bidu ta' kull parti separata, jew id-data medja ta' dak il-bidu jew, fejn il-fornitur ikun daħal f'kuntratt mhux għall-proġett kollu iżda għal parti essenzali tiegħu, il-bidu addattat għall-proġett kollu kemm hu." Artikolu 2 L-Anness 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 73/391/KEE qiegħed b'dan jiġi mibdul b'dan li ġej: "SKALA TA' VALURI LI GĦANDHOM JINTUŻAW kategorija I: | sa 750000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija II: | minn 600000 sa 1200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija III: | minn 1000000 sa 2200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija IV: | minn 2000000 sa 3200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija V: | minn 3000000 sa 5000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija VI: | minn 4800000 sa 7600000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija VII: | minn 7400000 sa 11200000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija VIII: | minn 10000000 sa 22000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija IX: | minn 20000000 sa 44000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. | kategorija X: | iktar minn 40000000 drittijiet speċjali ta’ ġbid. rights." | Artikolu 3 Id-disposizzjonijiet riveduti għandhom jieħdu post dawk id-disposizzjonijiet li l-Kunsill kien adotta qabel. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1976. Għall-Kunsill Il-President M. van der Stoel [1] ĠU L 346, tas-17.12.1973, pġ. 1. --------------------------------------------------