Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975R2750

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2750/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jistabbilixxi kriterji għaċ-ċirkulazzjoni ta’ ċereali maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel

    ĠU L 281, 1.11.1975, p. 89–91 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/1982

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1975/2750/oj

    31975R2750



    Official Journal L 281 , 01/11/1975 P. 0089 - 0091
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0003
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0228
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0003
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0083
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 9 P. 0083


    Ir-Regolament (KEE) Nru 2750/75 tal-Kunsill

    tad-29 ta’ Ottubru 1975

    li jistabbilixxi kriterji għaċ-ċirkulazzjoni ta’ ċereali maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2727/75 [1] tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu:

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru. 359/67/KEE [2] tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru. 668/75 [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 23a tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Billi r-Regolamenti (KEE) Nru. 2727/75 u Nru. 359/67/KEE jipprovdu fl-Artikolu 28 u 23a rispettivi tagħhom għall-Kunsill biex jistabbilixxi l-kriterja li biha l-prodotti maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel għandhom jiċċirkolaw fis-swieq komunitarji;

    Filwaqt li interruzjoni tas-suq taċ-ċereali kkawżat mill-irtirar ta’ ċereali maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel għandu jkun evitat;

    Billi l-possibiltà għandha tkun ipprovduta għal ċereali li għandhom jiġu ċċirkolati fir-reġjuni tal-Komunità sabiex jittaffa s-suq reġjonali, meta s-sitwazzjoni tas-suq f’dawn ir-reġjuni x’aktarx tikkawża aġenziji ta’ intervent li tixtri kwantitajiet kbar ta’ ċerali; billi, fejn ċerti aġenziji ta’ intervent iżommu kwantitajiet ta’ ċereali, ċirkolazzjoni taċ-ċereali jew parti minnhom miżmuma minnhom jgħinu biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom;

    Billi, meta ma jinħolqux każijiet speċifiċi bħal dawn, iċ-ċereali għandhom ikunu ċċirkolati fis-suq komunetarju bħala sħaħ;

    Billi l-proċedura tal-ħruġ ta’ sejħiet għal offerti għal xogħol bl-appalt hi l-aħjar biex ikun possibli għaċ-ċereali li jkunu ċċirkolati b’mod effettiv; billi għal operazzjonijiet ta’ emerġenza, madankollu, jista’ jkun deċiż li jintużaw proċeduri differenti minħabba għaġla,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament "ċereali" għandhom ikunu prodotti msemmija:

    (a) fl-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KEE) Nru. 2727/75;

    (b) fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru. 359/67/KEE.

    Artikolu 2

    Ċereali maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel għandhom jiċċirkolaw fis-suq komunitarju skond id-disposizzjonijiet li ġejjin.

    Artikolu 3

    1. Fejn, f’reġjun tal-Komunità, it-tendenzi fil-prezzijiet tas-suq taċ-ċereali jirreġistraw niżla jew tnaqqis kbir, minħabba l-volum tal-ħsad jew tal-ħażniet reġjonali u s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, x’aktarx se jisforzaw lill-aġenzija ta’ intervent biex jixtru f’kwantitajiet kbar ta’ ċereali, ċerali jistgħu jinxtraw mis-suq tar-reġjun ikkonċernat.

    2. Meta aġenzija ta’ intervent iżżomm ħażniet, jistgħu jintużaw dawn il-ħażniet.

    3. Meta l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ma jitwettqux jew meta ma jsirx użu tal-possibilitajiet pprovduti f’dawn il-paragrafi, iċ-ċereali għandhom jinxtraw mis-suq tal-Komunità bħala sħaħ.

    Artikolu 4

    1. Ix-xiri fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u (3) għandhom jitwettqu mill-aġenzija ta’ intervent billi jistiednu tenders għall-provvista tal-prodott mqassma jew frank abbord jew fi stadju korrespondenti.

    2. Fejn huma użati ċereali miżmuma mill-aġenzija ta’ intervent, dawk li jagħmlu l-offerti għandhom ikunu mistiedna għal karga, ġarr, proċessar fejn neċessarju u tqassim jew frank abbord jew fi stad korrespondenti.

    3. Meta jkun deċiż li ċ-ċereali se jkunu pprovduti, taħt azzjoni Komunitarja, fi stadju aktar tard minn jew frank abbord jew fi stadju korrespondenti għal frank abbord. is-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 għandha tkopri provvista sa’ l-aħħar stadju.

    4. It-termini għas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandhom jiżguraw aċċess u trattament ugwali għall-persuni kollha kkonċernati irrispettivament għall-post ta’ stabbiliment fil-Komunità.

    Artikolu 5

    1. Għal azzjoni nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-data li fiha jaħseb li se jibda l-azzjoni, is-sena finanzjarja li kontriha din se tkun akkużata, l-intervalli proposti bejn kunsinni, il-pajjiż destinatarju, il-kwantità u l-prodotti kkonċernati, il-port tal-karga u l-metodu maħsub għal ċirkolazzjoni.

    2. Meta tirċievi din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolamenti (KEE) Nru. 2727/75 jew, meta approprjat, tar-Regolament Nru. 359/67/KEE fid-dawl tas-sitwazzjoni totali tas-suq komunitarju, jekk il-metodu maħsub għal ċirkolazzjoni jilħaqx il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u għandha tissuġġerixxi jekk neċessarju li l-Istati Membri kkonċernati jimmodifikaw il-metodu maħsub ta’ ċirkolazzjoni.

    Artikolu 6

    Għall-azzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha, wara konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolamenti (KEE) Nru. 2727/75 jew, meta approprjat, tar-Regolament Nru. 359/67/KEE, tistabilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw iċ-ċirkolazzjoni, waqt li tiġi kkunsidrata b’mod partikolari l-kriterja stabbilita fl-Artikolu 3.

    Artikolu 7

    1. Għall-iskopijiet ta’ azzjonijiet ta’ emerġenza għall-Komunità dwar ċereali fi stat mhux maħdum, l-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għal tqassim fi kwalunkwe ħin ċerta kwantitajiet ta’ dawk il-prodotti li ttieħdu mill-aġenzija ta’ intervent, jew inkella jqiegħdu għad-disposizzjoni immedjatament il-kwantitajiet neċessarji għal prodotti meħuda mill-ħażniet eżistenti fis-swieq tagħhom jekk l-aġenzija ta’ intervent m’għandhiex il-kwantitajiet neċessarji.

    2. Għall-iskop ta’ azzjonijiet ta’ emerġenza għall-Komunità rigward ċereali proċessati msemmija fl-Artikolu 1 u ross għajr ross li għadu fil-ħliefa, kull Stat Membru maħtur skond il-paragrafu 4 għandu jistieden lil dawk li jagħmlu l-offerti bi proċedura mgħaġġla għall-provvista tal-prodotti mqssma jew frank abbord jew fi stadju korrespondenti.

    3. Sabiex prodotti jkunu jistgħu jiġu trasportati b’mod rapidu mill-post fejn qed jiġu miżmuma jew mqiegħda għad-disposizzjoni, fil-każ ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 1, jew frank abbord jew fi stadju korrespondenti, fil-każ tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2, kull Stat Membru maħtur skond il-paragrafu 4 jista’ jagħmel rikors għall-proċeduri għajr is-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

    4. Hekk kif jiġi adottat l-prinċipju ta’ azzjoni ta’ emerġenza għall-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema Stati Membri jew Stati se jkunu responsabbli mit-twettiq ta’ l-azzjoni, tiffissa data għal dan, tistabilixxi l-post fejn il-prodotti għandhom ikunu disponibbli fil-Komunità jew fil-pajjiż riċevitur, kif xieraq, u fl-aħħar tistabilixxi kull element ieħor neċessarju għat-twettiq ta’ din l-azzjoni.

    5. Il-kwantità u n-natura tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu determinati mill-Kunsill, li jaġixxi permezz tal-maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

    6. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari l-kriterja li fuqha l-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KEE) Nru. 2727/75 jew, meta approprjat, tar-Regolament Nru. 359/67/KEE.

    Artikolu 8

    1. Ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1693/72 [4] tat-3 ta’ Awissu 1972 li jistabbilixxi kriterja għaċ-ċirkolazzjoni ta’ ċereali maħsuba bħala għajnuna ta’ l-ikel, hu hawnhekk mħassar.

    2. Referenzi għar-Regolament imħassar permezz tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1975.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul il-Lussemburgu, fid-29 ta’ Ottubru 1975.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Marcora

    [1] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU C 174, tal-31.7.1967, p. 1.

    [3] ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 18.

    [4] ĠU L 178, tal-5.8.1972, p. 3.

    --------------------------------------------------

    Top