EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975L0444

Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1975 li temenda d-Direttivi Nru 66/400/KEE, Nru 66/401/KEE, Nru 66/402/KEE, Nru 66/403/KEE u Nru 69/208/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żriegħ, u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra

ĠU L 196, 26.7.1975, p. 6–13 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/444/oj

31975L0444



Official Journal L 196 , 26/07/1975 P. 0006 - 0013
Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0057
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0198
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0198
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0115


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tas-26 ta’ Ġunju 1975

li temenda d-Direttivi Nru 66/400/KEE, Nru 66/401/KEE, Nru 66/402/KEE, Nru 66/403/KEE u Nru 69/208/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żriegħ, u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra

(75/444/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi, għar-raġunijiet mogħtija hawn taħt, ċerti Direttivi dwar il-kummerċ taż-żrieragħ għandhom ikunu emendati;

Billi sar jidher, waqt li jkunu applikati d-Direttivi, li l-pakketti ż-żgħar taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi u taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf jiffurmaw oġġett ta’ kummerċ fil-Komunità;

Billi għalhekk jidher xieraq li jkun hemm armonizzazzjoni f’dan is-settur li s’issa kien irregolat mil-liġijiet nazzjonali;

Billi dwar din jidher li huwa rikkommandabbli, minn naħa l-waħda, li jkunu ffaċilitati l-immarkar u s-siġillar ta’ dawn il-pakketti ż-żgħar, u min-naħa l-oħra li jsiru kontrolli adekwati obligatorji biex tkun identifikata ż-żerriegħa;

Billi ċerti Direttivi msemmija hawn fuq jipprovdu li mill-1 ta’ Lulju 1975 l-ekwivalenza taż-żerriegħa maħsuda f’pajjiżi oħra, partikolarment f’pajjiżi terzi, ma jistgħux jibqgħu jkunu stabbiliti nazzjonalment mill-Istati Membri; billi, iżda, peress li ma kienx possibbli li titwettaq eżaminazzjoni tal-Komunità għaż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf, tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra fil-każi kollha, il-perjodu msemmi hawn fuq għandu jkun estiż għal dawn iż-żrieragħ sabiex ikun evitat tfixkil fir-relazzjonijiet kurrenti tal-kummerċ;

Billi ta’ min jirrikkomanda li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jintroduċu dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw is-siġillar tal-pakketti ż-żgħar li fihom iż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żriegħ u ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra;

Billi hemm bżonn ukoll li jsiru ċerti korrezzjonijiet fil-mod kif il-kwantitajiet taż-żrieragħ ikunu speċifikati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 66/400/KEE [3] ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tax-xitla tal-pitravi, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 73/438/KEE [4], tkun emendata kif ġej:

1. Is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 2(1):

"G. Pakketti żgħar tal-KEE: pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ċċertifikata segwenti:

- żerriegħa tal-monoġermi jew tal-preċiżjoni: ma jeċċedux il-100000 ġemgħa jew qmuħ jew toqol nett ta’ 2.5 kg li jeskludi, fejn ikun il-każ, pestiċidi grannulati, sostanzi tal-boċċi jew addittivi solidi oħra;

- żerriegħa għajr iż-żerriegħa monoġerma jew ta’ preċiżjoni: ma jeċċedux il-piż nett ta’ 10 kg, li jeskludi, fejn ikun il-każ, pestiċidi grannulati, sostanzi tal-boċċi jew addittivi solidi oħra."

2. Fl-Artikolu 9(1) il-kliem "fl-Artikoli 10, 11 jew 11a, liema jkun il-każ", għandhom jinbidlu bi "fl-Artikoli 10 u 11".

3. Il-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu mibdula għall-Artikolu 10:

"L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata, apparti minn meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar tal-KEE, ikunu ssiġillati b’tali mod li meta l-kontenitur jinfetaħ is-siġill jitkisser u ma jkunx jista’ jkun imwaħħal mill-ġdid.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, ħlief fil-każi ta’ pakketti żgħar tal-KEE, pakketti ma jerġgħux jingħalqu f’waħda jew aktar okkażjonijiet sakemm dan ma jsirx uffiċjalment. Jekk il-pakketti jerġgħu jkunu magħluqa, il-fatt tas-siġillar mill-ġdid, id-data tas-siġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli minn dan jitniżżlu fuq it-tikketta kif meħtieġ mill-Artikolu 11(1).

3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti żgħar tal-KEE jkunu ssiġillati b’tali mod li meta l-pakkett jinfetaħ is-siġill jitkisser u ma jistax ikun imwaħħal mill-ġdid. Il-pakketti ma jistgħux jerġgħu jkunu ssiġillati f’waħda jew aktar okkażjonijiet sakemm dan ma jsirx taħt superviżjoni uffiċjali.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-eċċezzjonijiet mill-paragrafi 1 u 2 fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika."

4. Li ġej għandu jinbidel għas-sezzjoni introduttorja ta’ l-Artikolu 11(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata, ħlief meta ż-żerriegħa tal-kategorija ta’ l-aħħar tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar tal-KEE…"

5. Li ġej għandu jkun mibdul għat-test ta’ l-Artikolu 11(2)(b):

"(b) jipprovdu għall-eċċezzjonijiet minn paragrafu 1 fil-każ tal-pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkun hekk immarkati: "Għadda għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

6. L-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda wara l-Artikolu 11:

"L-Artikolu 11a

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti żgħar tal-KEE:

(a) ikollhom fuq in-naħa ta’ barra, bi qbil ma’ l-Anness III(B), tikketta tal-fornitur, avviż jew timbru stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; fil-każ ta’ pakketti trasparenti din it-tikketta tista’ titqiegħed fuq ġewwa, basta li tkun tista’ tinqara minn ġol-pakkett; it-tikketta tkun ta’ kulur kaħlani;

(b) ikollhom fuq in-naħa ta’ barra jew fuq it-tikketta tal-fornitur li hemm provvediment dwaru fis-subparagrafu (a) in-numru serjali assenjat uffiċjalment; jekk tintuża tikketta uffiċjali li teħel, din għandha tkun ta’ kulur kaħlani; il-metodi ta’ kif jitwaħħal l-imsemmi numru serjali għandu jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li t-tikketta uffiċjali li teħel li jkun fiha l-informazzjoni kollha jew parti minnha elenkata fl-Anness III(B) tkun użata biex timmarka pakketti żgħar tal-KEE ppakkjati fit-territorju tagħhom; sakemm l-informazzjoni tingħata fuq din it-tikketta, l-immarkar li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1(a) m’għandux ikun meħtieġ.

L-Artikolu 11b

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, meta mitluba, li l-pakketti żgħar tal-KEE taż-żerriegħa ċċertifikata jkunu ssiġillati u mmarkati uffiċjalment bi qbil ma’ l-Artikolu 10(1) u ma’ l-Artikolu 11.

L-Artikolu 11ċ

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa ċċertifikata, l-identità taż-żerriegħa tista’ tkun iċċekkjata partikolarment fil-ħin meta l-lott taż-żerriegħa jkun mifrud. Għal dan il-għan, jistgħu jeħtieġu li l-pakketti ż-żgħar mifruda fit-territorji tagħhom ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali."

7. Fl-Artikolu 12 il-kliem "fl-Artikolu 4" għandu jkun mibdul bil-kliem li ġejjin "b’din id-Direttiva".

8. Li ġej għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 14(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

- iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata li kienet ġiet iċċertifikata uffiċjalment u li l-kontenituri tagħha kienu mmarkati u ssiġillati uffiċjalment, bi qbil ma’ din id-Direttiva,

- iż-żerriegħa ċċertifikata li kienet iċċertifikata uffiċjalment u li tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar tal-KEE li kienu mmarkati u ssiġillati bi qbil ma’ din id-Direttiva, ma jkunux suġġetti għall-ebda restrizzjonijiet tas-suq rigward il-karatteristiċi, ħtiġiet ta’ l-eżaminazzjoni, l-immarkar u s-siġillar tagħha, għajr dawk elenkati f’din id-Direttiva."

9. Li ġej għandu jkun mibdul għall-kliem ta’ l-Anness III:

"

L-ANNESS III

L-IMMARKAR

A. Tikketta uffiċjali

I. Informazzjoni meħtieġa

1. "Ir-regoli u n-normi tal-KEE",

2. L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

3. In-numru tar-referenza tal-lott,

4. Il-pitravi taz-zokkor jew il-pitravi ta’ l-għalf,

5. Il-varjetà,

6. Il-kategorija,

7. Il-pajjiż tal-produzzjoni,

8. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa pura,

9. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittivi u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali,

10. Għaż-żerriegħa monoġerma: il-kelma "monoġerma",

11. Ġhaż-żerriegħa ta’ preċiżjoni: il-kelma "preċiżjoni".

II. Qisien minimi

110 × 67 mm.

B. It-tikketta ta’ min iforni jew l-informazzjoni fuq l-imballaġġ (pakkett żgħir tal-KEE)

L-informazzjoni meħtieġa

1. "Pakkett żgħir tal-KEE"

2. L-isem u l-indirizz tal-fornitur responsabbli mill-immarkar jew il-marka ta’ l-identifikazzjoni tiegħu,

3. In-numru serjali assenjat uffiċjalment,

4. Is-servizz li jkun assenja in-numru serjali u l-isem ta’ l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

5. In-numru tar-referenza jekk in-numru serjali uffiċjali ma jippermettix li l-lott ikun identifikat,

6. Il-pitravi taz-zokkor jew il-pitravi ta’ l-għalf,

7. Il-varjetà,

8. "Iż-żerriegħa ċċertifikata",

9. Il-piż nett jew gross jew in-numru ta’ ġemgħat jew taż-żerriegħa pura,

10. Meta l-piż ikun indikat u l-pestiċidi grannulati, sostanzi forma ta’ boċċi jew addittivi solidi oħra huma użati, in-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn it-toqol tal-ġemgħat jew taż-żerriegħa pura u l-piż totali,

11. Għaż-żerriegħa monoġerma: il-kelma "monoġerma",

12. Ġhaż-żerriegħa ta’ preċiżjoni: il-kelma "preċiżjoni".

"

L-Artikolu 2

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 66/401/KEE [5] ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 73/438/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

1. Is-subparagrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda m’ l-Artikolu 2(1):

"F. Paketti żgħar A tal-KEE: pakketti li jkun fihom taħlita ta’ żerriegħa li mhux intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf, b’piż nett li ma jeċċedix iż-2 kg li jeskludu, fejn ikun il-każ, pestiċidi granullati, sostanzi tal-boċċi jew addittivi solidi oħra.

G. Pakketti żgħar B tal-KEE: pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ċċertifikata, iż-żerriegħa kummerċjali jew — jekk il-pakketti kkonċernati ma jkunux pakketti żgħar A — taħlita ta’ żerriegħa b’piż nett li ma jeċċedix il-10 kg esklużi, fejn ikun il-każ, pestiċidi grannulati, sostanzi tal-boċċi jew addittivi solidi oħra."

2. Fl-Artikolu 8(1) il-kliem "fl-Artikoli 9, 10 jew 10a, liema jkun il-każ", għandhom jinbidlu bil-kliem "fl-Artikoli 9 u 10".

3. It-test ta’ l-Artikolu 9 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali, ħlief meta ż-żerriegħa ta’ l-aħħar żewġ kategoriji tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar B tal-KEE, ikunu siġillati b’tali mod li meta l-pakkett jinfetaħ, is-siġill jitkisser u ma jkunx jista’ jiġi mwaħħal mill-ġdid.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, ħlief fil-każ ta’ pakketti żgħar B tal-KEE, il-pakketti ma jerġgħux ikunu ssiġillati f’waħda jew aktar okkażjonijiet sakemm dan ma jsirx uffiċjalment. Jekk il-pakketti jerġgħu jkunu magħluqa, il-fatt tas-siġillar mill-ġdid, id-data tas-siġillar mill-ġdid u l-awtorità responsabbli minn dan jitniżżlu fuq it-tikketta kif meħtieġ mill-Artikolu 10(1).

3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti żgħar B tal-KEE jkunu ssiġillati b’tali mod li meta l-pakkett jinfetaħ is-siġill jitkisser u ma jkunx jista’ jiġi mwaħħal mill-ġdid. Il-pakketti ma jistgħux jerġgħu jkunu ssiġillati f’waħda jew aktar okkażjonijiet sakemm dan ma jsirx taħt is-superviżjoni uffiċjali.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafi 1 u 2 fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika."

4. Is-segwenti għandu jkun ibdul minflok is-sezzjoni introduttorja ta’ l-Artikolu 10(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-pakketti taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali, ħlief meta ż-żerriegħa ta’ l-aħħar żewġ kategoriji tieħu l-forma ta’ pakketti żgħar B tal-KEE…"

5. Is-segwenti għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 10(2)(b):

"(b) jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa bażika meta jkunu mmarkati: "Għadda għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

6. L-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda ma’ l-Artikolu 10:

"L-Artikolu 10a

1. L-Istati Membri jeħtieġu li pakketti żgħar B tal-KEE:

(a) ikollhom fuq in-naħa ta’ barra bi qbil ma’ l-Anness IV (B) tikketta tal-fornitur, avviż jew timbru stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; fil-każ ta’ pakketti trasparenti din it-tikketta tista’ titqiegħed fuq ġewwa, sakemm tista’ tinqara minn ġol-pakkett; fir-rigward tal-kulur tat-tikketta, l-Artikolu 10(1)(a) għandu jkun applikabbli;

(b) ikollhom fuq in-naħa ta’ barra jew fuq it-tikketta tal-fornitur kif hemm provvediment dwar dan fis-subparagrafu (a), numru serjali assenjat uffiċjalment; jekk tintuża tikketta uffiċjali li teħel, l-Artikolu 10(1)(a) għandu jgħodd fir-rigward tal-kulur tagħha; il-metodi ta’ kif jitwaħħal l-imsemmi numru serjali jista jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 21.

2. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li t-tikketta uffiċjali li teħel li jkun fiha parti mill-informazzjoni preskritta fl-Anness IV(B) tkun użata biex timmarka l-pakketti żgħar B tal-KEE ppakkjati fit-territorju tagħhom; sakemm l-informazzjoni li tingħata fuq din it-tikketta, l-immarkar li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1(a) ma jkunx meħtieġ.

L-Artikolu 10b

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, meta mitluba, li l-pakketti żgħar B tal-KEE taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali jkunu ssiġillati u mmarkati uffiċjalment bi qbil ma’ l-Artikoli 9(1) u 10.

L-Artikolu 10ċ

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, fil-każ ta’ pakketti żgħar ta-żerriegħa, l-identità taż-żerriegħa tista’ tkun iċċekkjata partikolarment fil-ħin meta l-lott taż-żerriegħa jkun mifrud. Għal dan il-għan jistgħu jeħtieġu li l-pakketti ż-żgħar mifruda fit-territorji tagħhom ikunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-superviżjoni uffiċjali."

7. Fl-Artikolu 11 il-kliem "b’ din id-Direttiva" għandu jkun mibdul bil-kliem "fl-Artikolu 4."

8. L-Artikolu li ġej għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 13:

"L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf f’forma ta’ taħlit taż żerriegħa ta’ ġeneri varji, speċi jew varjetajiet jew ta’ taħlit li fihom iż-żerriegħatal-pjanti li ma jkunux pjanti ta’ l-għalf bi qbil mat-tifsira ta’ din id-Direttiva jistgħu jkunu kkummerċjalizzati jekk huma intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf u jekk varji komponenti tat-taħlita jkunu konformi, qabel ma jitħalltu, mar-regolamenti tal-kummerċ applikabbli dwarhom.

2. Minkejja il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu wkoll jawtorizzaw il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf f’forma ta’ taħlitiet:

- jekk dawn it-taħlitiet huma intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf, jew

- jekk dawn it-taħlitiet ikun fihom żerriegħa ta’ l-ispeċi tal-pjanti li d-dispożizzjonijiet tal-Komunità ma jipprovdux li jistgħu jkunu mħallta maż-żerriegħa tal-pjanti ta’ l-għalf.

3. L-Artikoli 8, 9, 10b, 11 u 12 għandhom ikunu applikabbli, u, sakemm, iżda, it-tikketta hija ta’ kulur aħdar, l-Artikoli 10 u 10a. Għal dan l-iskop, il-pakketti żgħar A tal-KEE jkunu kkunsidrati pakketti żgħar B tal-KEE.

Iżda, għall-pakketti ż-żgħar A tal-KEE, in-numru serjali assenjat uffiċjalment li hemm provvediment dwaru fil-paragrafu 1(b) ta’ l-Artikolu 10(a) ma jkunx meħtieġ.

Meta japplikaw il-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva għall-pakketti żgħar rigward il-kwantitajiet massimi u l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta meta jsir l-immarkar, jekk dawn il-pakketti jkunu mmarkati: "Għadda għall-kummerċ fi… (l-Istat Membru kkonċernat) biss"."

9. Il-paragrafu li ġej għandu jkun mibdul minflok l-Artikolu 14(1):

"1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

- iż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata li kienet iċċertifikata uffiċjalment u l-ippakkjar tagħha kien immarkat u ssiġillat uffiċjalment, bi qbil ma’ din id-Direttiva,

- iż-żerriegħa kummerċjali li kienet eżaminata uffiċjalment u l-imballaġġ tagħha kien immarkat u ssiġillat uffiċjalment, bi qbil ma’ din id-Direttiva,

- iż-żerriegħa ċċertifikata li kienet iċċertifikata uffiċjalment u ż-żerriegħa kummerċjali eżaminata uffiċjalment li jieħdu l-forma ta’ pakketti B żgħar tal-KEE li kienu mmarkati u ssiġillati bi qbil ma’ din id-Direttiva,

- iż-żerriegħa f’forma ta’ taħlitiet, prodotti bi qbil ma’ din id-Direttiva u mhux intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf, li l-imballaġġ tagħhom kien immarkat u ssiġillat bi qbil ma’ din id-Direttiva,

ma jkunux suġġetti għall-ebda restrizzjonijiet ta’ kummerċ rigward il-karatteristiċi, il-ħtiġiet ta’ l-eżami, l-immarkar u s-siġillar tagħhom għajr dawk elenkati f’din id-Direttiva."

10. Fl-Artikolu 16(2), l-1 ta’ Lulju 1977 għandu jkun mibdul għal l-1 ta’ Lulju 1975.

11. It-test ta’ l-Anness IV għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"

L-ANNESS IV

L-IMMARKAR

A. Tikketta uffiċjali

I. Informazzjoni meħtieġa

(a) Għaż-żerriegħa bażika u ż-żerriegħa ċċertifikata:

1. "Ir-regoli u n-normi tal-KEE",

2. L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

3. In-numru tar-referenza tal-lott,

4. L-ispeċi,

5. Il-varjetà,

6. Il-kategorija,

7. Il-pajjiż tal-produzzjoni,

8. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa pura,

9. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittivi u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali,

10. Għaż-żerriegħa ċċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni u l-ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika: in-numru tal-ġenerazzjonijiet wara ż-żerriegħa bażika,

11. Għaż-żerriegħa tal-varjetajiet tal-ħaxix li ma kienux suġġetti għall-eżamijiet dwar il-valur u l-użu tal-miżrugħ tagħhom bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/457/KEE [1] tad-29 ta’ Settembru 1970 rigward il-katalogu komuni ta’l-ispeċi tal-pjanti agrikoli: "Mhux intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf".

(b) Ġħaż-żerriegħa kummerċjali:

1. "Ir-regoli u n-normi tal-KEE",

2. "L-awtorità tas-superviżjoni u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom",

4. In-numru tar-referenza tal-lott,

5. L-ispeċi [2],

6. Iż-żona tal-produzzjoni,

7. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa pura,

8. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

(ċ) Għat-taħlit ta’ żerriegħa:

1. "Taħlit ta’ żerriegħa għall-…. (użu intiż)",

2. L-awtorità responsabbli mis-siġillar u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

3. In-numru tar-referenza tal-lott,

4. Persentaġġ bil-piż tal-komponenti varji murija bl-ispeċi u, fejn ikun il-każ, bil-varjetà; ikun biżżejjed li jingħata l-isem tat-taħlita jekk il-persentaġġ kien innotifikat bil-miktub lix-xerrej u rrikordjat uffiċjalment,

5. Il-piż nett jew gross iddikjarat jew in-numru ddikjarat taż-żerriegħa pura,

6. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi grannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittivi u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

II. Qisien minimi

110 × 67 mm.

B. It-tikketta tal-fornitur jew l-informazzjoni fuq l-imballaġġ (pakkett żgħir tal-KEE)

Informazzjoni meħtieġa

(a) Żerriegħa ċċertifikata:

1. "Pakkett żgħir B tal-KEE",

2. L-isem u l-indirizz tal-fornitur responsabbli mill-immarkar jew il-marka ta’ l-identifikazzjoni tiegħu,

3. In-numru serjali assenjat uffiċjalment,

4. Is-servizz li jkun assenja in-numru serjali u l-isem ta’ l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

5. In-numru tar-referenza jekk in-numru serjali uffiċjali ma jippermettix li l-lott taż-żerriegħa ċċertifikata tkun identifikata,

6. L-ispeċi,

7. Il-varjetà,

8. "Iż-żerriegħa ċċertifikata",

9. Il-piż nett jew gross jew in-numru taż-żerriegħa pura,

10. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali,

11. Għaż-żerriegħa tal-varjetajiet tal-ħaxix li ma kienux suġġetti għall-eżamijiet dwar il-valur u l-użu tal-miżrugħ tagħhom bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 rigward il-katalogu komuni ta’ l-ispeċi tal-pjanti agrikoli: "mhux intiżi għall-produzzjoni tal-pjanti ta’ l-għalf".

(b) Iż-żerriegħa kummerċjali:

1. "Pakkett żgħir B tal-KEE",

2. L-isem u l-indirizz tal-fornitur responsabbli mill-immarkar jew il-marka ta’ l-identifikazzjoni tiegħu,

3. In-numru serjali assenjat uffiċjalment,

4. Is-servizz li jkun assenja n-numru serjali u l-isem ta’ l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

5. In-numru tar-referenza jekk in-numru serjali uffiċjali ma jippermettix li l-lott taż-żerriegħa mdaħħla jkun identifikat,

6. L-ispeċi [3],

7. "Iż-żerriegħa kummerċjali",

8. Il-piż nett jew il-piż gross jew in-numru taż-żerriegħa pura,

9. Meta l-piz huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

(ċ) Taħlit ta’ żerriegħa:

1. "Pakkett żgħir A tal-KEE" jew "pakkett żgħir B tal-KEE",

2. L-isem u l-indirizz tal-fornitur responsabbli mill-immarkar jew il-marka ta’ l-identifikazzjoni tiegħu,

3. Pakkett żgħir B tal-KEE: in-numru serjali assenjat uffiċjalment,

4. Pakkett żgħir B tal-KEE: is-servizz li jkun assenja in-numru serjali u l-isem ta’ l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom,

5. Pakkett żgħir B tal-KEE: in-numru tar-referenza jekk in-numru serjali uffiċjali ma jippermettix li l-lott taż-żerriegħa użati jkunu identifikati,

6. Pakkett żgħir A tal-KEE: in-numru tar-referenza li jippermetti li l-lott taż-żerriegħa użati jkunu identifikati,

7. Pakkett żgħir A tal-KEE: l-Istat Membru jew l-inizjali tiegħu,

8. "Taħlit taż-żerriegħa għall-… (użu intiż)",

9. Il-piż nett jew il-piż gross jew in-numru taż-żerriegħa pura,

10. Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi grannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittivi u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali,

11. Persentaġġ bil-piż tal-komponenti varji murija bl-ispeċi u, fejn ikun il-każ, bil-varjetà; ikun biżżejjed li tingħata parti minn din l-informazzjoni, hekk kif Stat Membru jista’ jippreskrivi għall-pakketti ż-żgħar prodotti fit-territorju tagħhom, u r-referenza tat-tip ta’ taħlita jekk il-proporzjon tal-piż jista’ jkun ikkomunikat lix-xerrej meta mitlub u kien irrekordjat uffiċjalment.

"

L-Artikolu 3

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 66/402/KEE [6] ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 73/438/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

1. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 9:

"3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar."

2. Il-kliem li ġejjin għandhom jiddaħħlu bħala 8a u 6 rispettivament fis-subparagrafi (a) u (b) ta’ l-Anness IV(A):"Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi grannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati n-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali."

L-Artikolu 4

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 66/403/KEE [7] ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żriegħ, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 73/438/KEE, għandha tkun emendata kif ġej:

Is-subparagrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 9:

"3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar."

L-Artikolu 5

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 69/208/KEE [8] tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 73/438/KEE għandha tkun emendata kif ġej:

1. Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 9:

"3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet mill-paragrafu 1 fil-każ ta’ pakketti żgħar."

2. Fl-Artikolu 15(2), l-1 ta’ Lulju 1977 għandu jkun mibdul bi fl-1 ta’ Lulju 1975.

3. Il-kliem li ġejjin għandhom jiddaħħlu bħala 10 u 9 rispettivament fis-subparagrafi (a) u (b) ta’ l-Anness IV(A):"Meta l-piż huwa indikat u l-pestiċidi ggrannulati, is-sostanzi forma ta’ boċċi jew l-addittivi solidi oħrajn huma użati, in-natura ta’ l-addittiv u wkoll ir-relattività approssimattiva bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali."

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom, sad-dati msemmija hawn taħt mill-aktar tard, iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva:

- l-1 ta’ Lulju 1975 fil-każ ta’ l-Artikolu 2(10) u l-Artikolu 5(2),

- l-1 ta’ Lulju 1980 fil-każ ta’ l-Artikolu 2(6) f’dak li jirrigwardja l-Artikolu 10(1)(b),

- l-1 ta’ Lulju 1977 fil-każ tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Barry

[1] ĠU C 62, tal-31.7.1973, p. 37.

[2] ĠU C 8, tal-31.1.1974, p. 19.

[3] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2290/66.

[4] ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 79.

[5] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2298/66.

[1] ĠU L 225, tat-12.10.1970, p. 1.

[2] Għall-lupini, għandu jkun speċifikat jekk humiex lupini morri jew ħelwin.

[3] Għall-lupini, għandu jkun speċifikat jekk humiex lupini morri jew ħelwin.

[6] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2309/66.

[7] ĠU 125, tal- 11.7.1966, p. 2320/66.

[8] ĠU L 169, ta’ l-10.7.1969, p. 3.

--------------------------------------------------

Top