EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974D0393

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 1974 li tistabbilixxi proċedura ta’ konsultazzjoni għal ftehimiet ta’ koperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

ĠU L 208, 30.7.1974, p. 23–24 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1974/393/oj

31974D0393



Official Journal L 208 , 30/07/1974 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0014
Greek special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0158
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 2 P. 0014
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 5 P. 0116
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 5 P. 0116


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Lulju 1974

li tistabbilixxi proċedura ta' konsultazzjoni għal ftehimiet ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

(74/393/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 235 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Billi għandu jkun żgurat li ftehimiet ta' "koperazzjoni" bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi u kull rabta jew miżura ppjanata fil-qafas ta' ftehimiet bħal dawn huma skond l-politika komuni, u b'mod partikolari, mal-politika kummerċjali komuni;

Billi hu mixtieq li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u ideat fil-qasam tal-koperazzjoni sabiex jiġu identifikati l-problemi ta' interess komuni u, minħabba dawn, fejn xieraq tiġi mħeġġa kordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati;

Billi hu għalhekk neċessarju li n-negozjat u l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet ikunu bla ħsara għal proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:

- dwar ftehimiet li jirrelataw ma' koperazzjoni ekonomika u industrijali - hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa bħala ftehimiet ta' koperazzjoni – li huma jipproponu li jinnegozjaw jew iġeddu ma' pajjiżi terzi;

- dwar rabtiet u miżuri li huma proposti mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kkonċernati bħala parti mill-ftehimiet ta' koperazzjoni u li jistgħu jaffettwaw il-politika komuni, u b'mod partikolari dwar dawk li jistgħu jolqtu lill-kummerċ; dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jseħħ, fejn xieraq, qabel eżami ta' dawn ir-rabtiet u l-miżuri fil-kummissjonijiet intergovernattivi jew kumitati konġunti stabbiliti b'dawn il-ftehimiet.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra t-testi tal-ftehimiet ta' koperazzjoni inizjalat ma' pajjiżi terzi.

Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jekk l-awtoritajiet tagħhom jassumux jew jadottawx, skond il-ftehimiet ta' koperazzjoni, kull rabta jew miżura kif imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

1. Jekk hu hekk mitlub minn Stat Membru jew propost mill-Kummissjoni sa tmient ijiem ġranet xogħol mill-irċevuta ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun bla ħsara, fi tliet ġimgħat mill-irċevuta tagħha, għal konsultazzjoni minn qabel ma' l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni, jekk hu hekk mitlub minn Stat Membru jew il-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva fi żmien tmien ġranet xogħol mill-irċevuta ta' din l-informazzjoni.

Fejn il-kwistjoni hi urġenti, il-konsultazzjoni għandha sseħħ mingħajr dewmien.

2. Jekk hekk hu mitlub minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, f'kwalunkwe ħin jistgħu jittieħdu konsultazzjoni fuq il-ftehimiet, rabtiet u miżuri msemmija fl-Artikolu 1, ħlief f'każijiet ta' kwistjonijiet li fuqhom diġà saret konsultazzjoni u li għalihom m'hemmx fatti ġodda disponibbli.

Artikolu 3

L-iskop prinċipali tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun:

(a) biex jiżguraw li l-ftehimiet, ir-rabtiet u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 huma konsistenti mal-politika komuni u b'mod partikolari mal-politika kummerċjali komuni;

(b) biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni u ideat sabiex ikunu identifikati l-problemi ta' interess komuni, u minħabba dawn, biex jinkoraġġixxu kordinazzjoni, fejn xierqa, ta' l-attivitajiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi kkonċernati;

(ċ) biex jeżaminaw l-opportunità ta' miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità b'mod awtonomu fl-oqsma koperti mill-Artikolu 113 tat-Trattat sabiex jippromwovu proġetti ta' koperazzjoni.

Artikolu 4

1. Il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu f'kumitat magħżul magħmul minn rappreżentanti ta' kull Stat Membru u tal-Kummissjoni. Se jkun immexxi minn rappreżentant mill-Kummissjoni u s-segretarjat tiegħu hu pprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Meta, madankollu, dawn il-konsultazzjonijiet jirrelataw ma' arranġamenti, rabtiet u miżuri fil-qasam ta' assigurazzjoni ta' kreditu, garanziji ta' kreditu u krediti finanzjarji, il-konsultazzjonijiet għandhom iseħħu fil-Grupp ta' Kordinazzjoni tal-Politika għall-Assigurazzjoni ta' Kreditu, Garanziji ta' Krediti u Krediti Finanzjarji stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 1960 [2].

L-iskambju ta' informazzjoni u kordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Kumitat u Grupp imsemmija hawn fuq għandhom ikunu arranġati b'tali mod biex jagħtu stampa globali tal-kontenut u tal-funzjonament tal-ftehimiet ta' koperazzjoni.

2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw il-funzjonament korrett tal-proċedura ta' konsultazzjoni, u b'mod partikolari sabiex jissalvagwardjaw in-natura konfidenzali ta' l-informazzjoni li jirċievu b'konnessjoni ma' dan.

Artikolu 5

L-Artikoli 1, 2 u 3 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kull regola jew proċedura speċjali Komunitarja li hi diġà fis-seħħ.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'manjiera xierqa li l-ftehimiet ta' koperazzjoni li huma jipproponu biex jikkonkludu jew iġeddu ma' pajjiżi terzi ma jistgħux, bl-ebda mod, jiġu invokati jew interpretati bħala li jaffettwaw l-obbligi li joħorġu mit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Lulju 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Sauvagnagues

[1] ĠU C 23, tat-8.3.1974, pġ. 9.

[2] ĠU C 66, tas-27.10.1960, pġ. 1339/60.

--------------------------------------------------

Top